Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/952914
7 Il-Ħadd 11 ta' Marzu 2018 | illum Aħbarijiet appuntamenti. Nhar id-9 ta' Marzu L-ewwel nett, il-PN rebaħ kontra kull mistenni u kien qed jidher dejjem iktar ċar illi settur kbir tal-popolazzjoni, settur li kien qed jikber fil-fatt, ma kienx għadu jrid lill-PN fil-Gvern. Fil-fatt osservaturi politiċi u anke diversi stħarriġ li saru minn kmamar tal- aħbarijiet juru illi l-2008 kienet timmarka l-ewwel grupp ta' switchers li kienu jivvutaw PN, speċjalment minħabba l-kwistjoni tal- UE, imma li f 'dik l-elezzjoni vvutaw PL. L-eks Mexxej Laburista Alfred Sant kien farfar xi ftit mill-immaġini negattiva li kien kiseb waqt ir-referendum, biżżejjed biex jerġa' jidħol fiċ-ċans illi fil-fatt jirbaħ elezzjoni, xi ħaġa li bosta kienu ħasbu li qatt ma tista' terġa' tiġri. Kienet storika għax s'issa tibqa' mmarkata wkoll bl-iżgħar distakk elettorali fl-istorja politika, li, probabbilment tiġġustifika it-teorija li settur kbir ta' votanti kienu abbandunaw lill-PN wara li sħubija mal- UE kienet garan tita. Fil-fatt id-distakk bejn il-partiti kien biss ta' 1,580 u preżenta lill-PN b'maġġoranza ta' siġġu. Kien storiku wkoll minħabba li ssolidifika r-riżultat li mbagħad kiseb il-Partit Laburista f 'kull elezzjoni oħra kemm tal-Parlament Ewropew kif ukoll ġenerali. Osservaturi politiċi jargumentaw li fil-fatt l-istat xejn tajjeb tal-PN illum, huwa primarjament frott ta' dik ir-rebħa, li bosta jsejħu pirrika, għaliex il-ħames snin ta' wara komplew iffomentaw diżillużjoni kbira fil-PN li wassal biex Deputati tiegħu stess irribellaw kontrih fil- pubbliku, u fil-każ ta' Franco Debono, ivvota kontrih u kontra diversi membri tal- istess Gvern (Carm Mifsud Bonnici, Richard Cachia Caruana...). Il-PN tilef lid- deputati Franco Debono, Jeffrey Pullicino Orlando, Jesmond Mugliette u anke lid- Deputat Jean Pierre Farrugia. Id-9 ta' Marzu 2008, immarkat l-aħħar darba li l-eks PM Gonzi ħa l-ġurmanent ta' PM u l-bidu tal-karriera ta' Joseph Muscat bħala Mexxej Laburista. Immarkat ukoll id-dħul ta' Malta fiż-Żona Ewro u allura t-tneħħija tal-lira Maltija għall-munita ewro, xi ħaġa li probabbilment ma kinitx tiġri, jew kienet tieħu aktar żmien kieku sar PM Alfred Sant li ħa interess u għandu għarfien qawwi fis-suġġett tant li kiteb tliet kotba fuq l-istess suġġett. Id-9 ta' Marzu 2008 kienet immarkata minn ċelebrazzjonijiet kbar fil- pajjiż, fost is-sorpriża ta' ħafna partitarji Nazzjonalisti wkoll u wara sigħat twal illi fih il-pajjiż kien maħkum f 'inċertezza hekk kif ir-rebbieħ dam ma tħabbar minħabba d-distakk minimu. Jitla' l-Labour wara 15-il sena... Id-9 ta' Marzu, fis-sena 2013 il-Partit Laburista reġa tela' fil-Gvern wara 15-il sena fl-oppożizzjoni. Din id-data hija storika wkoll għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett sa dakinhar kienet timmarka l-akbar distakk elettorali bejn iż-żewġ partiti bi ftit iktar minn 35,200 vot favur il-Partit Laburista u kontra l-Partit Nazzjonalista. Għalkemm ir-rebħa Laburista kienet waħda prattikament ovvja għal ħafna osservaturi u anke ċittadini, id-daqs tar- rebħa ġie bħala sorpriża anke jekk il-PL kien diġà wettaq rebħa tal-istess daqs fl-2009 (Elezzjonijiet Parlament Ewropew). Din l-elezzjoni ssolidifikat dak li kien beda fl-2008, bi grupp kbir ħafna ta' votanti Nazzjonalisti (sal-2008) jivvutaw PL għall-ewwel darba. Dan iċ-ċaqliq kien kbir biżżejjed biex ħoloq terremot politiku li l-pajjiż, sa dakinhar, qatt ma kien immaġina li jista' jseħħ. Kienet storika għaliex id-9 ta' Marzu mmarkat l-ħatra ta' wieħed mill- iżgħar PM ta' pajjiżna. Il-pajjiż kien iddominat minn ċelebrazzjonijiet kbar ħafna, fost l-ikbar mir-rebħa tal-PN lura fl-1998 u fl-2003. Id-9 ta' Marzu 2013 wasslet għal dak li llum qed naraw bħala l-ewwel ħames snin ta' Gvern Laburista. Snin illi kienu mmarkati minn bosta bidliet, ritmu ekonomiku qawwi ħafna, fost l-aqwa fl-Ewropa, u introduzzjoni ta' drittijiet ċivili ġodda. Snin li kienu mmarkati wkoll iżda minn numru ta' skandli u / jew avvenimenti li qajmu diskussjoni qawwija fil-pajjiż. Id-9 ta' Marzu, hija l-ġurnata illi llum tagħmilna Maltin u Ewropej, hija d-data li tagħmel lil Muscat popolari daqs kemm għadu llum u d-data li bdiet tibni eġemonija sħiħa Laburista. Id-9 ta' Marzu hija wkoll ir-raġuni għaliex Alfred Sant huwa MEP u ma reġax sar PM u r-raġuni għalfejn il- PN jinsab fil-fondoq li jinsab f 'termini ta' popolarità. Min jaf liema 9 ta' Marzu jmiss li se jkompli jiddeċiedi d-destin ta' dan il-pajjiż? Min jaf! Eddie Fenech Adami, il-politiku sinonimu ma' Malta fl-UE 'Iva, flimkien kollox possibli', anke rebħa li ħadd ma ħaseb li se sseħħ id-9 ta' Marzu; il-jum li fih maġġoranza storika għażlet lil Muscat