Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288
illum Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 Sports 30 Sportiva tas-Sena 2017 Sue ABELA – Malta Tenpin Bowling Association : Kisbet l-ewwel post fil-Malta Senior Open kif ukoll hija champion nazzjonali. Fuq livell internazzjonali ġiet fit-tieni post fil-France Senior Open, it- tielet fic-Champions Cup ta' Vienna waqt illi fil-Logħob tal-Mediterran rebħet midalja tal-bronż fil- kompetizzjonijiet kollha li ħadet sehem fihom inkluż il-fidda fil-Masters. Rachel Cuschieri – Malta Football Assocation : Bħalissa tilgħab fil-Belġju ma' Anderlecht Ladies fejn spiss qed tkun fil-lista tal-iskorers fil-partiti tat-tim Belġjan tant illi skorjat sitt gowls mill-bidu tal- istaġun s'issa. Hija wkoll għażla awtomatika fit-tim nazzjonali tan-nisa u hija plejer determinanti u tixpruna lil sħabha bl-esperjenza li għandha Christina GRIMA – Malta Basketball Association : Għażla awtomatika fit-team nazzjonali Malti. Wara li fis-sena 2016 flimkien ma' sħabha kisbet l-ewwel post u eventwalment il-midalja tad-deheb fil- Kompetizzjoni tal-FIBA Diviżjoni C, wasal suċċess ieħor matul is-sena li għaddiet bir-rebħ tal-midalja tad-deheb fil-Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa f 'San Marino. Charlotte WINGFIELD – Malta Amateur Athletics Assocation : Rebħet żewġ medalji tad-deheb fil- Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa f 'San Marino meta rebħet il-100 metru u 200 metru u kienet membru fit-tim tar- relay 4 x 100 metru illi kiseb il-midalja tal-fidda fl-istess kompetizzjoni. Rebħet il- 100 metru fil-European Athletics Team Championships li saru hawn Malta. Yazmin ZAMMIT STEVENS – Malta Weightlifting Assocation : Ikkwalifikat għal-Logħob tal- Commonwealth u rebħet l-ewwel midalja tad-deheb fl-istorja f 'kompetizzjoni internazzjonali. Fl-Open ta' Llubljana kisbet il-midalja tal-fidda u kisret rekords nazzjonali fis-sena 2017. Kienet l-ewwel weightlifter mara illi rrapreżentat lil Malta f 'kompetizzjoni Ewropea tas- seniors u spiċċat fil-15-il post. Sportiv tas-Sena 2017 Noel BALDACCHINO – Malta Racing Club : Sar l-ewwel sewwieq Malti illi pparteċipa fil-World Harness Driving Championships li saru fil-Kanada f 'Awwissu 2017. Irnexxielu jirbaħ waħda mit-22 tellieqa tal-kampjonat u kien konsistenti fit-tiġrijiet l-oħra tant li spiċċa fis-sitt post overall f 'korsa differenti minn dik li s-soltu mdorri fiha. Gianluca CHETCUTI – Malta Shooting Sport Federation : Assigura li Malta żżomm is- supremazija tagħha fid-double trap waqt il-Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa b'rebħa drammatika fis-shooting arena ta' Serravalle meta kien strumentali fir-rebħ tal- midalja tad-deheb . Aaron CIANTAR – Powerboat Federation : Huwa c-champion tal-Kampjonat tad-Dinja tal- Powerboats klassi V1 li sar fl-2017. Din kienet il-ħames rebħa għal Aaron li rebaħ f 'dawm il- kampjonati u flimkien ma' Team Chaudron kienu rebbieħa overall f 'Ottubru li għadda fi Chioggia. Flimkien ma' Dominique Martini ddominaw mill-bidu sal-aħħar din il-kompetizzjoni. Anton CUSCHIERI – Malta Pool Association : Rebaħ il-Kampjonat tal-Ewropa li sar fi Blackpool, l- Ingilterra fi Frar 2017. Dan l-avveniment huwa kkunsidrat bħala wieħed ewlieni fil-Pool. Kiseb suċċess ukoll fit-tieni Ranking Tournament tal- istaġun organizzat mill-Malta Pool Association meta rebaħ il- finali kontra Miguel Falzon bl-iskor ta' 8-6. Duncan MICALLEF – Malta Motorsport Federation u Malta Drag Racing Association : Huwa ċ- champion tal-European FIA Top Fuel Dragster u msejjaħ bħala l-iktar sewwieq veloċi fl-Ewropa. Micallef rebaħ tliet rawnds konsekuttivi waqt il- FIA European Top Fuel Drag Racing Championships li saru fl-2017 sabiex rebaħ it-titlu ta' Champion Ewropew tas-sena 2017. Andre' SCHEMBRI – Malta Football Association : Kien dejjem regolari fit- tim nazzjonali Malti u qed ikompli jagħmel isem barra minn xtutna fejn wara perjodu jilgħab ma' Boavista fil-Portugall, f 'Settembru tas- sena l-oħra reġa' mar jilgħab Ċipru ma' Apollon Limassol fejn minn tmien logħbiet diġà skorja żewġ gowls. Kien strumentali biex Apollon ikkwalifikaw mill-ewwel fażi tal-UEFA Europa Cup. L-ewwel player Malti li lagħab f 'din il-kompetizzjoni. Żagħżugħ tas-Sena 2017 Jurgen BALZAN – Malta Table Football Sports Association : Rebaħ żewġ kompetizzjonijiet internazzjonali, il-GrandPrix of Milan u l-Gran Prix of Valletta filwaqt