Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/952914
illum | Il-Ħadd 11 ta' Marzu 2018 23 TV/Ċinema JASON Matthews li dam jaħdem 33 sena sħaħ mas-CIA meta spiċċa qabad jikteb. Fl-2013 ippubblika 'Red Sparrow' li mill-ewwel sar 'best seller'. Din il-produzzjoni mimlija spjunaġġ, intriċċi misterjużi, torturi, atti sesswali u azzjoni qawwija, għandha l-atmosfera tal-films tal-aġenti sigrieti tant popolari fis-snin sittin. Dawk midħla ta' dawn il-films, malajr jindunaw li 'Red Sparrow' fih elementi mix-xogħlijiet ta' John le Carre'. kif tassew kienu joperaw dawn l-aġenti fl-eqqel tal-Gwerra Bierda u d-dinja lussuża, romantika kollha avventuri ta' Ian Fleming, il-ħallieq ta' James Bond. Infatti, dawn iż-żewġ awturi ta' kotba verament diversi fl-eżekuzzjoni tal-andament, huma l-favoriti ta' Matthews li kompla bi triloġija, 'Palace Of Treason' u 'The Kremlin's Candidate'. Dominika Egorova (Lawrence), wara sfortuna jkollha titlaq mill-Bolshoi Ballet u tmur titħarreġ fi-iskola soċjevoli fejn jgħallmu l-manipulazzjoni sesswali, bil- għan li tonsob xi aġent sigriet avversarju. Dawn in-nisa kienu jissejħu 'Sparrows'. Hi fl-aħħar tiltaqa' ma' Nate Nash (Edgerton), aġent tas-CIA u anki jsiru jinħabbu, xi ħaġa projbita u perikoluża għalih. Matthew jistqarr li l-karattru ta' Dominika hu ħlejqa tal-immaġinazzjoni tiegħu u jista' jkun li forsi, f 'xogħlu laqa' ma' mara ta' dan it-tip. Imma, jaf fiċ-ċert li s-Sovjetiċi kellhom skola bħal din fil-belt ta' Kazan, qrib ix-xtut tax-xmara Volġa, fejn dawn it-tfajliet sbieħ kienu jitgħallmu kif jaġixxu ta' kortezani. 'Red Sparrow' li jieħu mas-sagħtejn u għoxrin hu mfawwar b'intriċċi. Red Sparrow Atturi Ewlenin: Jennifer Lawrence; Joel Edgerton; Matthias Schoenaerts; Charlotte Rampling; Jeremy Irons. Direttur: Francis Lawrence. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 140 min. Ċert. 15 Carmel Bonnici Il-films għal din il-ġimgħa MHUX iż-żgħar biss iħobbu jivvintaw il-logħob, imma anki koppji miżżewġin b'ħin liberu f 'idejhom. Max (Bateman) u martu Annie (McAdams), kull nhar ta' Ġimgħa, bil-lejl jorganizzaw logħba li fiha jistiednu lill-ħbieb tagħhom biex jipparteċipaw flimkien. Kull darba, qed jazzardaw aktar u din il-logħba dejjem tikber fl-intensità tagħha. Meta Brooks (Magnussen), ħu Max jieħu ħsieb logħba dwar misterju ta' qtil, kompluta bi kriminali foloz u anki aġenti sigrieti u hu jkun maħtuf, is-sitt protagonisti li jsolvu l-każ jiġuhom dubji kbar kemm verament din il- logħba hi ċajta goffa. 'Game Night' hija kummiedja b'lat serju, mimlija azzjoni, f 'logħba fejn ma jeżistux regoli, m'hemm l-ebda gwadann u fejn l-affarijiet m'huma ċari xejn. F'lejla waħda sfrenata, il-ħbieb isibu ruħhom f 'ħafna taħwid hekk kif kull manuvra twassal għal riżultat mhux mistenni. Dan hu film li suppost iżomm lill-udjenzi bi tbissima fuqhom, iżda jirrizulta li l-affarijiet tant huma realistiċi li jħallu lil dak li jkun fuq ix- xwiek għal xi riżultat ikrah fejn il-protagonista Dominika taf tħaddem rasha sewwa biex anki tipproteġi lill-marida ommha. Din il-produzzjoni, spiss imżewqa b'movimenti mħarrkin, tiżiluppa b'andament glamoruż. Game Night Atturi Ewlenin: Jason Bateman; Rachel McAdams; Billy Magnussen; Sharon Horgan; Jesse Plemons; Danny Huston. Diretturi: John Francis Daley u Jonathan Goldstein. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 100 min. Ċert. 12A Atturi Ewlenin: Imelda Staunton; Celia Imrie; Timothy Spall; David Hayman; Joanna Lumley. Direttur: Richard Loncraine. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 111min. Ċert. 12A ILPRODUTTURI Brittaniċi skoprew li l-udjenzi ta' mezz'età u akbar lesti jiċċaqilqu minn quddiem it-televiżjoni biex fiċ-ċinema jaraw films b'diversi atturi Brittaniċi veterani ta' talent ġo xogħlijiet bħal 'Calendar Girls', 'Becoming Jane'. 'Quartet!, 'The Best Exotic Marigold Hotel' u s-sikwel u oħrajn simili. 'Finding Your Feet' hu ieħor li jaqa' f 'din il-kategorija. Meta Sandra Abbott (Staunton) taqbad lir-raġel tagħha ta' 40 sena f 'relazzjoni intima ma' waħda mill-ħbieb tagħha, hi tmur imdejqa għand oħtha ikbar minnha, Bif (Imrie). Waqt li Sandra żżomm ruħha iżolata, oħtha taġixxi ta' waħda tassew libera. Biex tqajjimha fuq tagħha, Bif teħodha għall-klassi taż-żfin ta' oħrajn tal-età bħalhom. Bil-mod il-mod, Sandra tibda togħġobha din il-ħajja aktar laxka, sakemm titkixxef sigriet terribbli. F'din il-kummiedja umoristika, b'waqtiet melodrammatiċi u romantiċi, l-irtirar hu biss il-bidu fejn dawk veterani xorta waħda jistgħu jsibu skop addattat u raġjonevoli fil- ħajja. Kull darba li ż-żewġ nisa aħwa jidhru flimkien dawn jikkommunikaw unità palpabbli li tassew iżżejjen l-andament. Finding Your Feet