Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/952914
Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 11 ta' Marzu 2018 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Aħbarijiet Il-mara; Forza ta' bidliet Mill-mużika għall-moda, xjenza u politika, ikel u edukazzjoni, ambjent u drittijiet ċivili... l-ILLUM tagħti ħarsa lejn ftit minn nisa li fi l-qasam tagħhom għamlu l-vera diff erenza ILMARA. Tagħti l-ħajja, simbolu tal-maternità u ħafna drabi hija wkoll il-persuna li direttament jew indirettament twassal għall-bidliet fid- destin tad-dinja. Din il- ġimgħa d-dinja ċċelebrat Jum il-Mara, il-jum li fih niftakru li l-mara li biddlet il-kors tal-ħajja, tal-familja, tal-komunità jew inkella' l-kors ta' pajjiż sħiħ. Il-gazzetta ILLUM qed tiddedika dan l-ispazju biex tonora lil uħud min- nisa ta' sustanza vera li biddlu d-dinja, permezz tat-twemmin jew id- determinazzjoni tagħhom jew inkella permezz tal-kitba, skoperti jew permezz tal-arti viżiva u mużikali. Malala Yousafzai, rebbieħa tal-Premju Nobel u anke tal-Premju Shakarov għall-battalja tagħha favur l-edukazzjoni f 'pajjiż fejn il- mara tiswa ftit jekk xejn. Fejn mara bl-għerf hija theddida, mhux unur. Malala bdiet it-triq tagħha wara li kienet mhedda b'attentat ta' assasinju fuqha mit-Talibani. It-Taliban, grupp politiku-reliġjuż ta' estremiżmu Iżlamiku kien saħansitra ħareġ ordni biex Yousafzai tinqatel. Nhar id-9 ta' Ottubru 2012, raġel prova joqtol lil Malala hekk kif din kienet sejra lura d-dar mill-iskola. Malala għadha qed titkellem u tikkampanja favur l-importanza tal-edukazzjoni u ppubblikat il-ktieb mill-aktar sabiħ u li kapaċi jispira tant; I am Malala. Edukazzjoni, fejn għadha tirbaħ l- injoranza 'Like a virgin touched for the very first time...' U min ma semax b' Madonna? Kantanta li ddominat is-snin 80 u li baqgħet popolari, rilevanti u mill- aktar segwita sal-lum. Fost is-suċċessi tagħha fit-80jiet, kien hemm 'Borderline', 'Holiday', 'Who's that Girl', 'Like a Prayer' u bosta oħrajn. Iżżewġet lil Sean Penn u ħadet sehem ukoll f 'diversi films bħal 'Who's that Girl' (1987) u 'Dick Tracy' (1990) Fis-snin 90 kellha suċċessi bħad-diski 'Frozen' u 'Power of Goodbye' kif ukoll il-film Evita illi fih tkanta t-tant famuża 'Don't cry for me Argentina.' Insomma, Madonna tibqa' waħda mill-eroj tal-mużika u waħda mill-aktar nisa sinjuri wkoll, definittivament ispirazzjoni bi kliemha u l-lirika. 'Who's that girl...? Oprah Winfrey hija waħda mill-aktar persuni influwenti fuq il-midja. Hija lagħbet parti mill-aktar importanti fl-irwol tal-ħajja moderna Amerikana u ffurmat ix-xejriet kulturali bil- promozzjoni tagħha ta' valuri aktar liberali. Winfrey isservi wkoll ta' ispirazzjoni għal ħafna nisa suwed Amerikani permezz tal-ħeġġa tagħha li tuża s-saħħa fil-midja biex tkisser kull tip ta' ostaklu soċjali. Oprah Winfrey twieldet f 'Missisippi, imbagħad marret tgħix Baltimore fejn bdiet il-programm ta' diskussjoni 'People are Talking'. Iktar tard bdiet tmexxi l-programm tagħha stess 'The Oprah Winfrey Show' li dam għaddej għal 25 staġun televiżiv, mill-1986 sal-2011. Vuċi b'saħħitha u liberali fuq it-TV Amerikan... Jekk hemm mara li ma tibżax, din hija Aung San Suu Kyi li fl-1945 saret attivista ħarxa kontra d-dittatorjat brutali ta' U Ne Win, fil-Myanmar. Din il-mara f 'pajjiż li lokalment ftit għadna nafu dwaru, tpoġġiet taħt 'house arrest' fl-1989 u qattgħet 15-il sena arrestata. Hija rebħet il-Premju Nobel fl-1991. Hija nħelset mill-arrest fl-2010 u sussegwentement daħlet fil-Parlament f 'isem il-Lega Nazzjonali għad- Demokrazija (NLD). Dan il-partit rebaħ l-elezzjoni fl-2016 b'Suu Kyi ssir de facto kap tal-pajjiż fl-irwol ta' konsulent għall- istat. Mara li tgħallem illi d-determinazzjoni twasslek fejn ħadd ma jimmaġina li kapaċi tasal. Mara li ma tibżax... Wangari Maathai kienet l-ewwel mara fl-Afrika tal-Lvant u ċentrali li kisbet Ph.D. Hija tibqa' waħda mill-pijunieri fil-qasam tal-ambjent u l-protezzjoni tiegħu, imma wkoll il-mod kif użat din il-protezzjoni u tħawwil ta' ħaxix u pjanti biex tqajjem l-għarfien dwar id- demokrazija, id-drittijiet umani u d-drittijiet tan-nisa. Maathai rebħet ukoll il-Premju Nobel għall-paċi. Din l-eroj għal tant eluf ta' nisa Afrikani li għal ħajjithom batew il-ġuħ, il-faqar u l-inviżibilità mietet f 'Settembru 2011 fil-Kenja. Il-ħarsien tal-amb- jent u d-drittijiet...