Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/952914
Il-Ħadd 11 ta' Marzu 2018 | illum Sports 29 Ritratt - Martin Agius Lisa Bezzina -azzjoni mexxejt lil dawn il-plejers għal Karl Izzo l-aħħar sessjoni ta' taħriġ u fis-sagħtejn ta' wara nofsinhar inġbarna biex nitkellmu għall-aħħar darba sistemi u tattika għal kontra l-Belarus. Dehret evidenti f ' kulħadd dik ix-xewqa ta' suċċess u kulħadd kien konċentrat għall-aħħar biex inġibu riżultat tajjeb ieħor. Importanti li ngħidu li eżattament wara l-logħba ta' Minsk, il-president tal- ASA, Joe Caruana Curran, kellu telefonata mingħand l-Aġent Kap Eżekuttiv ta' SportMalta Dr Chris Bonett li wegħdu li huma kienu ħa jagħtu l-għajnuna tagħhom biex il-logħba tas-Sibt tkun waħda memorabbli u b'sapport għat-tim Malti bħal qatt qabel. Grazzi kbira Dr Bonett għax l-ispettaklu fil-pixxina kien wieħed li qatt ma rajt qabel u dan għen biex il-pubbliku jkun ir- raġel iżjed fil-pixxina. Il-logħba ntlagħbet quddiem pubbliku ta' iktar minn 3000 ruħ, is-sapport kien wieħed fenomenali, kien hemm nies minn kull sport, minn kull partit politiku kollha magħqudin biex jagħtu s-sapport mixtieq lit-tim Malti. Konna konċentrati, fiżikament u tattikament preparati u aħjar mill- avversarji - bdejna tajjeb ħafna imma kellna tliet pedini importanti bħal Jordan Camilleri, Aurelien Cousin u Matthew Zammit fuq żewġ fawls kmieni fil-partita imma għarafna nibqgħu għaddejin sal- aħħar u finalment fost il-ferħ tal-poplu Malti preżenti fil-pixxina rbaħna b'konvinzjoni 16 - 9 din il- partita importanti li teħodna għat-tieni darba fil-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo ġewwa Barcelona. Jien kburi li t-tim nazzjonali tal-waterpolo rnexxielu jagħmel dan - il- plejers kollha taw sehemhom imma ta' min isemmi lil Stevie Camilleri li rkupra mill-injury grazzi għax- xogħol impekkabli tal-fiżjo- terapista tagħna Edward Bonello li għamel xogħlu bħal qatt qabel u nixtieq vera nirringrazjah minn qalbi. Stevie kien captain ta' eżempju u għen biex mexxa lil sħabu fid-direzzjoni t-tajba. Matthew Zammit kellu wirja stupenda ġewwa Malta, periklu kostanti għall- avversarji u awtur ta' gowl stupend. Jordan Camillieri kien surmast fid- difiża u attent ħafna fl-attakk - plejer ieħor indispensabbli għalija. Aurelien Cousin ispira fiduċja kbira speċjalment f 'mumenti diffiċli taż-żewġ logħbiet. Dino Zammit li kien fl-ilma kważi logħba sħiħa u biddel il-pożizzjoni skont l-esiġenzi tat-tim u tal-logħba. Niki Grixti ndubbjament l-aqwa goalkeeper ta' Malta kien determinanti f 'ħafna okkażjonijiet kruċjali taż- żewġ logħbiet, u ż-żgħażagħ Andreas Galea, Ben Plumpton, Jeremy Abela, Zach Mizzi, Nicholas Bugelli, u Darren Zammit kollha taw sehemhom tajjeb ħafna meta ġew mgħajtin biex jilagħbu. Jake Tanti kien ir-reserve goalkeeper li ma kellux opportunità jilgħab kontra l- Belarus imma dan huwa goalkeeper żagħżugħ li għandu triq miftuħa quddiemu. Jien kburi li mexxejt lil dawn il-plejers għax kollha kienu ta' eżempju ta' serjetà, determinazzjoni u mpenn bla waqfien. Il-grupp li ħa nilagħbu fih f 'Barcelona sar magħruf nhar l-Erbgħa li għadda. Huwa grupp iebes kontra l-home team, Spanja, il- Montenegro u Franza. Kien mistenni għaliex kull min ikkwalifika huwa b'saħħtu imma nieħdu logħba wara logħba u ħa nippruvaw intejbu l-15-il post li ksibna f 'Belgrad. Issa jien nistenna l-Kampjonat tax-Xitwa u l-bidu ta' dak tas-sajf biex nagħżel it-13-il plejer li nieħu miegħi ġewwa Barcelona. Ippermettili biss nirringrazzja minn qalbi lill-president tal-ASA, Joe Caruana Curran li kien strumentali f 'dan is-suċċess, lill-Eżekuttiv tal-ASA tal- backing li taw lili u lit-tim nazzjonali, lill-klabbs kollha, lill-assistent tiegħi Anthony Farrugia li dejjem kien miegħi f 'kull deċiżjoni u problemi li seta' kien hemm, lill-fiżjo-terapista Edward Bonello li m'hemmx kliem biex niddeskrivi x-xogħol li għamel magħna, lill-Prim Ministru, Dr Joseph Muscat, tas-sapport li tana bħal qatt qabel għall-preparazzjoni xierqa għal dawn iż-żewġ logħbiet, lill-isponsors tagħna speċjalment is-Sur Kevin Chircop - Chairman tal-Enemed li kien dejjem preżenti għalina, u l-aħħar iżda żgur mhux l-anqas, lill-mara tiegħi li ssaportjatni f 'din il mixja twila lejn il-kwalifikazzjoni imma wkoll issapportiet in-nervi u t-tensjoni kbira ta' dawn l-aħħar ġimgħatejn," temm jgħid Karl Izzo.