Illum previous editions

illum 4 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Jien minn dejjem kelli imħabba kbira lejn l-isport inġenerali iżda fejn għandu x'jaqsam futbol minn meta kont żgħir dejjem kont nagħti xi daqtejn ballun ma' sħabi tat-triq. Apparti minn hekk kelli ħija l-kbir illi kien jilgħab ma' Rimini u kont immur narah ta' spiss il-grawnd. Għalija ħija kien ta' ispirazzjoni kbira, kont nipprova nimitah fil-logħob tiegħu u x-xewqa tiegħi kienet illi nsir bħalu. Nammetti illi sibt fortuna kbira f 'dan l-isport tant illi spiċċajt ilħaqt aħjar minnu u nsomma issa ninsab hawnhekk nikkowċja lil Levski Sofia. Kellimni dwar l-esperjenza tiegħek meta kont tmexxi lil Lecce. Lecce kien wieħed mit-timijiet illi kont immexxi. Kien tim bi plejers ta' ċertu kalibru u l-ambizzjoni kienet illi t-tim jilgħab f 'xi kompetizzjoni Ewropea. Minkejja dan kollu t-tim iddiżappunta tant illi spiċċajna lejn l-aħħar pożizzjonijiet fil-klassifika u ġejna relegati. Minkejja kollox ma qtajniex qalbna u wara li rbaħna l-kampjonat tas-Serie B, erġajna ġejna promossi għas-Serie A fejn ksibna s-salvazzjoni proprju fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat tal-istaġun 2003- 2004. Nibqa' niftakar ir-rebħa illi ksibna fl-istejdjum tagħna kontra Inter li tatna ċ-ċans nilagħbu staġun ieħor mal-kbar. Kien tim illi kellu plejers tajbin f 'dik is-sena bħal Vucinic, Ledesma, Conan u Tonetto illi aktar tard marru ma' timijiet aħjar u żiedu l-profil tal-karriera tagħhom. Int kont ukoll il-kowċ ta' żewġ timijiet mill-belt ta' Genova li huma Sampdoria u Genoa. Veru li kien hemm ċertu snin bejn tim u ieħor meta kont fit-tmun tagħhom, iżda x'ħassejt li għaddejt minn rival għall-ieħor? Naħseb illi kont ixxurtjat ħafna illi mexxejt iż-żewġ timijiet mill-belt ta' Genova illi nafu kemm huma akkaniti bħala partitarji u s-sapport illi jagħtu fil-grawnd. Iva nista' ngħid illi kien żminijiet differenti minħabba li ma' Genoa fl-1999 kont għandi fil-bidu tal-karriera tiegħi filwaqt illi ma' Sampdoria kelli esperjenza diġà bħala kowċ u kulma ilu kien erba' snin jiġifieri veru riċenti. Naf illi d-derby Sampdoria v Genoa huwa mistenni ħafna. Nista' nikkonfermalek illi l-ebda derby mhuwa l-istess bħall-ieħor għalkemm ir-rivalità tibqa' hemm. Jien nara illi logħba bejn żewġ timijiet tal-istess belt mhux partita bħall-oħrajn. Hemm xi ħaġa differenti, l-emozzjonijiet ikunu ikbar u fl-istess ħin nara ħeġġa aktar mis-soltu minn dawk kollha involuti. Jekk tirbħu tkun l-eroj tal-belt, jekk titilfu hemm ċertu diżappunt u rabja mill-partitarji ta' tim jew ieħor. Imbagħad kellek esperjenza oħra sabiħa ma' Lazio fejn rbaħt xi trofew u anke kellek suċċess fid-derby kontra Roma. X'tikkumentali dwar meta kont tmexxi Iil Biancocelesti? M'hemmx dubju illi Lazio kienu wieħed mit-timijiet illi magħhom kelli suċċess. Il-belt ta' Ruma hija partikolari mhux biss għax hi l-kapitali tal-Italja iżda anke għax il-futbol jieħduh wisq bis-serjetà. Minkejja illi ma kellniex xi tim b'saħħtu daqshekk xorta wasalna fejn xtaqna u saħansitra konna rbaħna d-derby kontra Roma u dan kien ta' sodisfazzjon kbir