Illum previous editions

illum 29 April 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Il-Ħadd 29 ta' April 2018 | illum Aħbarijiet ġdida tal-IVF ? Aqra hawn bħal-lum. Però se jkun qed jiddaħħal kiri tal- ġuf altruwsita; fil-passat reċenti l-Ministru tas- Saħħa Chris Fearne qal li t-tip ta' kiri ta' ġuf se jkun suġġett għal eżerċizzju ta' konsultazzjoni pubblika. Riċerka fuq l-embrijuni • Is-sitwazzjoni preżenti: Riċerka fuq embrijuni hija illegali. • Il-liġi l-ġdida: Riċerka fuq embrijuni se tibqa' illegali. Għaliex l-iff riżar qajjem diskussjoni? Dawk kontra l-iffriżar tal- embrijuni jgħidu li l-embriijun huwa bniedem li għandu drittijiet u kwalunkwe tentattiv biex dan jinqered jew jiġi ffriżati huwa ksir tad-dritt tal-embrijun għall-ħajja. Fuq in-naħa l-oħra, dawk favur jargumentaw li l-iffriżar mhuwiex ekwivalenti għat-terminazzjoni minħabba li l-ħajja qed tiġi ppreservata u li dan huwa biss grupp ta' ċelloli u ma jistax jingħata l-istess drittijiet daqs bniedem ħaj. Għaldaqstant l-argument kontra l-iffriżar ma jiqafx biss mal- prattika iżda wkoll jittratta il-futur tal-embrijuni. Skont il-liġi proposta, l-embrijuni ffriżati li ma jiġux impjantati jistgħu jmorru għad-donazzjoni però, jekk dawn ħadd ma jagħmel talba għalihom jibqgħu ffriżati. Kritiċi ta' din il-prattika jgħidu li ġenituri prospettivi li se jgħaddu mill-proċess tal- IVF se jkunu jridu jimpjantaw embrijun tagħhom. Fl-2016, ir-rata ta' suċċess tal-IVF kienet 20% u għalhekk it-tobba jippreferu trattament ta' ffriżżar tal-embrijuni. Minħabba dan il-fatt ċertu tobba jemmnu li bl-iffriżar tal- embrijuni se jiżdied iċ-ċans biex koppja jkollha wild u l-omm prospettiva ma jkollhiex terġa' tibda l-proċess mill-bidu nett. Din il-liġi se żżid il- possibiltà ta' inċest? Id-donazzjoni anonima ta' gamita tista' twassal għal cirkostanzi bħal dawn, però l-liġi ġdida għandha mekkaniżmu li jisalvagwardja dan. Skont din il-liġi proposta persuna tista' tagħmel donazzjoni darba biss. Iċ-ċans li żewġ persuni li jiġu minn xulxin jiżżewġu minħabba li ma kinux jafu dan, hi ogħla bl-adozzjoni tal-embrijuni. L-każ ta' 'Baby M' L-ewwel kuntratt formali ta' dan it-tip tfassal fl-1976 fl-Amerika. Għaxar snin wara, Baby M, spiċċa f 'nofs kontroversja nazzjonali, meta s-surrogat (il-mara li welldet it-tarbija) bidlet il-ħsieb tagħha u fetħet każ legali, mingħajr suċċess, għall- kustodja tat-tifel, li ġenetikament kien tagħha. Il-furur ta' dan il-każ wassal għal projbizzjonijiet fi New York u diversi stati oħra. Madankollu, skont Surrogacy UK, għaqda karittativa, Brittanika, s'issa ma kien hemm l-ebda każi simili ta' 'Baby M' fl- Ingilterra f 'dawn mill-2002, anke jekk minn dakinhar 'l hawn madwar 180 tarbija twieldu bis-surrogacy. L-istess għaqda tinkoraġġixxi liż-żewġ partijiet fil-qbil biex isiru jafu lil xulxin għal mill-inqas tliet xhur qabel jippruvaw jikkonċepixxu. Nuqqas ta' qbil dwar xi ħaġa importanti sservi bħala twissija biex ma titkompliex. Il-kiri tal-ġuf huwa legali fir-Renju Unit, iżda, l-ebda parti fil-qbil ma tista' tkun involuta kummerċjalment, jiġifieri, tirċievi miżati għall-kiri tal-ġuf. Apparti minn hekk, ir-reklamar għall-kiri ta' ġuf mhux permess, is-surrogat jista' jirċievi biss ħlas biex ikopri l-ispejjeż li ġarrab meta kien tqil għall-ġenituri maħsuba tiegħu. Kiri tal-ġuf kummerċjalizzat huwa legali biss f 'xi Stati Amerikani, l-Ukranja u l-Ġorġja. Apparti minn hekk, persuni waħedhom huma projbiti milli jagħmlu użu minn surrogacy għalhekk bosta ċittadini Ingliżi, jivvjaġġaw sabiex ikunu jistgħu jagħmlu dan. Fir-Renju Unit ukoll, minn April 2010 kien possibbli wkoll għall-koppji tal-istess sess biex iwettqu l-kiri tal-ġuf fir-Renju Unit. Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne sostna li l-emendi li qed jiġu proposti fil-Parlament għal-liġi IVF huma favur il-ħajja, il-Viċi Prim Ministru qal li għandna bżonn inneħħu "l-idea li se nkunu qed noqtlu embrijuni jew ma nħarsuhomx." "Il-liġi bħalissa tagħmel ħsara lill-embrijuni, filwaqt li l-emendi tagħna huma miżura favur il-ħajja." Il-kap tal-Oppożizzjoni u mexxej tal-Partit Nazzjonalista għamilha ċara li hu kontra dawn l-emendi u għalkemm kien se jagħti l-free vote lid-deputati Nazzjonalisti, fil-futur Gvern Nazzjonalista se jirrevoka emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun. Il-Partit Demokratiku appella lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex ma jkomplix għaddej bl-emendi proposti għal-Liġi tal-IVF, li fost affarijiet oħra se jkun qed jippermetti l-iffriżar tal-embrijuni, marbut mal-adozzjoni. Fi stqarrija, il-Partit Demokratiku fakkar li l-Liġi Maltija tirreferi ċar u tond għat-tarbija mhux imwielda bħala persuna. "Għalhekk għandha l-istess drittijiet tat-trabi kollha mwielda. " Il-kiri tal-ġuf u l-mistoqsijiet dwarha... L-argumenti rigward il-kiri tal-ġuf, magħrufa bl-Ingliż bħala 'surrogacy,' ġeneralment jinvolvu diversi saffi kumplessi fosthom l-emozzjonalità, drittijiet ta' awtonomija tal-ġisem, u kwistjonijiet tad-drittijiet tan-nisa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-aħħar punt joħloq klima ta' dibattitu waħdu hekk kif, nisa minn pajjiżi tat-tielet dinja sikwit ikunu reklutati għal 'surrogacy'. Kritiċi jargumentaw li l-esternalizzazzjoni ta' kiri tal-ġuf lejn dawn it-tip ta' pajjiżi, fejn sikwit jinvolvu ħlas attraenti għas-servizzi tal-ġisem hu ta' disprezz lejn l-omm surrogata u jargumentaw ukoll fuq il-punt li jisfrutta l-organi riproduttivi tagħha u l-kapaċità għall-qligħ personali tal-għonja. Madankollu, dawk li jappoġġjaw il-kiri tal-ġuf, jenfasizzaw fuq l-opportunitajiet ekonomiċi enormi għal dawn in-nisa fid-dawl tal-isfond edukattiv u ċ-ċirkostanzi soċjali tagħhom. Jekk il-kuntratti ta' kiri tal-ġuf huma trasparenti u l-ommijiet sostituti huma protetti minn liġijiet adegwati, wieħed jista' jargumenta li d-dħul għall-ommijiet twassal għal titjib fil-ħajja personali tagħhom. Apparti minn dan, jeżistu wkoll kwistjonijiet ta' koerzjoni u kontroll fuq il-kapaċitajiet riproduttivi tan-nisa. Gruppi femministi jargumentaw li d-drittijiet ugwali għan-nisa jfisser li l-mara għandha tkun libera li tagħżel għaliha nnfisha l-istil ta' ħajja li trid tgħix, il-libertà sesswali u riproduttiva. Hemm ukoll argumenti bbażati fuq il-punt ta' demokrazija li jsostnu l-ħtieġa għal-libertà riproduttiva, filwaqt li jikrittikaw id-dritt tal-gvern li jintervjeni f 'kwistjonijiet ta' għażla personali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 April 2018