Illum previous editions

illum 4 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 Sports 32 FILJIEM li għaddew, ġie organizzat il-Major of Rochefort ġewwa l-Belġju. ISSIBT ġew organizzati l-kompetizzjonijiet individwali. Għal dawn il-kompetizzjonijiet ħadu sehem 181 plejer minn pajjiżi differenti fosthom Malta, li kienet rappreżentata minn għaxar plejers. Fil-kategorija Open kien hemm ħames plejers Maltin. Derek Conti wasal sal-kwarti tal-finali fejn inqala' kontra l-plejer Taljan Saverio Bari bl-iskor ta' 0-0 u kellhom jagħtu 'shots' li spiċċaw 1-0. Samuel Bartolo, Angelo Borg u Massimo Cremona waslu sal-aħħar 32, filwaqt li Tristan Fenech inqala' fil-fażi tal-gruppi. Din il-kategorija ntrebħet mill-plejer Spanjol Carlos Flores. Fil-kategorija tal-veterani kien hemm erba' plejers Maltin. Charlie Aquilina wasal sas-semi-finali fejn inqala' kontra l-plejer Taljan Gianfranco Calonico bl-iskor ta' 4-0. L-istess Calonico spiċċa rebbieħ ta' din il- kategorija. Jason Pisani u Mario Camilleri nqalgħu bil-barrage kontra Carlo Alessi u Charlie Aquilina rispettivament. John Zammit inqala' fil-fażi tal-gruppi. Jurgen Balzan wasal sas- semi-finali tal-kategorija ta' taħt id-dsatax-il sena. Din il- kategorija ntlagħbet f 'forma ta' Kampjonat fejn Balzan ġie fit-tielet post u l-finali ntlagħbet bejn il-plejers li ġew fl-ewwel u t-tieni post. Ir-rebbieħ ta din il-kategorija kien il-plejer Belġjan, Maxime Rairoux. Il-Ħadd kien hemm il- kompetizjonijiet tat-timijiet fejn 29 tim ħadu sehem. Valletta Subbuteo Club kienu pass 'il bogħod mit- titlu meta lagħbu l-finali kontra t-tim Taljan F.Lli Bari Reggio Emilia li jilgħab magħhom il-plejer Malti Massimo Cremona. It-tim ta' Valletta Subbuteo Club kien iffurmat mill-plejers Derek Conti, Samuel Bartolo, Mario Camilleri, il-Belġjan Pascal Scheen u l-Ingliż Christian Short. Valletta Subbuteo Club kellhom prestazzjoni tajba ħafna mill-bidu nett meta għaddew b'punti massimi fil- grupp u komplew javvanzaw sakemm waslu sal-finali u tilfu bl-iskor ta' 2-1. F'din il-ġurnata, il-plejers Maltin John Zammit u Tristan Fenech kienu qed jilgħabu mat-tim Grieg tagħhom Piraeus Lions TSC. Jason Pisani kien qed jilgħab mat- tim Taljan Master Sanremo. Valletta Subbuteo Club l-nali tal-Major of Rochefort u żewġ plejers s-semi-nali tal- kategoriji individwali Il-Kumitat Olimpiku Malti jidħol fi ftehim ta' sħubija mas- Saint James Hospital Group u Planet Health Limited HEKK kif l-istaġun 2017/18 riesaq lejn l-aktar fażi kruċjali, il-partitarji għandhom inċentiv ieħor biex jitilgħu bi ħġarhom u jagħtu l-appoġġ lit-team tagħhom. Il-Malta Football Association qed tniedi l-Best Fans Award, unur li se jkun qed jippremja lil dawk il-partitarji li b'mod kostanti juru l-lealtà u appoġġ lill-club tagħhom matul il-kampjonat BOV Premier u l-BOOST Diesel FA Trophy. Kif ser jintgħażlu r-rebbieħa tal-Best Fans Award? Fi tmiem l-istaġun, panel ta' ġurnalisti li ta' kull ġimgħa jsegwu l-logħbiet mill-Kampjonat BOV Premier janalizzaw il- kontribut tal-partitarji tal- 14-il tim mill-Kampjonat BOV Premier. Huma se jkunu qed iħejju lista tal-aqwa supporters b'sistema ta' punti skont dawn it-tliet kriterji: • Attendenza matul l-istaġun • Korjografija • Imġieba xierqa L-ewwel rebbieħa ta' dan l-unur jitħabbru waqt is-serata finali tal-2018 MFA Awards f 'Mejju li ġej f 'Dar il-Mediterran għall- Konferenzi. Dr Matthew Paris, il- Viċi-President tal-Malta Football Associationli hu responsabbli mill- organizazzjoni tal-MFA Awards, qal li l-partitarji humal-qalb u r-ruħ tal- logħba tal-football. "Qegħdin inniedu dan l-unur sabiex nirrikonoxxu l-kontribut tal-partitarji kif ukoll biex ninkoraġġuwhom jgħollu l-livell ta' appoġġ għat- teams tagħhom," qal Dr Paris. "Nittamaw li din l-inizjattiva tħeġġeġ aktar partitarji jitilgħu bi ħġarhom biex jagħtu s-sostenn u joħolqu atmosfera sabiħa biex filwaqt li jkunu qed jgħinu lill-benjamini tagħhom, ikunu ukoll minn ta' quddiem fit-taqtiegħa għal dan l-unur ġdid tal-aqwa partitarji." Filwaqt li l-partitarji se jingħataw punti għall- attendenza, korjografija u imġieba xierqa matul l-istaġun, skont ir- regolamenti proposti għal Best Fans Award, offiżi kommessi minn partitarji li jkunu suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja jirriżultaw fit-tnaqqis ta' punti. Parteċipanti Maltin li ħadu sehem waqt il-Major of Rochefort l-Belġju Mix-Xellug għal-Lemin: Milos Stanisavljevic, Julian Pace Bonello u Maria Bugeja Ritratt - MOC

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 February 2018