Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/952914
illum | Il-Ħadd 11 ta' Marzu 2018 Sports 30 Ħafna nies dehru sorpriżi meta int ġejt maħtur bħala shadow minister għall- affarijiet sportivi. Imma int fil-verità għandek xi tip ta' passat sportiv? Fil-verità jien minn dejjem ħabbejt l-isport għalkemm ma kontx fanatiku tad-dixxiplini tradizzjonali. Niftakar illi meta kont żgħir u ngħix is-Siġġiewi, kont parti mill-iskola tal-basketball ta' dan ir-raħal. F'din l-istess skola kien hemm entużjażmu kbir minn dawk kollha li kienu jipparteċipaw fiha u minnha ħarġu tfal b'talenti kbar illi għadhom jissemmew s'issa. Kont ħadt dan l-isport bis-serjetà tant illi avvanzajt ukoll fuq livell nazzjonali. Aktar tard qbadt id-dixxiplina tal- atletika fejn kont nitħarreġ f 'Pembroke. Kont nieħu gost nagħmel it-tellieqa ta' 800 metru fejn naħseb l-aktar illi kont nispikka. Niftakar illi fl-aħjar punteġġ personali kont għamiltu f 'żewġ minuti. Din kienet sfida fejn apprezzajt ħafna li l-atletika kienet ukoll dik li jien nsejħilha 'l-ġirja tal-moħħ' minħabba illi apparti l-parti fiżika tat-tellieqa, hemm ukoll il-lat psikoloġiku. Barra minn hekk kont u għadni nieħu gost nilgħab xi logħba futbol ma' sħabi kif ukoll nipprattika ftit ir-rota. Jiġifieri minkejja xi sorpriża li ħadu n-nies hemm barra, jien ukoll għandi interess qawwi fl-isport inġenerali. Meta Dr Adrian Delia tak fiduċja illi int kont ser tkun involut f 'dan il-qasam ħadtha bħala sorpriża jew inkella kontu diġà tkellimtu fuq din l-eventwalità? Tajjeb illi ngħidu illi minkejja illi din hija intervista fuq l-isport, id-dekasteru tiegħi jinkludi wkoll iż-żgħażagħ. Bħalissa l-iktar suġġett illi qed jissemma huwa proprju l-vot 16 fejn żgħażagħ ta' dik l-età ser ikollhom dritt jivvutaw f 'elezzjonijiet uffiċjali f 'pajjiżna. Għalhekk tista' taħseb illi f 'dawn iż-żminijiet qed nattendi ħafna laqgħat f 'dan ir-rigward. Issa jekk niġi biex inwieġbek fuq il- mistoqsija li saqsejtni, nistqarr illi ħadt gost li Dr Delia fdali dan id-dekasteru. Jien ġej mill-qasam tal-ippjanar u kull min jafni jassoċjani ma' dak is-suġġett. Nista' ngħidlek illi d-dinja tal-ippjanar hija waħda kontroversjali minħabba illi tieħu xi deċiżjonijiet kemm favur kif ukoll kontra u jien kont nara ħafna reazzjonijiet b'mod partikolari għax kont inpoġġi fuq il-bord tal- MEPA. Naturalment kulħadd għandu opinjonijiet differenti u l-kritika ma kienet tonqos qatt. Għalhekk nemmen illi s-settur tal- isport huwa wieħed ideali anke jekk xorta hemm ċerti kompetizzjonijiet illi jiġu organizzati. F'dan il-każ iżda hemm iktar sens ta' komunità u hemm ċans illi iktar tieħu gost fiha iktar minn setturi oħra. Dan nista' nikkonfermah mill-istediniet illi qed nirċievi minn ċerti federazzjonijiet u għaqdiet illi jtuni l-ideat tagħhom. Kemm ili naħdem f 'dan il-qasam, qed nirrealizza illi minkejja ċ-ċokon ta' pajjiżna, għandna niċċa għal kull dixxiplina sportiva