Illum previous editions

illum 11 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/952914

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 11 ta' Marzu 2018 L-MCAST u l-MUT qrib ħafna li jilħqu qbil dwar il-ftehim kollettiv FI stqarrija konġunta l-MCAST u l-MUT iddikjaraw illi wara diskussjonijiet intensi fl-ogħla livelli, intlaħaq qbil għal pakkett finanzjarju għall-gradi kollha ta' għalliema f 'dan il-kulleġġ. L-istqarrija tkompli tgħid illi l-MCAST u l-MUT se jkunu qed jaħdmu biex jiffinalizzaw il-kitba tal-ftehim kollettiv u jaqblu fuq xi kwistjonijiet pendenti. L-istqarrija ttemm tgħid li ż-żewġ naħat huma kunfidenti illi ftehim biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema se jintlaħaq fiż-żmien li ġej. L-MCAST u l-MUT urew l-apprezzament tagħhom għall-intervent ta' bosta fosthom tal-Ministru tal- Edukazzjoni. Il-President tappella għal aktar għarfien dwar l-epilessija ILPRESIDENT ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca għamlet diskors waqt il-ftuħ tal-konferenza nazzjonali dwar l-epilessija organizzata mill-Caritas Malta Epilepsy Association, intitolata 'Epilepsy: Finding Help'. Waqt din il-konferenza, il-President Coleiro Preca appellat lill-awtoritajiet, lill-attivisti fis-soċjetà ċivili, lill-professjonisti li jaħdmu f 'dan is-settur, lill-pubbliku, kif ukoll lill-midja Maltija, biex juru l-importanza ta' għarfien akbar dwar l-epilessija. Hija qalet dan fid-dawl tal-fatt li għad hemm ħafna stigma fuq dan is-suġġett. "Nafu wkoll li ħafna mill- persuni li jintlaqtu mill- epilessija ma jkunux jixtiequ juru li għandhom din il-kundizzjoni. Nemmen li dan għadu jiġri għaliex għad ma hawnx għarfien biżżejjed dwar din il-kundizzjoni", tenniet il-President. Dan filwaqt li inkoraġġiet lill- Caritas Malta Epilepsy Association biex tkompli taħdem, "ħalli nixprunaw role models li jgħinu biex inkissru l-istigma fuq l-epilessija." Il-President ħeġġet lill- parteċipanti tal-konferenza biex ikomplu jaħdmu u jmexxu l-kelma, "ħalli jkollna kampanja ta' għarfien u edukazzjoni b'risq dawn il-persuni milquta." Il-President appellat ukoll lill-awtoritajiet governattivi biex jassiguraw li dawn ħutna f 'pajjiżna jkollhom mhux biss aċċess għall-kura kif diġà għandhom, iżda wkoll opportunitajiet edukattivi xierqa, u mpjieg dinjituż. "Huwa essenzjali li tfal li għandhom l-epilessija jkunu integrati tajjeb f 'ambjent ta' tagħlim fl- iskejjel, u li l-edukaturi u min iħaddem ikunu konxji tar-realtajiet tal-epilessija", stqarret il-President, filwaqt li ħeġġet lill-edukaturi u lil min iħaddem biex ikunu kuraġġużi u qalbhom miftuħa sabiex jagħmlu d-differenza importanti fil- ħajja ta' dawn it-tfal. "Jiena kunfidenti li, grazzi għal din il-konferenza u l-għan tagħha biex tqajjem kuxjenza dwar il-bżonn li tinstab għajnuna għal persuni bl-epilessija, se jkun hawn aktar għarfien u aktar aċċessibbilità għas- support meħtieġ b'risq il-persuni milquta minn din il-kundizzjoni u b'risq is-soċjetà Maltija kollha", ikkonkludiet il-President Coleiro Preca.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 March 2018