Illum previous editions

illum 11 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/952914

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 11 ta' Marzu 2018 15-il sena. Tliet appuntamenti. Ġurnata bħall-oħrajn. Imma mhux f 'Malta. Id-9 ta' Marzu timmarka tliet appuntamenti elettorali li biddlu d-destin tal-poplu Malti u l-fortuni tal-PN u l-PL ID9 ta' Marzu. Mija u erbgħin sena qabel Kristu l-Imperatur Wu ta' Han jassumi t-tron tad-Dinastija HAN fiċ-Ċina f 'din il-ġurnata, fl-1918 il-Partit Bolxevista jsir il-Partit Komunista u l-Isptunik 9 jieħu kelb, żrinġ u fenek tal-Indi fl-ispazju u jerġa' lura bihom ħajjin. U f 'Malta? F'Malta din id- data tibqa' waħda illi fiha fl-aħħar 15-il sena ttieħdu tliet deċiżjonijiet importanti li ħallew effett fuq Malta u d-destin ta' pajjiżna kif ukoll impattat u ħalliet il-marka fuq iż-żewġ partiti politiċi Maltin. Malta tagħżel li ssir parti mill-Unjoni Ewropea Nhar id-9 ta Marzu, is-sena kienet l-2003, il-poplu għażel 'IVA' biex pajjiżna jsir part mill- Unjoni Ewropea. Bla dubju din kienet l-aktar deċiżjoni kruċjali li ħa pajjiżna f 'dawn l-aħħar 20 sena u li mmarkat id-destin tiegħu. Dakinhar maġġoranza konsiderevoli tal-poplu Malti vvota biex pajjiżna jsir membru sħiħ tal-UE, u allura jsir parti minn wieħed mill-aktar blokok politiċi u ekonomiċi b'saħħithom fid-dinja. Dakinhar b'143,094 vot (53.6%) il-kamp tal-'IVA' rebaħ dan ir-referendum b'distakk ta' voti ta' 19,466, li sa dak iż-żmien kien fil-fatt l-akbar distakk elettorali. Il-kamp ta' favur sħubija fl- UE, kien immexxi mill-Partit Nazzjonalista, li dak iż-żmien kellu fit-tmun tiegħu lill-eks Prim Ministru u President Emeritus Eddie Fenech Adami. Fil-fatt sħubija ma' dan il- blokk politiku Ewropew kienet prattikament parti integrali mir-raġuni għall-eżistenza tal-Partit Nazzjonalista minn ftit wara li kien elett mill-ġdid fl-1987. Kien l-eks Ministru tal-Affarijiet Barranin Guido de Marco li fis-16 ta' Lulju 1990 applika biex Malta ssir membru sħiħ tal-UE. It-triq kienet twila, fil-fatt itwal milli ħasbu xi wħud, bil-PN jitlef l-elezzjoni tal-1996 u minfloku jkun elett il-Malta Labour Party immexxi mill- eks PM Alfred Sant li wiegħed illi jwaqqaf l-applikazzjoni ta' Malta fl-UE u minflok pajjiżna jibni relazzjoni "speċjali" mal- UE, simili għal dik li għandha l-Iżvizzera u n-Norveġja mal- istess blokk politiku. Ironikament l-istorja politika trid li l-applikazzjoni kellha terġa' tkun attivata wara d-deċiżjoni ta' Mintoff li jivvota kontra l-proġett tal-Kottonera li miegħu kien marbut vot ta' fiduċja fil-Gvern li kien imexxi Sant. Il-kampanja tal-PN fl-1998, kienet immarkata bil- kwistjoni tal-UE, bil-messaġġ elettorali tal-istess partit ikun 'Ġid. Fiduċja. Direzzjoni', naturalment bl-aħħar kelma tkun tirrapreżenta l-għajta tal- istess partit favur sħubija fl-UE. Il-PN kien rebaħ dik l-elezzjoni b'51.8% tal-voti, filwaqt li l-MLP kien tilef b'46.9%. Il-Gvern il-ġdid irriattiva l-applikazzjoni ta' sħubija mal- UE biex fid-9 ta' Marzu 2003 sar referendum li kien kumbattut ħafna. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alfred Sant ippreżenta front qawwi kontra sħubija fl-UE u favur 'Partnership' jew arranġament speċjali mal-UE, xi ħaġa simili għal dak li qed tipprova tilħaq ftehim dwaru r-Renju Unit bħalissa. Sant kien ħeġġeġ lill-partitarji tiegħu biex jivvutaw le, ma jivvutawx jew inkella jħassu l-vot. Dan allura kien ifisser illi meta tieħu l-voti kollha eleġibbli f 'dak ir- referndum (297,881) kienu 48% dawk li vvutaw 'IVA'. Sant kien iddikjara allura li l-Partnership kien rebaħ u għal mumenti, anke jekk mhux twal iżżejjed kien hemm żewġ gruppi ta' ċelebrazzjonijiet, dawk mill-PN u dawk mill- MLP, fit-toroq. Id-9 ta' Marzu 2003 u l-għada kienu tassew mumenti politiċi 'interessanti' u kkuluriti. L-eks PM Fenech Adami u Sant qablu iżda li l-elezzjoni kellha allura tiddeċiedi u tirriafferma d-deċiżjoni tal- poplu, bil-PN jerġa' jirbaħ l-elezzjoni tal-2003 ftit wara r-referendum b'51.7% tal-voti. Malta tagħżel lill- PN, kontra dak kollu mistenni... Ir-referendum ma kienx l-unika data elettorali fid-9 ta' Marzu f 'pajjiżna. Fil- fatt fl-istess ġurnata ħames snin wara kien qed jerġa' jkun ikkonfermat Gvern Nazzjonalista, f 'elezzjoni li tibqa' storika għal bosta raġunijiet. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Alfred Sant imexxi konferenza fl-2003 Mass meeting tal-PN, favur sħubija fl-UE Attivisti Laburisti jiċċelebraw 'ir-rebħa tal-Partnership'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 March 2018