anke jekk għandna ċerti limitazzjonijiet. U minkejja l-limitazzjonijiet ta' ċerti postijiet u riżorsi fejn jipprattikaw id-dixxiplina favorita tagħhom, dawn l-istess assoċjazzjonijiet jagħmlu l-mirakli. Dan is-settur sportiv li issa ninsab fih jiġbor miegħu diversi mumenti fejn wieħed jista' jifraħ u jesprimi l-emozzjonijiet tiegħu. Dan kollu jsir bir- raġun minħabba l-perseveranza ta' ċerti atleti illi wara ħidma u taħriġ kontinwu jieħdu l-premju li jkun ħaqqhom. Dan l-istess settur itik iċ-ċans tiltaqa' ma' diversi nies fil-komunità minħabba li l-isport huwa mifrux ħafna f 'raħal jew belt partikolari f 'Malta. Eżempju ta' dan kien meta riċentement attendejt għal European Pool Championships illi sar f 'pajjiżna fejn stajt ninnota l-entużjażmu mhux biss tal-plejers li ħadu sehem iżda anke tal- organizzaturi li ħadmu qatigħ. Jien narah bħala privileġġ illi bħala bniedem illi ġej mill-qasam politiku nsir naf diversi persuni involuti fl-isport u f 'dan il-każ ninsab verament ferħan. Is-sodisfazzjon tiegħi jkompli jikber meta niltaqa' maż-żgħażagħ li huma attivi u għandhom entużjażmu kbir biex ikabbru l-ħiliet tagħhom fid-dixxiplina li qed jitħarrġu għaliha. Is-sodisfazzjon ikompli jikber għax dawn l-istess żgħażagħ huma attivi anke f 'oqsma oħrajn tal-ħajja. X'tip ta' pariri tak il-predeċessur tiegħek David Agius? Minnu nnifsu David Agius huwa assoċjat mal-isport anke minħabba l-fatt illi hu kien jipprattikah. Tista' tgħid illi d-dekasteru tiegħu kien attiv ferm fejn dar diversi klabbs u federazzjonijiet filwaqt illi kellu laqgħat ma' diversi uffiċjali. Għalhekk nista' ngħid illi tani dik li bl-Ingliż isejħulha handover tajjeb filwaqt illi għadu s'issa jagħtini pariri dwar xi oqsma partikolari. Nammirah ferm għall-mod ta' kif kien jattendi għall-attivitajiet u għal mod ta' kif kien jiddedika ħafna mill-ħin tiegħu jifhem l-eżiġenzi ta' kull assoċjazzjoni li teżisti f 'Malta. Huwa għalhekk illi issa rrid nimpenja ruħi u niltaqa' ma' dawn l-għaqdiet ħalli nisma' minn fommhom stess dak li għandhom xi jgħidu. Fl-istess waqt f 'moħħi għandi li nesprimi x-xewqat u l-ideat tiegħi sabiex nara l-isport Malti jkompli jiżviluppa dejjem aktar. Kellek iċ-ċans tiltaqa' mas-segretarju parlamentari għall-Isport Clifton Grima? Kelli ċans niltaqa' ma' Dr Clifton Grima, illi nzerta li għandu l-istess età tiegħi, u kelli laqgħa kordjali ħafna. Bdejna niddiskutu kif l-aħjar naħdmu sabiex jekk ikun hemm xi proposti niddiskutuhom qabel u nippruvaw insibu soluzzjonijiet fejn ma naqblux. Jien persważ illi ser naħdmu tajjeb flimkien. Ser niltaqgħu ma' diversi ċirkostanzi fejn ma naqblux iżda kif jgħidu l-isport jgħaqqad u mhux jifred u l-atleti tagħna ma jridux jaraw politiċi miġġildin iżda jridu li aħna nimxu id f 'id għas-suċċess f 'dan il-qasam. B'hekk importanti illi nsibu soluzzjoni meta jkun hemm id- diverġenzi. Kellek iċ-ċans illi tara kif jaħdem SportMalta? Bla dubju naf kemm