Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288
Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 L-imgħallem tiegħi beda jwerżaq, jheżżiżni JOSEPH Abela jew aħjar kif kienu jsibuh it-Tarnza, Ta' Mattew jibda jirrakkonta mal-ILLUM l-avvenimenti tat-3 ta' Frar 1995. "Niftakar dakinhar kien il-Ġimgħa, u l-imgħallem tagħna kien qalilna li llum se naħdmu pari. Hu kien tana struzzjonijiet sabiex immorru ngħabbu l-pompi fuq it-tanker li kien qiegħed fil-baċir numru tlieta. Niftakarni niżel fl-'engine room' u bdejt naqla' ċ-ċima u waqt li dendilt iċ-'chain block' u bdejt immajna, smajt l-isplużjoni u ħsibtu kien għamel terremot fit- Tarzna", temm jgħid Abela. Hu jkompli jirrakkonta kif wara li seħħet l-isplużjoni lanqas kien jaf x'laqtu, "wara li smajt dak il-ħoss, niftakar smajt żewġ theżżiżiet kbar u għal mument intlift." Kaġun tal-isplużjoni, Abela waqa' għal isfel iżda b'xorti tajba baqa' mdendel. "Niftakar bdew jgħajtu, itla' minn hemm għax il-vapur qed jaqbad u bdejt ngħid dawn x'qegħdin jgħidu?" L-eks tarznar jiddiskrivilna x-xena li ra hekk kif hu tela' minn ġol- kamra tal-magna. "Wara li kien irnexxili nitla' fuq id-deck, għidt dan il-vapur jew film? Hekk kont ħsibtu. Niftakarni nara d-deck imxammra bħalma ġabitha l-għada l-gazzetta, ma stajtx nemmen li t-tanker kien spiċċa hekk." Abela jkompli jirrakkonta, "imbagħad telaq id-dawl u waqajna fuq il-provvista ta' dawl t'emerġenza. Xi ħaddiema tefgħu s-sellum biex ninżlu, għaliex minn fejn suppost konna ninżlu taret bl-isplużjoni u ma kienx hemm post minn fejn ninżlu." F'dan il- mument ta'paniku Abela jispjega lill-ILLUM il- ħsibijiet li kienu għaddejjin mil-kurituri ta' moħħu f 'dak il-waqt. "Jien bżajt ninżel għall-bidu, għax tant kemm kien hemm paniku li n-nies bdew jinżlu fuq xulxin. Għidt jekk jinqata' s-sellum xorta kont se mmut b'dak l-għoli ta' baċir." B'xorti tajba, Abela kien irnexxielu jinżel mit- tanker li kien qed jaqbad. "Meta nżilt il-baċir, kulma niftakarni li għamilt mort tlajt it-taraġ b'ħeffa u bdejt niġri għal Għajn Dwieli Gate għax bżajt li l-vapur se jerġa' jisplodi." Fl-istess sena ta' meta ġara dan kollu, jiġifieri l-1995, Abela flimkien mal-mara tiegħu kienu qegħdin jistennew il- wild tat-tarbija tagħhom, hu jgħidilna li waħda mill-miri tiegħu kienet li jinforma lill-mara qabel ma din tibda tinkwieta. "Dak iż-żmien ma kellniex mowbajls, niftakar ilmaħt wieħed tal-midja kellu mobile mill-kbar u għamilt wiċċi biex nċempel lill- mara, kont wissejtha li kien qabad 'naqra nar fuq vapur' u għidtilha biex ma tinkwetax." Wara li informa lill- mara, Abela beda miexi lura għall-Baċir Numru 3, "f 'dak il-ħin kienu laħqu ġew l-ambulanzi, il-pompa tan-nar u l-għajnuna kollha. Niftakar meta rani l-imgħallem tiegħi, beda jwerżaq, jheżżiżni u jgħajjat "għadek ħaj, għadek ħaj" u jaqbadni mill-boiler suit u jkompli jheżżiżni. Ħabat li xħin l-imgħallem ta' Abela u sieħbu kienu fit-triq ġejjin ħdejh sploda l-Um El Faroud għalhekk bir-raġun, l-imgħallem kien kuntent li rah qawwi u sħiħ. Ftit tal-ħin wara l-awtoritajiet għamlu r-rassenja biex jaraw minn kien fadal ħaj. "Niftakar kien hemm l-imgħallem tal-fitters George u kien hemm wieħed għadu żgħir Simon ma tantx kien ilu jaħdem fitter. Veru kont tħassartu kien għadu tfal. Imbikkem kont jien, veru tbikkimt, kollha tkun tafhom sew, aħna tat- Tarzna qisna aħwa konna." Abela jkompli jispjega lill-ILLUM is-sentiment reali ta' madwar it-Tarzna dakinhar, "niftakar ġie lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter "Ħa nagħlaq 61 sena u t-trawma għadha fuqi, it- trawma tibqa' fik. Minn dak l-aċċident 'l hawn moħħi ma waqafx jaħseb. Tibqa' taħseb u tistaqsi tgħid se jerġa' jiġri hekk?"