għall-partitarji ta' Lazio. Kienu erba' snin illi nibqa' niftakarhom fejn barra li rbaħna l-Coppa Italia wasalna wkoll biex ikkwalifikajna kemm għal UEFA ChampionsLeague kif ukoll għal UEFA EuropaLeague. Madankollu kienu erba' snin ta' stress kbir f 'belt illi hija ferm diffiċli u l-pressjoni li jkollok biex tirbaħ huwa kbir wisq. Għalhekk nista' nikkonferma illi Ruma hija waħda mill-ibliet fejn huwa ferm diffiċli illi tikkowċja. Nitkellmu dwar il-Lazio tal-lum il- ġurnata. Tara illi t-tim jista' jasal biex jikseb post fiż-żona Ewropea? Ifhem il-Lazio tal-lum huwa tim ferm differenti minn dak ta' disa' snin ilu meta jien kont nikkowċjahom. Illum hemm inqas problemi ekonomiċi minn dak iż-żmien. Il-klabb illum il-ġurnata huwa b'saħħtu u apparti minn hekk għandu plejers ta' kalibru li fl-opinjoni tiegħi jistgħu anke jilagħbu ma' klabbs kbar bħal Barcelona, Real Madrid u Paris St Germain. Bla dubju illi min għażel dawn il-plejers ħaqqu prosit kbira għax irnexxielu jgħaqqad grupp ta' nies illi qed jagħmlu affarijiet kbar. Simone Inzaghi mbagħad huwa kowċ kbir illi kumbinazzjoni kien miegħi bħala plejer meta kont immexxi lit-tim lura fi żmien. Huwa kowċ serju u metikoluż illi kapaċi jmexxi lit-tim għas-suċċessi li jrid. Personalment nemmen illi Lazio huwa wieħed mit-timijiet favoriti tiegħi għalkemm hemm oħrajn illi kont immexxi illi baqgħu ferm għal qalbi. Dan l-istaġun naħseb illi ser ikunu kapaċi jagħmluha għal mal-ewwel erbgħa għalkemm wieħed irid jara kif ser jilagħbu t-timijiet l-oħra illi magħhom qed jiġġieldu għal post fil-UEFA ChampionsLeague. Kellek ukoll iċ-ċans illi tmexxi lil Fiorentina fil-kampjonat tas-Serie A. Kif ħassejtek ma' dan it-tim? M'hemmx dubju illi wara l-belt ta' Ruma, dik ta' Firenze wkoll hija ferm diffiċli biex tikkuntentaha bħala sapport u wkoll issib ħafna pressjoni sabiex tirnexxi. Li naf hu illi dak iż-żmien meta għajtuli biex inkun il-kowċ tagħhom, lura għal 2011, kelli tim li kien mifxul u apparti minn hekk ma kienx hemm sens ta' għaqda. Meta mbagħad tajt il-kontribut tiegħi, irranġajt dak li kelli nirranġa iżda ġejt imkeċċi f 'Novembru ta' sentejn wara meta t-tim kien għaddej minn mumenti ferm diffiċli. Kollox ma' kollox kienet esperjenza sabiħa għalkemm jibqa' d-diżappunt illi ma ksibtx ir-riżultati li xtaqt magħhom. Xi tgħidli mbagħad meta lura fl-2004 kont fit-tmun ta' Atalanta? Ifhem dan it-tim ma rnexxilux jikseb ir- riżultati illi xtaq dak iż-żmien għalkemm bħala esperjenza emozzjonali kienet waħda ferm sabiħa. Niftakar illi dak iż-żmien il-partitarji laqgħuni b'idejhom miftuħa, apprezzaw dak li għamilt mal-Bergamaschi fejn bi plejers mhux daqshekk famużi irnexxielna nagħmlu li nistgħu sabiex insalvaw lit-tim mir-relegazzjoni. Minkejja illi għaddew ħafna snin, għadni marbut man-nies ta' Bergamo u baqgħu s'issa jsemmuli dak li rnexxielna nagħmlu. Jien dejjem nemmenil li meta l-affarijet ma jkunux sejrin tajjeb huwa ferm diffiċli li tkun partitarju iżda nammira lil dawk illi jibqgħu wara t-tim minkejja xi mument diffiċli li jkun għaddej minnu. U kif ħassejtek meta kont kowċ ta' Bologna fl-aħħar esperjenza tiegħek tmexxi