Illum previous editions

illum 4 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

9 Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 | illum Aħbarijiet PROPJU bħall-bieraħ 23 sena ħafna mill- Maltin kienu jinsabu f 'Dar il-Mediterran igawdu it-12-il edizzjoni tal-Kompetizzjoni tal-Kanzunetta tal- Eurovision. Fid-daħla l-oħra tal-port kien hemm partita tarznari li daħlu għax-xogħol biex jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum. Ħafna minn dawn il-ħaddiema, li kien imisshom ix-xift ta' wara nofsinhar, kienu destinati li jaħdmu fuq it- tanker tal-Um El Faroud li kien trakkat f 'Baċir Numru 3. B'xorti ħażina, ħafna minn dawn il-ħaddiema qatt ma marru lura d-dar mal- familji tagħhom. Fis-satra tal-lejl tat-3 ta' Frar seħħet splużjoni kbira fit-tank ċentrali tal-Um El Faroud, splużjoni li ħasdet il-ħajja ta'disa' ħaddiema. George Xuereb ta' 57 sena minn Ħal Qormi, Simon Pisani ta' 22 sena mill-Imsida, George Aquilina ta' 24 sena minn Ħal Qormi, Simon Mifsud ta' 25 sena mill- Birgu, Angelo Sciberras ta' 51 sena minn Ħaż-Żabbar, Mario Hales ta' 39 sena mill-Imqabba, Anthony Vassallo ta' 29 sena minn Ħad-Dingli, Paul Seguna ta' 37 sena minn Ħaż- Żebbuġ u Charles Callus ta' 46 sena mill-Belt Valletta tilfu ħajjithom fuq l-Um El Faroud. L-isplużjoni riegħdet iż-żona tal-port u l-madwar. Ma tantx dam wisq sakemm in-nies tal- viċinanzi li l-maġġor parti kienu qegħdin isegwu t-trażmissjoni ta' konkors, għelbithom il-kurżità u ħarġu jaraw x'kien ġara. In-nies kienu xxukkjati u bla kliem għax-xena li raw b'għajnejhom; id-duħħan u n-nar kien infirex sew fil-Baċir Numru Tlieta. Kif bdiet tiġri l-kelma t-tim tekniku ta' Xandir Malta qata' għalkollox it-trażmissjoni minn Dar il-Mediterran u telaq b'emerġenza lejn it-Tarzna. Fil-frattemp kienu bdew jinġabru għadd ta' residenti inkwetati, familjari u tarznari li ma kinux xogħol. Fi Triq is-Sur l-Isla, it-triq li tagħti dirrettament fuq it-tarzna, kif ukoll fid- daħla tat-Tarzna f 'Għajn Dwieli kien hemm sens ta' inkwiet kollettiv għalkemm ħadd ma kellu konferma ta' x'kien ġara eżatt donnu kienet evidenti li kienet ġrat diżgrazzja fil-post fejn ħadmu tant Maltin u Għawdxin. Il-ġranet sussegwenti kienu jiem ta' luttu nazzjonali. Il-funeral tal- vittmi li kien wieħed statali sar fil-Knisja ta' Kristu Re, f 'Raħal Ġdid. Għexieren ta' Maltin ħarġu fit-toroq ta' minn fejn kienu se jgħaddu l-'konvoj' ta' karozzi tal- funeral, iċapċpu b'sinjal ta' rispett. Il-pjazza biswit il-Knisja ta' Kristu Re ma kienx hemm fejn toqgħod labra, kienet ġurnata ta'niket u sogħba. Hekk kif illum eżatt jaħbat it-23 anniversarju ta' dan l-avveniment traġiku għall- ġens Malti, speċjalment għall-ħaddiem, l-ILLUM marret iż-Żejtun u ltaqgħet ma' Joseph Abela, eks tarznar li kien qiegħed proprju fl-engine room tal-Um El Faroud meta seħħ dan kollu imma li b'xorti tajba skansa l-mewt. 23 sena wara, Abela issa qrib is-snin ta' irtirar, joħodna lura f 'sitwazzjoni fejn ftit Maltin jistgħu jgħidu li kienu u jirrakkonta eżatt x'kien ġara f 'dawn is-sigħat misħutin qalb il-paniku, it-terrur u d-dulur. Ara paġni 10 u 11 Produzzjoni unika fuq it- traġedja tal-Um El Faroud se tidher fuq l-illum. com.mt, kif ukoll fuq il- programm 7'Ijiem illejla fit-8.30 fuq TVM 2. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter DAĦLU GĦAL ĠURNATA XOGĦOL IMMA QATT MA MARRU LURA DDAR It-3 ta' Frar hi ġurnata bħall-oħrajn għall-ħafna Maltin però għal oħrajn speċjalment dawk l-eks tarznara, hi ġurnata ta' rifl essjoni u dieqa, ġurnata illi fi ha kollha jgħidu "stajt kont jien"…

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 February 2018