illi kien semifinalist fil-Gran Prix of England. Ipparteċipa fit-Tazza tad-Dinja fi Franza u temm din il-kompetizzjoni mal- aħħar 16 -il plejer. Jacob SCIBERRAS– Aquatic Sports Association of Malta : Membru fit-tim tal-kbar kif ukoll ipparteċipa mat-tim nazzjonali taż-żgħażagħ. Huwa spiċċa bħala l-aqwa skorer fl-EU Nations Junior Boys Waterpolo Cup. Kijan SULTANA – Malta Squash Association : Sena ta' suċċess meta kiseb ir-raba' post fir-ranking tal-kategorija ta' taħt it-13 -il sena. Rebaħ il- Junior Open fil-kompetizzjoni ta' taħt id-19-il sena filwaqt li fuq livell internazzjonali kiseb il-ħames post fl-Open ta' Spanja, is-sitt post fl-Open ta' Wales u t-tielet post fl-Open tar-Irlanda u rebaħ wkoll l-Open tar-Russja . Thomas G. WOODS JR – Malta Triathlon Federation : Rebbieħ overall fil-kampjonat lokali tat- Triathlon tal-2017 u fuq livell internazzjonali kiseb id-disa' pożizzjoni tar- RiponTriathlon competition illi saret fl-Ingilterra f 'Lulju 2017 meta kien għad għandu biss 12 -il sena meta kkompeta f 'dan l- avveniment. Huwa kiseb l-ewwel post f 'żewġ kompetizzjonijiet internazzjonali għal żgħażagħ ta' taħt it-13 -il sena. Edward XUEREB – Malta Tenpin Bowling Assocation : Ta' 13-il sena impressjona matul l-2017 meta rebaħ il-kompetizzjoni nazzjonali riservata għall-bowlers taħt is-16 -il sena. Ipparteċipa fil- Kampjonati tal-Ewropa taż-Żgħażagħ tat-Tenpin Bowling li saru fit-Tali Bowl f 'Helsinki, l-Finlandja. Għall- ewwel darba fl-istorja ta' dawn il-Kampjonati Malta kienet fost it-28 pajjiż li pparteċipaw. Malta spiċċat fis-16 -il post f 'din il-kompetizzjoni. Żagħżugħa tas-Sena 2017 Francesca CURMI – Malta Tennis Federation : Rebħet it-tournament fil-kategorija ta' taħt it-18 -il sena minkejja illi kellha 14 -il sena. Francesca FALZON YOUNG – Aquatic Sports Association of Malta : Meta ħadet sehem fl- ISpeedo International Meeting f 'Dubai f 'Novembru 2017 kisret erba' rekords, fosthom fil-50 metru Backstroke rekord li kien għadu kif kien stabbilit ftit tal- jiem qabel fil-Kroazja. Kisret ukoll ir-rekord fil- 200m Freestyle biex fit-tieni jum tal- kompetizzjoni kisret darbtejn ix-Short Course rekord fil- 50m Butterfly rekord li kien ilu sentejn ma jinkiser. Ir-raba' record kien fil-100m Freestyle f '57.35 sek. Shelby MANGION VASSALLO – Malta Weightlifting Assocation : Ipparteċipat fit-Tazza tal- Mediterran li saret f 'Ljublana fi Slovenja. Ġiet fir-raba' post u kellha refgħat fejn saħansitra kisret rekords nazzjonali minkejja l-eta' ta' 14 -il sena. Ħadet sehem fit-Tazza Ewropea f 'Ruma fejn ġiet fil- ħames pożizzjoni fost atleti mill-Italja, il-Polonja u Spanja. Fil-Kampjonat internazzjonali li sar f 'pajjiżna fil-kategorija ta' 75 kilogramm, marret ferm aħjar minn atleti ferm aktar rinomati. Helene PELLICANO – Malta Tennis Federation : Wara li okkupat l-ewwel post fir- rankings Ewropej kienet ukoll ikkonfermata bħala l-ewwel erba' kwalifikati għall-Junior Masters. Matul is-sena 2017 ħadet sehem fil-Federations Cup li saret fil-Belarus flimkien ma' Elaine Genovese, Francesca Curmi u Brenda Galea. Sara XUEREB – Malta Tenpin Bowling Association : Rebħet żewġ midalji tad-deheb fit- Tazza tal- Pajjiżi ż-Żgħar tat- tenpin bowling fis-singles kif ukoll fuq livell ta' team. Kisbet suċċess ukoll fil- kampjonat tal-Mediterran fejn flimkien ma' Sue Abela kisbu l-ewwel post. Ġiet fit-tieni post fis- Sinjoor Junior Open fil-Belġju kif ukoll t-tielet fil-Luton Junior Open. Kowċ tas-Sena 2017 Angela ADAMOLI – Malta Basketball Association : Kowċ Taljana ilha tmexxi lit-tim nazzjonali Malti tan-nisa għal dawn l-aħħar seba' snin. Matul is-sena li għaddiet dan it-tim kiseb suċċess uniku dak tal- midalja deheb fil-Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa li saru f 'San Marino. Dan is-suċċess kompla fuq dak li nkiseb meta l-istess tim spiċċa fl-ewwel post tal- FIBA Division C European Championships. Jimmy BUGEJA – Malta Shooting Sport Federation: Mexxa lit-tiraturi Gianluca Chetcuti u Nathan Lee Xuereb f 'avvenimenti internazzjonali. Chetcuti rebaħ il-midalja tad-deheb fil-Logħob tal-Istati ż- Żgħar tal-Ewropa f 'San Marino filwaqt illi Xuereb rebaħ il-Malta International Grand Prix 2017 u t-tielet post fil- Pre-Commonwealth Games Competition. Jesmond GIORIDMAINA – Federazzjoni Maltija Lotta : Mexxa diversi lottaturi promettenti fil- kategorija elite SportMalta Awards - Għażliet Sportivi Nazzjonali Min huma l-Finalisti?