Illum previous editions

ILLUM 8 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/963165

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

illum | Il-Ħadd 08 ta' April 2018 Sports 30 Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? L-imħabba tiegħi għall-futbol nibtet mil-logħob fit-triq fejn ta' sikwit konna nilagħbu flimkien mal-ħbieb. X'taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess li ksibtu matul dan l-istaġun? Is-suċċess wasal frott is-sagrifiċċju illi għamilna matul is-sena. It-tim kien kompatt u moħħu hemm. Konna pożittivi f 'kull dipartiment u dan għen għas-suċċess finali. Konna tim wieħed illi stinkajna għal xulxin. Dan it-12-il Kampjonat mirbuħ fl-istorja tagħkom, kemm kien differenti mir-rebħ ta' Kampjonati oħrajn? Dan kien differenti għaliex ma kienx hemm pressjoni żejda min- naħa tal-Kumitat, anzi l-għan kien illi nistabilixxu ruħna ma' ta' fuq u nibnu minn hemm. Jista' jitqies bħala wieħed iktar rimarkabbli minħabba li ġie propju fis-70 sena anniversarju mit- twaqqif tal-klabb? Is-70 sena anniversarju ma tantx kien rimarkabbli għaliex l-għan ewlieni tagħna kien li jkollna tim rispettabbli minn kulħadd. M'hemmx dubju li l-plejers barranin tal-ogħla livell li kellkom għenukom bis-sħiħ biex tirbħu dan il-Kampjonat. X'tikkummenta? Iva, kellna plejers barranin tajbin illi għenuna ħafna iżda l-kollettiv u l-għaqda kienu l-fatturi ewlenin li wassluna biex nirbħu dan il- Kampjonat. Anke timijiet oħra kellhom plejers barranin validi. Bis- saħħa ta' dan il-fattur, anke l-plejers Għawdxin dehru tajjeb ħafna. Qatt kont tistenna li tagħmlu ċert mir-rebħ tal-Kampjonat ġimgħa qabel tmiem Marzu? Bla dubju li fil-bidu tal-istaġun qatt ma kont nistenna li nirbhu l-Kampjonat daqshekk kmieni iżda matul iż-żmien bdejt nemmen u nara l-għatx għar-reb] tal-plejers. B'hekk, f 'Jannar bnejt fidi illi f 'Marzu stajna nserrħu rasna mir-rebħ tal- Kampjonat. Xi sfida sibtu minn timijiet bħal Xewkija Tigers, Nadur Youngsters jew matul dan l-istaġun dawn kienu inferjuri għalikom? Fil-bidu l-isfidanti ewlenin għar- rebħ tal-Kampjonat, Xewkija Tigers u Nadur Youngsters illi kienu wkoll issaħħu b' mod sostanzjali mis-sena l-oħra dehru li se jagħtu sfida denja. Però meta rbaħnilhom fl-ewwel rawnd b'mod konvinċenti rrealizzajna fil- fond ta' moħħna illi għandna aktar qalb minnhom u nistgħu nirrepetu rebħ ieħor fuqhom kif fil-fatt ġara. Però, għalkemm kollox deher faċli, xejn ma kien faċli! Taħseb li timijiet Għawdxin għandhom jitħallew jikkompetu f 'Malta f 'kampjonati organizzati mill-MFA? Din mhix kwistjoni ta' jitħallewx jew le. Dan jiddependi mit-tim Għawdxi. Jekk irid jista' japplika u jidħol 'Konna pożittivi f 'kull dipartiment Cristian Antony Muscat Gotthard Conti - kowċ bravu u ħabrieki ta' Victoria Hotspurs li huma ċ-Champions il-ġodda tal-Futbol Għawdxi. Huma saru Champions ta' Għawdex għat-12-il darba propju s-70 sena anniversarju tagħhom, fejn ma sofrew l-ebda telfa. "Fil-futbol Għawdxi hemm aktar qalb u namur għal-logħba. Il-logħba għadha aktar tradizzjonali. Il-futbol Malti sar iktar negozju fis-sens illi l-presidenti huma aktar ossessjonati fuq il-preżent immedjat u m'għandhomx paċenzja illi jibnu fuq il-preżent fis-sens illi peress li daħlu ħafna plejers barranin, il-plejer sar oġġett aktar milli plejer kif nafuh aħna. Naraw plejers barranin ġejjin u sejrin qishom pastizzi, u bħala kowċ ma tkun tista' qatt tibni għax il-paċenzja u s-sapport huma limitati." Ritratt: Paul Scicluna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 APR 2018