Illum previous editions

illum 11 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/952914

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Il-Ħadd 11 ta' Marzu 2018 | illum Aħbarijiet Aħbarijiet bidliet f 'kull qasam tal-ħajja Immaġina tidħol fuq tal-linja u trid tpoġġi fuq wara, sempliċiment għax ma tistax titħallat man-nies ta' quddiem. Għalfejn? Dawk bojod u int iswed. Xhur qabel Rosa Parks għamlet l-istess kien hemm Claudette Colvin. Din telgħet fuq tal-linja u poġġiet fejn bil-liġi suppost ipoġġu l-bojod biss. Telgħu l-Pulizija u niżżluha minn fuq il- vettura u arrestawha. Hija saret waħda minn nies li mexxew kawża fil-każ Browder v. Gayle u li ddeċidiet illi s-sistema ta' segregazzjoni fuq it-trasport pubbliku kienet tmur kontra l-kostituzzjoni. Il-kuraġġ li tiġġieled l-inġustizzji 'aċċettati' Li tkun Lhudi waqt it-Tieni Gwerra Dinjija kienet fost l-aktar affarijiet perikolużi. Ħadd ma jfakkar u jikkristalizza dan fl-annali tal-istorja aħjar minn Anne Frank. Għal sentejn sħaħ, flimkien mal- familja tagħha, staħbiet fl-istruttura tad-dar stess, biex taħrab mill-opressjoni u l-persekuzzjoni tan- Nażisti kontra l-poplu Lhudi. Waqt li flimkien mal-familja tagħha Frank kienet tkun qed tistaħba, kienet tikteb djarju li jibqa' famuż u li se jibqa' jitfakkar bħala wieħed mill- aktar kotba li qatt inqraw. Il-ktieb jismu 'Id-djajru ta' tifla żgħira' u ġie tradott f '67 lingwa. "Qed nara dinja li bil-mod qed tkun ittrasformata f 'żona salvaġġa, nisma' r-ragħad ġej u li xi darba se jeqred lilna wkoll. Inħoss it-tbatija ta' miljuni. Imma meta nħares 'il fuq lejn is-sema, inħoss li kollox se jinbidel għall-aħjar." Hekk kitbet Frank f 'Lulju tal-1944. Il-pinna li esprimiet it- tama fiż-żmien ta' terrur Is-soru u missjunarja Mother Theresa tibqa' waħda mill-aktar persunaġġi popolari u maħbubin fid-dinja kattolika u missjunarja. Din il-mara, ċkejkna fid-daqs imma kbira fil-qalb, qattgħet ħajjitha tieħu ħsieb lill-foqra u lill-morda f 'pajjiż li kien u għadu jbati minn pjaga kbira ta' faqar. Hi twieldet fil-Maċedonja minn ġenituri ta' dixxendenza Albaniża u wara li kienet tgħallem fl-Indja għal 17-il sena waqqfet ordni li fetħet ċentri għall-għomja, għall- anzjani, għal dawk il-persuni b'diżabbilità u għal dawk kollha li kellhom il-pesta. Fl-1979 irċeviet il-Premju Nobel għall- Paċi għax-xogħol umanitarju li wettqet. Hija mietet fl-1997, bil-mewt tagħha tkun xi ftit jew wisq moħbija wara l-furur li kienet qajmet il-mewt tal-Prinċipessa Diana ftit qabel. Fl-2015 il-Papa Franġisku rrikonoxxa t-tieni miraklu attribwit għaliha, li wassal biex fl-2016 kienet ġiet kanonizzata. "Minn demmi jiena Albaniża. Biċ- ċittadinanza Indjana. Bil-fidi, soru kattolika. U l-missjoni tiegħi? Jiena tad- dinja. U qalbi... dik kompletament ta' Ġesù Kristu," qalet Mother Theresa f 'waħda mill-kwotazzjonijiet popolari tagħha. Il-mara li tat ħajjitha għall-fqir u l-marid Lil hinn mill-kontribut politiku, Julia Child. L-isem u l-mara li baqgħet imfakkra għar-riċetti mill-aqwa li kienet tagħmel u li għamlu lilha popolari tant li ftit snin ilu saħansitra ħareġ film dwarha. Child twieldet fl-1912 u wara li attendiet skola kulinari fi Franza kkollaborat fuq il- ktieb 'Mastering the Art of French Cooking' li kien sar wieħed mill-aktar kotba li nbiegħ fl-1961. Minn hemmhekk bdew id-dehriet tagħha fuq it-televiżjoni bil-programm 'French Chef ', mifhum li huwa l-produzzjoni li biddlet il-mod kif tant Amerikani kienu jħarsu lejn l-ikel. Biddlet il-mod kif l- Amerikani jħarsu lejn l-ikel Mhux ikel jew politika jew reliġjon. Imma moda. U min iktar jekk mhux Coco Chanel? Din il-mara li isimha jibqa' sinonimu mal-klassi u l-moda. Fl- 1883 twieledet f 'Saumur fi Franza. Hija qattgħet it-tfulija tagħha f 'orfanatrofju fejn kienet mgħallma kif tħit. Wara karriera qasira tkanta fetħet l-ewwel ħanut tal-ħwejjeġ fl-1910, biex fis-snin 20 nediet l-ewwel fwieħa. Minn hemmhekk ma ħarsitx lura u ħolqot ix-'Chanel suit' u lbiesi suwed b'emfasi partikolari fuq disnji u ħwejjeġ għan-nisa. Il-mara tal-moda... U finalment Marie Curie, il-mara li affaxxinata mix-xogħol ta' Henri Becquerel, għamlet esperimenti tagħha stess fuq raġġi tal-uranju. Hija skopriet li dawn jibqgħu kostanti minkejja l-kundizzjoni jew il-forma tal-uranju. Hija ħar[et bit-teorija li r-raġġi kienu ġejjin mill-istruttura atomika tal-elementi. Curie tibqa' mfakkra bħala l-mara li kienet ħarġet bit-teorija ta' radjuattività. Hija mietet f 'Lulju 1934. Il-mara wara r- radjuattività... Nota Editorjali: Nixtieq nieħu din l-opportunità bħala Editur ta' din il-gazzetta biex insellem lil dawk in-nisa kollha li fis-silenzju ta' djarhom jew fuq il-post tax-xogħol huma eroj għall-familji tagħhom, għal uliedhom u għas-soċjetà. Insellem ukoll b'mod speċjali lil dawk in-nisa li għaddejjin minn diffikultajiet jew abbuż. Jum il-Mara huwa tagħkom ukoll.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 March 2018