Illum previous editions

illum 4 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 22 Opinjoni MA nafx kif, f 'dawn il-jiem ftakart fil-President Carter, id-39 mexxej tal-Amerka. Ftakart fih mhux għax il- President Trump jixbhu, imma għax ma jixbhux. Għandi ħafna tifkiriet sbieħ tal-President Carter. Fil-bidu tal-Presidenza tiegħu, niftakru jistqarr pubblikament: "Aqraw xuftejja: jien m'iniex se ngħid gidba waħda" Il-Presidenza tiegħu bdiet tajjeb imma spiċċat ħażin. Ftit qabel it-tmiem l-ambaxxata Amerikana f 'Teheran, il-belt kapitali tal-Iran sfat invaduta mill-Iranjani. Ġiet l-elezzjoni u Carter baqa' l-art, tela' darba biss, mhux bħal diversi qablu. Premju Nobel Imma l-President Carter jibqa' msemmi mhux għal dak li kiseb tul il-presidenza tiegħu, imma għal dak li għamel wara li spiċċa mis- setgħa, b'risq ħafna mill-popli tad-dinja u li għal li għamel ingħata l-Premju Nobel għall- paċi. Se jibqa' msemmi għall- isforzi tiegħu biex itemm il- ħafna konflitti f 'diversi naħiet tad-dinja kif ukoll għat-taħbit tiegħu b'risq il-pajjiżi mhux żviluppati. Flok mar jistrieħ wara li spiċċa minn President, Carter iddeċieda li jintefa b'ruħu u ġismu għall-avvanz tal-popli tad-dinja. Flok qagħad jedha bl-għelieqi tal-karawett li jippossiedi, fetaħ ċentru bil- kollaborazzjoni tal-Università Emory. Bħala Nisrani konvint reġa' beda jmur jgħallem id- duttrina kull nhar ta' Ħadd u baqa' jikteb il-kotba, fosthom tlieta li għandi jien fil-librerija tiegħi – ktieb ta' riflessjonijiet, waħda għal kull jum tas-sena; ieħor jirrakkonta l-esperjenzi tiegħu fost il-popli li għadhom jiżviluppaw; u ieħor pjuttost awtobijografiku. Ċentru Carter Flimkien ma' martu Rosalynn, fl-1983 fetaħ iċ- ċentru Carter u fih issieħeb miegħu grupp imdaqqas ta' ħassieba organizzati madwar Dayle Spencer. Fl-istess okkażjoni tliet organizzazzjonijiet separati, waħda terfa' responsabbiltà għas-saħħa tat-tfal, oħra jisimha Global 2000 Inc, u ċ-ċentru għall-Jeddijiet tal- Bniedem. Carter intalab kemm-il darba biex jidħol medjatur meta jinqalgħu l-konflitti. U f 'dan il-qasam Carter huwa tabilħaqq espert. Jirrakonta sieħbu Pastor: "Carter kapaċi jidħol f 'kamra, jgħarbel il- karattri tan-nies imdaħħla fil-konflitt u jsib tarfhom." Mhix se taqa' d-dinja Darba minnhom Carter kien mitlub jindaħal mis- Sandinistas fin-Nikaragwa meta Ortega kien president. Ortega kellu fiduċja sħiħa f 'Carter imma ħadd ma kien jaf sa fejn tasal dil-fiduċja. Inzerta li kien hemm indikazzjonijiet ċari li fl- elezzjoni li kellha ssir il- kandidat tal-Oppożizzjoni, Violetta Ghamorro kienet se toħroġ rebbieħa u Ortega kien se joħroġ tellief. Carter fetaħ konversazzjoni ma' Ortega b'dan il-mod: "Jiena rbaħt elezzjoni presidenzjali. Jiena tlift elezzjoni presidenzjali. Għalhekk naħseb li nifhem kif tħossok int. Mhux se taqa' d-dinja! Intom żgħażagħ, intom għandkom it-talenti u se jkollkom ċans ieħor. U meta Ortega aċċetta t-telfa, Carter qallu li l-akbar suċċess tiegħu kien li tilef l-elezzjoni għax dak kien l-aħjar mod li tagħti garanzija ta' demokrazija lin-Nikaragwa!" Imma martu Rosalynn ammettiet:"Għalija meta tlifna l-elezzjoni ħassejtni kont fl-aħħar tad-dinja!" Iċ-ċentru Carter joffri s-servizz ta' divesi medjaturi meta jinqala' xi konflitt. Fost il-medjaturi hemm l-Arċisqof Desmond Tutu tal-Afrika t'isfel, Oscar Arias, ta' Costa Rica, Gro Harlem Brundtland, eks Prim Ministru tan-Norveġja, Shridath eks Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, il-Ġeneral Olusegun tan- Nigerja u Lisbet Palme, il-Kummissarju Żvediż għall- UNICEF. Fost il-progammi ambizzjużi taċ-ċentru Carter hemm il-pjan li t-tfal kollha tad-dinja jingħataw titqiba kontra l-mardiet ewlenin li hawn imxerrda fid-dinja. Il-bniedem responsabbli mill- qasam tat-tfal, William Foege, jgħid: "Bil-flus li d-dinja tonfoq fl-armamenti, f '6 jew 7 sigħat inkunu nistgħu intaqqbu lit-tfal kollha tad- dinja!" Carter mhux Trump DUN ANG SEYCHELL "Carter kapaċi jidħol f 'kamra, jgħarbel il-karattri tan-nies imdaħħla fil-konflitt u jsib tarfhom." "Bil-flus li d-dinja tonfoq fl- armamenti, f 'sitt jew seba' sigħat inkunu nistgħu nagħtu titqiba lit-tfal kollha tad-dinja!" Jimmy Carter

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 February 2018