Illum previous editions

illum 11 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/952914

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Il-Ħadd 11 ta' Marzu 2018 | illum Aħbarijiet 'Il-Gvern ma ħareġ xejn iktar milli kien joħroġ qabel' ...Tkompli minn paġna 1 NHAR il-Ħadd 25 ta' Frar 2018 din il-gazzetta rrappurtat kif nhar it-30 ta' Jannar 2018, fl-istess ħin li kienu għaddejjin in-negozjati ma' Steward Healthcare għall-bejgħ ta' tliet sptarijiet il-Gvern ħareġ tender ta' €807,000 għal lista sħiħa ta' apparat u prodotti għall-proċeduri tal-Laparoscopy u Thoracoscopy. Dan jiżdied, kif fil-fatt kienet irrappurtat din il-gazzetta wkoll, mal-madwar €3.6 miljun li kien intefaq f 'tagħmir mediku fl- istess sptar fl-2012, 2013 u 2014, fosthom b'nefqa ta' €760,400 f 'sodod elettroniċi biss. Jiżdied ukoll proġett f 'titjib fit- teatri tal-operazzjonijiet fl-istess sptar. F'dan il-każ il-finanzjament kien maqsum bejn dak lokali u dak minn fondi Ewropej. Fil-każ tat- tender ippubblikat aktar kmieni din is-sena il- finanzjament kien kollu mill-baġit lokali. Dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew illi l-Gvern intrabat li jixtri consumables, u allura apparat li mhux dejjiemi, sal-ammont tal-ispiża li kien joħroġ sal-2014, u l-privat iħallas dak kollu li jiswa iktar minn hekk. "Il-Gvern fil-fatt ma ħareġ xejn żejjed, milli kien qed joħroġ sa qabel," sostniet il-persuna li tkellmet mal- ILLUM. Fl-2017 kien irrappurtat illi l-Gvern intrabat li jagħti lill-konċessjonarju madwar €60 miljun fis- sena biex jixtri servizzi mediċi. Dan qatt ma kien ikkonfermat jew innegat mill-Gvern, bħalma qatt ma kien innegat jew ikkonfermat li t-tagħmir tal-isptar, inkluż dak kollu li kien għadu kif inxtara, inbiegħ għal €1. Il-Gvern kien intrabat li jżomm il-ħaddiema kollha hu fuq il-kotba tiegħu u allura jħallas il-pagi hu. Sadanittant l-aħħar tender ta' €807,000 li ħareġ u li dwaru l-ILLUM irrappurtat ma baqax jidher fuq is-sit etenders.gov.mt ftit wara l-istorja ppubblikata. F'kuntatt ma' din il- gazzetta Kelliema għall- Ministeru tas-Saħħa kkonfermat li t-tender ġie temporanjament 'sospiż' wara oġġezzjoni fuq bażi li xi speċifikazzjonijiet ta' apparat li l-Gvern qed jitlob li jixtri kellhom jinbidlu. Hi ċaħdet illi l-fatt li ma baqax jidher għandha xi ħaġa x'taqsam mal-istorja u insistiet li dan it-tender se jerġa' jkun ippubblikat fiż-żmien li ġej. Intant aktar kmieni din il-ġimgħa kien ikkonfermat li Steward Healthcare neħħiet lil xi ħaddiema mill-Isptar Karin Grech. Iċċarat li dawn il-ħaddiema kienu parti mill- amministrazzjoni tal-istess sptar u mhux ħaddiema fuq il-kotba tal-Gvern. F'kuntatt mas-sit illum. com.mt il-kumpanija Steward Healthcare sostniet li hija kommessa li tara li jkun hemm ir-riżorsi kollha dejjem disponibbli għall-pazjent għalkemm żiedet tgħid ukoll li biex isir il-progress jeħtieġ jittieħdu deċiżjonijiet diffiċli. Ikompli l-isfrakass fil-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar Il-Partit Nazzjonalista jakkuża lill-kunsilliera Laburisti li qed jistaġnaw il-ħidma tal-Kunsill Minn Yendrick Cioffi ILPARTIT Nazzjonalista saħaq li l-Kunsilliera Laburista ta' San Pawl il-Baħar 'reġgħu ħarbtu l-laqgħa tal-Kunsill Lokali meta lbieraħ telqu 'l barra tant li l-Kunsill reġa' baqa' staġnat. Dan wara li l-Ministru għall-Gvern Lokali kien ta struzzjonijiet biex il-post ta' sindku jimtela mill-Kunsillier tal-Partit Nazzjonalista li jkun ġab l-akbar ammont ta' voti fl-ewwel għadd wara s-sindku li jkun spiċċa mill-kariga. Il-Ħadd li għadda, l-ILLUM irrappurtat li b'264 vot, is-Sindku l-ġdid ta' San Pawl il-Baħar se tkun Ann Marie Fenech. L-eks Sindku ta' San Pawl il-Baħar, Graziella Galea kienet ġabet 1,546 vot u warajha ġew David Thanke b'639 vot u Robert Piscopo b'327. Thake kien irreżenja minn kunsillier filwaqt li Piscopo kien irriżenja mill-Partit Nazzjonalista u żamm is-siġġu tiegħu. Piscopo, flimkien mal- kunsillier Joseph Vella, li wkoll irriżenja mill- PN, kienu firmatorji ta' mozzjoni ta' sfiduċja fis- Sindku Graziella Galea. Iżda minkejja li kien jidher li se jkun hemm sblokk għal dan il-kunill, il-PN saħaq li l-laqgħa tal-Kunsill kellha tieqaf ħesrem. Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li "l-kilba għall-poter tal-Kunsillieri Laburisti' la tirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti u lanqas ma tirrispetta r-rieda tal-poplu tal-istess lokalità. Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli, f 'isem il-PN, kien ippreżenta mandat ta' inibizzjoni fil-Qrati biex "jipproteġi r-rieda tal-poplu kif espressa fl- aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali fl-2015." L-istqarrija tal-PN takkuża wkoll lill-Aġent Segretarju Eżekuttiv Elke Sghendo li "ippreġudikat il-pożizzjoni tagħha meta hi wkoll sfidat id-direttiva tal-Ministru Owen Bonnici." Il-Partit Nazzjonalista saħaq li l-Ministru issa jrid jgħid x'passi se jieħu.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 March 2018