tim Taljan lura għas-sena 2015? Jien niddeskrivi l-esperjenza tiegħi ma' Bologna bħal miraklu għax lili sejħuli fl-aħħar tliet logħbiet tat-tim meta t-tim kien jilgħab fis-Serie B u kien fis-sitt post tal-klassifika. Il-miraklu seħħ għax wassalt lit-tim għall-play-offs fejn imbagħad irbaħna lil Pescara fil-finali u rnexxielna niksbu l-promozzjoni għas-Serie A. Sfortunatament meta ġejna promossi sibnieha diffiċli tant li kellna sensiela ta' telfiet illi wasslu sabiex ma nibqax magħhom. Minkejja kollox nibqa' niftakar il- promozzjoni illi ksibna. Kellek ukoll esperjenza ma' Palermo bejn l-2009 u l-2011. Kif tħares lejha din l-esperjenza? Nista' ngħid illi Sqallija kien reġjun illi ftit kont naf dwaru fejn għandu x'jaqsam futbol. Illum il-ġurnata ngħid illi Palermo hija belt fantastika b'nies fantastiċi. Naħseb illi ma' dan it-tim ksibna riżultati importanti bi grupp ta' plejers illi ftit kienu magħrufa u li kitbu l-istorja ta' dan it-tim. Qed nitkellem fuq nies bħal Edinson Cavani u Javier Pastore fost l-oħrajn li nafu li aktar tard marru jilagħbu ma' Paris St Germain, Ezequiel Muñoz, Josip Iličić u Armin Bačinović. Kellna wkoll lil Fabrizio Miccoli illi għalkemm ma kienx żgħir ta l-kontribut tiegħu bl-esperjenza li kellu. Naħseb l-iktar mument illi niftakar minn din l-esperjenza ma' dan it-tim Sqalli kien meta rbaħna lil Juventus barra minn darna. Il-partitarji dakinhar kienu fis-seba' sema. U issa tinsab ma' Levski Sofia. Kif qed tħossok? Bla dubju illi din hija triq verament sabiħa illi qbadt. Naħseb inqisha bħala waħda mill-iktar karigi prestiġjużi illi kelli. Fil-fatt din għalija hija l-ewwel esperjenza illi kelli barra minn pajjiżi u għalhekk qed neħodha b'serjetà kbira. Naf illi l-lingwa għadni ma drajthiex daqshekk filwaqt illi l-livell tal-futbol Bulgaru huwa wieħed aċċettabbli minn ċertu timijiet għalkemm jibqgħu dawk l-erba' timijiet illi għandhom xi ħaġa iktar mill-oħrajn. Bħalissa hawn ħafna plejers barranin inklużi kowċis sabiex jiżdied iktar il-livell. Li hu żgur hu li l-federazzjoni Bulgara qed tagħmel minn kollox biex iżżid il-livell tagħha. Int kellek iċ-ċans tkun Malta għal dan it-training camp ma' Levski Sofia. Kif tarahom il-faċilitajiet f 'Ta' Qali? Kienet għażla tiegħi illi niġu Malta għal dan it-training camp. Iddiskutejt din l-idea mal-istaff tiegħi minħabba illi bħalissa fil-Bulgarija hemm temperatura ta' -10 gradi Celsius u żgur illi m'hemmx 'Kienet għażla tiegħi illi niġu Malta Cristian Antony Muscat Delio Rossi - Kowċ Taljan ta' esperjenza kbira, li mexxa diversi timijiet Taljani bħal Salernitana, Foggia, Pescara, Genoa, Lecce, Atalanta, Lazio, Fiorentina, Palermo, Sampdoria u Bologna. "Importanti illi meta tilagħbu l-futbol tagħmlu dan biex tiddevertu. Nieħdu eżempju mit-tfal. Dawn jilagħbu għax jieħdu gost jagħmlu dan xi kultant bis-sempliċità kollha tagħhom. Jekk int titlef dan il-fattur għalija tista' ma tilgħabx futbol! Issa jekk aktar 'il quddiem dawn l-istess żgħażagħ ikollhom it-talent neċessarju, għaliex le jistgħu anke jsiru plejers professjonisti."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 February 2018