SportMalta tagħmel ħidma kbira għal dan il-qasam f 'pajjiżna u li qed iħalli ħafna frott. Fl-antik nafuh bħala l-Kunsill Malti għall-Isport sakemm bidlulu ismu għal dak li hu llum, u llum il-ġurnata għandu rwol importanti ħafna illi tippromwovi l-isport. Naf ukoll illi hemm sfidi ċari li qed taffaċċja din l-entità bħal dan l-aħħar studju li ħareġ mill-Eurobarometer fejn ma tantx għandna biex nifirħu dwar il- parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-għaqdiet sportivi. Fil-fatt hemm biss 11% li jieħdu sehem f 'pajjiżna meta fl-Ewropa hemm madwar 30 fil-mija li jagħmlu dan. Żgur illi hemm ħafna x'nagħmlu minħabba illi għadna lura meta nikkomparaw ruħna mal-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea. Il-problema tal-obeżità hija fenomenu ieħor illi qed naffaċċjaw bħala pajjiż. Fil-fatt il-kap tal-Partit Nazzjonalista xtaqni li parti mid-dekasteru tiegħi, din tkun waħda mill-isfidi illi naħdem fuqha. Aħna nixtiequ nuru illi din il-problema tiġi indirizzata. Hemm numru ta' kwistjonijiet illi jinkwetawni. Hemm ħafna xogħol x'nagħmlu f 'dan l-aspett biex dawn in- nuqqasijiet illi għandna jiġu indirizzati. Nemmen ukoll illi għandhom jiġu magħrufa aktar il-valuri tal-isport bħall- perseveranza, l-inklużjoni, id-dixxiplina, l-ugwaljanza, ġustizzja sportiva u l-fatt li tkun ġo grupp jew tim. Fl-istess ħin għandna nagħmlu enfasi sabiex inrawmu fiż-żgħażagħ tagħna sens ta' lealtà lejn l-isport lil hinn minn kull aspett ta' korruzzjoni. M'għandux ikun hemm tolleranza fejn għandu x'jaqsam korruzzjoni fl-isport. B'hekk tkun qed tnawwar il-valuri sbieħ li għandu l-isport. Irridu soċjetà b'saħħitha mhux biss fiżikament iżda anke permezz tal-valuri. Kellek iċ-ċans tara l-liġi tal- kummerċjalizazzjoni tal-isport? Iva kelli ċans nifli sew din il-liġi li fl-opinjoni tiegħi ser tbiddel ix-xenarju sportiv lokali. Ser tingħata opportunità li min joħodha jara li s-settur sportiv li jinsab fih ikompli javvanza 'l quddiem. Permezz ta' din il-liġi ta' kummerċjalizazzjoni, nittama li ser ikun hemm finanzjament nadif u b'hekk ikollna faċilitajiet sportivi ogħla minn dawk eżistenti. Naħseb illi hija responsabbiltà tagħna 'L-ebda Ministru jew Segretarju ifaqqa' direct orders ta' miljuni ta' Cristian Antony Muscat L-Onorevoli Ryan Callus - Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-isport u li nħatar f 'din il-kariga ftit tal- ġimgħat ilu bl-aspirazzjoni li jaħdem bis-sħiħ għall-akbar ġid tal-isport lokali. "Jien ottimist u sodisfatt li ġejt mogħti dan il- portafoll għax teżisti dinamiċità u enerġija li għandhom ċerti klabbs flimkien ma' ambizzjonijiet li jixtiequ jaraw realtà. Ninsab kburi illi hawn diversi assoċjazzjonijiet illi huma attivi b'sens qawwi ta' volontarjat... Nemmen li l-futur huwa wieħed sabiħ." "Min-naħa l-oħra, bħala messaġġ nista' niddikjara illi l-isport iżommok b'saħħtek u jiżviluppak f 'ċittadin tajjeb u jimmaturak ferm bħala bniedem."