Illum previous editions

illum 11 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/952914

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 illum | Il-Ħadd 11 ta' Marzu 2018 Aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN GHADA www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 51 72 77 52 57 70 61 15 Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir- Repubblika, Valletta The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbi- ra San Ġuzepp, Ħamrun Brown's Pharmacy, 278, Triq il-Vitor- ja, Qormi St. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant'Elena, Birkirkara Regional Pharmacy, Triq E.H. Furse, Msida Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Sliema Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Attard Brown's Chemists, Triq San Pawl, Naxxar Qawra Pharmacy, Earl's Court/1, Triq l-Imħar, Qawra Brown's Pharmacy, 45, Paola Hill, Paola Alpha Pharmacy, 'Maria Immaculata', Triq Cospicua C/W Vjal il-Kottoner, Fgura Polymer Pharmacy, Triq ix-Xgħajra, Żabbar Gerada's Pharmacy, 46, Triq Mater Boni Consigli, Żejtun Mqabba Central Pharmacy, 9, Triq Santa Katerina, Mqabba Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Żebbuġ Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta' Ġunju 1919, Victoria Gozo Chemists, Mġarr Road, Xewkija Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 19˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral it-Tramuntana forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 għall-ewwel, li jsir Punent Majjistru forza 4 għal 5 BAĦAR: Moderat L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ TEMP: Sabiħ ViŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Nofsinhar ix-Xlokk forza 3 għal 4 li jsir forza 4 BAĦAR: Ħafif li jsir ħafif għal moderat IMBATT: Ftit li xejn li jsir baxx mil-Lbiċ MUŻIKA Dinjija. It-taħlita globali ta' ħsejjes. L-assortiment pankulturali ta' tradizzjonijiet mużikali. L-att tipiku tal-Mużika Dinjija jsib strumenti tar-rock jgħixu flimkien ma' relikwi etniċi eżoteriċi. Taħbitiet elettroniċi futuristiċi jsiru l-isfond għal melodiji antiki. Din hija mużika li tista' tagħmel lill-iżjed modi diversi ta' espressjoni mużikali kongruwenti. Fejn rittmi Afrikani jiltaqgħu ma' sensibilitajiet Gaeliċi, u fejn mużika folkloristika u tempestuża Balkana taħbat ma' inflezzjonijiet meditattivi tal-Lvant imbiegħed. F'Mejju li ġej, dawk il-Maltin li jħobbu l-mużika se jkollhom l-opportunità sabiex jesperjenzaw Mużika Dinjija fil-bixriet glorjużi kollha tiegħha. Wara s-suċċess tal-ewwel vjaġġ tiegħu s-sena l-oħra, il-Festival Malti ta' Mużika Dinjija se jirritorna fit-18 u 19 ta' Mejju ġewwa l-Forti Sant Iermu fil-Belt Valletta, b'ġamborì ta' artisti u mużiċisti ġejjin minn madwar id-dinja kollha. L-istilla tal-programm ta' din is-sena huwa bla dubju l-grupp kollettiv li ġie nnominat għal Grammy, Afro Celt Sound System, li se jkun l-att prinċipali tal-kunċert tal-Ġimgħa filgħaxija. Il-mużiċisti jwaħħdu mużika elettronika ma' ħsejjes tradizzjonalment Irlandiżi u mill-Afrika tal-Punent. Mill-ħruġ tal-ewwel album tagħhom lura fl-1996, Afro Celt Sound System kien fuq quddiem nett fit-twassil tal-worldbeat lill- massa. Il-preżenza tagħhom fuq ix-xtut Maltin hija xhieda għall-iskop tad-Direttur Artistiku, Renzo Spiteri, u l-viżjoni tat-tim; dik li jinħoloq avveniment tal-għola klassi li jħaqqaqha ma' kwalunkwe avveniment ieħor barra minn xtutna. L-iskeda tal-Ġimgħa hija kompluta b'preżentazzjonijiet minn Cushion u Refugees for Refugees. Il-grupp mużikali lokali, Cushion, huwa ispirat ħafna mit-tradizzjoni Indjana, licks fuq is-sitar u vokalizzazzjonijiet tal-Lvant. Tal- aħħar huma grupp mużikali ta' għaxar mużiċisti li huma refuġjati li joriġinaw mis-Sirja, mill-Iraq, mill-Afganistan, mill-Pakistan, u mit-Tibet. Il-ħoss tal-grupp mużikali jibni pontijiet bejn il- patrimonju mużikali ta' kull waħda minn artijiet twelidhom rispettivament. Dawk li se jmorru l-Festival jistgħu jistennew li jitilfu lilhom infushom fil-melodiji mistiċi medjevali tal-artista Spanjola fil-quċċata tal- klassifiċi, Ana Alcaide, li se tagħti bidu għall- festivitajiet tal-lejl tas-Sibt. Bil-vokali jsaħħru tagħha u l-maħbuba nyckelharpa tagħha – tip ta' vjolin qisu arpa – Alcaide qalgħet tifħir fix- xena tal-Mużika Dinjija, għall-interpretazzjoni kontemporanja tagħha ta' diski Spanjoli u Mediterranji. Alcaide se tkun segwita minn TRAD. ATTACK!, triju ta' mużiċisti li jagħtu bixra ġdida ta' dan il-millenju lil tradizzjonijiet mużikali folkloristiċi Estonjani. Finalment, il-lejl jiġi magħluq minn sett minn Electrik Gem. Il- gitarrist Grégory Dargent u l-grupp imżewwaq ta' strumentalisti tiegħu – li jinkludi mużiċiti tal- oud, gadulka, u tarhu – jinkorporaw ħsejjes mill- Balkan, il-Lvant Nofsani, u l-Orjent, f 'attentat biex jittraskrivu b'mod mużikali l-metropoli moderna u multidimensjonali Mediterranja. B'sitt atti immensament diversi jdoqqu fuq medda ta' żewġt iljieli maġiċi, il-Festival Malti ta' Mużika Dinjija 2018 iwiegħed li jieħu lil dawk in attendenza fuq vjaġġ mużikali espansiv tul iż- żmien, kulturi, u spazju. Il-Festival Malti ta' Mużika Dinjija huwa organizzat minn Festivals Malta, u appoġġjat mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Valletta 2018, Farsons u MSV Life. Melodiji mistiċi minn madwar id-dinja f 'Festivals Malta

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 March 2018