Illum previous editions

ILLUM 8 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Il-Ħadd 08 ta' April 2018 | illum Sports 29 Jiem tad-deheb għal Kyrian Nwoko u Jean Borg minn Cristian Antony Muscat KYRIAN Nwoko u Jean Borg huma żewġ plejers ewlenin tal-futbol f 'pajjiżna u li jilagħbu ma' Valletta FC kif ukoll mat- tim nazzjonali fejn propju kellhom wirjiet mill-aqwa ma' dan it-tim fil-jiem li għaddew. Dan il-ġurnal iltaqa' ma' dawn iż-żewġ plejers fejn tawna iktar dettalji rigward l-iżvilupp tagħhom fil-futbol u kif jaraw ċerti andamenti ta' din il-logħba tant popolari f 'pajjiżna. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? JEAN BORG Minn meta kont żgħir kien jogħġobni ħafna l-isport u fost il-ħafna li kienu jogħġbuni kien il-futbol. Bdejtu meta kelli sitt snin ma' Ħ'Attard fejn rajtu bħala hobby imma iktar u iktar ma bdejt nidħol fih u nitgħallem iktar kull ġimgħa li tgħaddi bdejt narah bħala karriera speċjalment meta mort ma' Valletta. KYRIAN NWOKO L-imħabba tiegħi lejn il- futbol nista' ngħid li kienet fid-demm hekk kif missieri Chucks Nwoko kien full- time footballer u qattajt ħafna minn tfuliti narah jilgħab. Meta kont żgħir dejjem kelli ballun f 'idi, sew jekk ma' sħabi, sew jekk skola, baħar, kull fejn stajt ħadt ballun miegħi. Ftit taż-żmien ilu ddebuttajt u kellek wirjiet mill-aqwa kemm mat-tim nazzjonali 'A' kif ukoll ma' dak ta' taħt il-21 sena. X'fissret għalik din l-esperjenza? JEAN BORG Kuntent ħafna li kelli ċ-ċans li nesperjenza żewġ logħbiet mat-tim nazjonali tal-kbar għall-ewwel darba fejn minnhom tgħallimt ħafna u nispera li nkompli nikber bħala plejer fil- futur. Ma kinux faċli imma dak li tistenna f 'livell internazzjonali. KYRIAN NWOKO Naħseb li esperjenzi bħal dawn bħala futboler ma tantx ħa jkolli, fis-sens debutt darba jiġi per allura din hija fażi fil-karriera tiegħi li żgur li ma jien ser ninsa qatt, apparti li huwa unur kbir li nilbes il-flokk tat-tim nazzjonali tagħna. Għalkemm forsi għaddej minn fażi tajba, dan xorta għadu l-bidu u naspira li nilħaq u nwettaq aktar tragwardi bħala futboler, u fortunatament s'issa dejjem kelli plejers sħabi u kowċis li għenuni nasal fejn għandi nasal! X'tikkummenta fuq dan l-istaġun ta' Valletta? JEAN BORG Dan l-istaġun kellu t-tajjeb u l-ħażin tiegħu. Għaddejna minn perjodi tajbin ħafna u perjodi inqas tajbin imma s'issa meta baqa' tliet logħbiet diffiċli għal tmiem l-istaġun, qegħdin punt biss taħt ta' fuqna u nemmen li kollox jista' jiġri. KYRIAN NWOKO Dan l-istaġun tgħallimt ħafna speċjalment minħabba l-fatt li t-tim għandu pressjoni li jirbaħ dejjem allura kelli nidra mentalità differenti però mentalità li għenitni ħafna biex naħdem iktar u nkompli nitjieb. Kemm jgħinek il-kowċ Danilo Doncic fil-karriera tiegħek? JEAN BORG Bħala kowċ, Danilo Doncic nemmen li huwa kowċ tajjeb u validu però ma nistax ngħid wisq fuqu peressli kull m'għadu għamel magħna hu nofs staġun. KYRIAN NWOKO Il-kowċ Danilo Doncic kien il-kowċ li tani d-debutt tiegħi fil-livell tal-kbar meta kelli 16-il sena ma' St Andrews, allura rispett lejh dejjem se jkolli. Taqbel ma' Kampjonat Premier b'14-il tim? JEAN BORG Personalment, ma naqbilx ma' Kampjonat Premier b'14-il tim għaliex tilgħab iktar logħob ma' timijiet li huma inqas ikkwotati minnek filwaqt li kieku tkun tista' tilgħab iktar logħob diffiċli u ta' stoffa fejn nemmem li tista' ttejjeb il-livell tiegħek. KYRIAN NWOKO Ma naqbilx mal-fatt li l-Kampjonat Premier ikun kompost minn 14-il tim għax nemmen li b'għaxar timijiet ikun iktar missielet. Bħala riżorsi fejn tittrenjaw u tilagħbu, sodisfatt bihom? JEAN BORG Ma tantx naqbel u naħseb li sħabi jikkonfermaw li bħala pitch ma tantx aħna sodisfatti, b'kull rispett lejn il-pitch tal-Fgura però nemmen li huwa żgħir għalina. Bħala pitches fejn nilagħbu nemmen li l-pitch tal-Istadium Nazzjonali ġie tajjeb wara l- proġett li għamlu l-MFA speċjalment meta jkun imxarrab u naħseb li s-Centenary Stadium ġie aħjar ukoll però naħseb li għandna bżonn almenu pitch ieħor bħal dak ta' Ta' Qali. KYRIAN NWOKO Naħseb li klabb bħal mhuwa Valletta ħaqqu jkun qed jittrenja f 'pitch aħjar b'faċilitajiet aktar adekwati. X'inhuma l-kummenti tiegħek fuq l-MFA? JEAN BORG Fuq l-MFA naħseb li qed tagħmel avvanzi għalkemm forsi ma jidhirx daqshekk speċjalment ħdejn pajjiżi oħra imma nemmen li għandhom pjanijiet pożittivi għal pajjiżna fil-ġejjieni. KYRIAN NWOKO Naħseb li l-MFA ġġorr fuqha ħafna pressjoni però m'għandix dubju li kull deċiżjoni li tittieħed sew jekk hix tajba jew ħażina, l-intenzjoni dejjem tkun għall-ġid tal-futbol Malti tkun. Ġieli kellek xewqa illi tmur tilgħab barra minn Malta? JEAN BORG Naħseb li hija xewqa ta' kull plejer Malti li jmur jilgħab barra minn Malta fejn jista' jkompli javvanza fil- karriera tiegħu u l-istess hija għalija għalkemm nemmen li mhija faċli xejn għax għandek bżonn sagrifiċċju, commitment u ħafna għajnuna u inkoraġġiment apparti r-rieda li tmur b'saħħa kbira. KYRIAN NWOKO Ix-xewqa tiegħi infatti hi li nilgħab barra minn xtutna. X'sagrifiċċju jinvolvi li tkun plejer tal-futbol u kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol, mal-futbol u mal-familja? JEAN BORG Biex tkun plejer tal-futbol jinvolvi ħafna affarijiet li jagħmlu differenza. L-ewwel ħaġa għandek bżonn tieħu ħsieb id- dieta tiegħek fejn tittrenja regolari u anke tagħmel xi sessjonijiet waħdek u tara li tiekol ikel adattat u sustanzjuż. Jinvolvi ċertu dixxiplina u sagrifiċċju kif ukoll mil-lat psikoloġiku li tagħmel parti kbira. Il-futbol jeħodlok mill-inqas tliet sigħat kuljum jekk tittrenja darba u allura jrid ikollok ukoll time-management fejn tippjana l-ħin tiegħek u tipprova ddaħħal kemm jista' jkun affarijiet u dejjem ma tipprova tinsa lil ħadd fosthom familja u ħbieb. KYRIAN NWOKO Bħala xogħol jiena ddedikat lejn futbol biss, nemmen ħafna li jekk tħobb tagħmel xi ħaġa u lest li tagħti l-enerġija kollha biex tirnexxi fiha, m'hemmx raġuni għalfejn m'għandekx tasal, u din tgħodd għal kull aspett fil-ħajja. Bħala sapport mill-familja dejjem sibt u l-fatt li missieri kien futboler professjonali tgħin ukoll. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ tiegħek dwar is-sabiħ illi fih il- futbol u kemm huwa importanti sabiex il- bniedem jimxi 'l quddiem fil-karattru u fil-personalità tiegħu. JEAN BORG Il-futbol mhuwiex biss delizzju għalija u għal ħafna iktar huwa ħajjitna, karriera u passjoni. Għalkemm nemmen li l-futbol għandu n-negattiv tiegħu bħall- betting nemmen li għandu iktar pożittiv għaliex jagħti pjaċir lil ħafna nies u xi kultant anke jgħaqqad lil pajjiżi flimkien u jwasslu messaġġi importanti bħal 'Respect u Say No to Racism'. Jgħinek tikber bħala persuna fejn ikollok iktar personalità. KYRIAN NWOKO Naħseb li fid-dinja tal- lum ma tantx ikollok opportunitajiet li tesprimi l- emozzjonijiet tiegħek, wisq inqas xogħol li jkun il- kawża ta' tant emozzjonijiet. Dak hu l-futbol għalija u ninsab grat li qiegħed fejn qiegħed fil-karriera tiegħi u qed inħares 'il quddiem b'ottimiżmu għall-futur biex nara x'hemm lest għalija! Jean Borg Kyrian Nwoko

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 APR 2018