Illum previous editions

illum 29 April 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 illum | Il-Ħadd 29 ta' April 2018 FI ftit jiem oħra fil- knejjes f 'Malta u Għawdex niċċelebraw il-festa tal- qaddis Malti u Belti San Ġorġ Preca u għalhekk ħsibt li niddedika l-artiklu tiegħu għal informazzjoni dwar ħajjet din il-personalità. San Ġorġ Preca twieled fil- Belt Valletta, nhar it-12 ta' Frar 1880 minn Vincenzo u Natalina xebba Ceravolo. Tgħammed nhar is-17 ta' Frar fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta' Porto Salvo, il-Belt Valletta. Tmien snin wara, fl-1888, il-familja Preca marret toqgħod il- Ħamrun. Kien fil-Knisja Parrokkjali ta' San Gejtanu li Ġorġ irċieva l-Griżma tal-Isqof u għamel l-Ewwel Tqarbina. Darba, meta kellu madwar 17-il sena, iltaqa' ma' wieħed mill-għalliema tiegħu tal-Liceo, Dun Ercole Mompalao, ħdejn il-Mall tal-Furjana. Dun Ercole għamillu din il-profezija: "Preca, int għad tikber u nies li jirrispetaw 'l Alla jidħlu fil-familjarità miegħek u inti magħhom. Int għad issib xortik permezz tagħhom u huma għad isibu xortihom permezz tiegħek". Wara l-istudji tieghu fil-Liceo, beda jattendi s-Seminarju biex jistudja t-teoloġija bil- ħsieb li jsir saċerdot. Fit-8 ta' April 1905 miet Dun Alwiġ Galea li għal ħafna snin kien il-konfessur ta' Ġorġ. Preca kien jirrakonta li ftit wara mewtu Dun Alwiġ deherlu u qallu: "Lilek Alla għażlek biex tgħallimlu l-poplu tiegħu". Il-Kjeriku Ġorġ Preca kiteb abbozz ta' regola bil-Latin biex jibgħatha lill-Papa San Piju X għall- approvazzjoni. Kellu l-ħsieb li fil-parroċċi kollha jkun hemm djar b'seba' rġiel ordnati djakni, megħjunin minn awżiljari lajċi, li xogħolhom kellu jkun li jgħallmu lit-tfal u l-kbar. Kien proprju bejn l-1905 u l-1906 li Ġorg Preca ltaqa' ma' grupp ta' żgħażagħ il-Ħamrun u ħajjarhom jattendu għal xi laqgħat ta' tagħlim. Għażel wieħed minnhom, Eugenio Borg, u beda jispjegalu l-Iskrittura (iktar tard dan Eugenio sar l-ewwel Superju Generali tas- Societas Doctrinae Christinae u miet b'fama ta' qdusija wkoll). Ftit qabel l-ordinazzjoni saċerdotali Dun Ġorġ kien kawżi ser imut b'marda li ħakmitu. It-tabib qata' qalbu minnu, iżda għalkemm tilef l-użu ta' pulmun, Ġorġ rkupra bl-interċessjoni qawwija ta' San Ġużepp. Dun Ġorġ ġie ordnat saċerdot nhar it-22 ta' Diċembru 1906 mill-Isqof Pietro Pace u ċċelebra l-ewwel quddiesa solenni fil-Parroċċa ta' San Gejtanu, il-Ħamrun, nhar il-Milied. Għal xi ġimgħat wara l-ordinazzjoni saċerdotali kien joħroġ biss mid-dar biex iqaddes. Kien jibqa' miġbur fil-kamra ta' fuq il-bejt jitlob u jimmedita. Għall-ħabta tal-aħħar ta' Jannar 1907 Dun Ġorġ sejjaħ mill-ġdid lill-grupp taż- żgħażagħ u nhar it-2 ta' Frar iltaqgħu fil-Knisja Ta' Nuzzo, il-Ħamrun, għal-lezzjoni tiegħu. Nhar is-7 ta' Marzu ltaqgħu għall-ewwel darba f 'post ċkejken li kienu krew apposta f 'numru 6, Triq Fra Diegu, il-Ħamrun. Dawn iż-żewġ dati jimmarkaw it- twaqqif tas-Societas Doctrinae Christianae (Soċjetà tad- Duttrina Nisranija): grupp ta' żgħażagħ lajċi ffurmati fil- ħajja tar-ruħ u fil-prinċipji tar- reliġjon Kattolika, mibgħuta biex jgħallmu l-poplu. Għall-bidu, Dun Ġorġ sejjaħ l-għaqda tiegħu Societas Papiduum et Papidissarum jew "Xirka ta' Wlied il-Papa" għaliex ried jisħaq fuq il-lealtà lejn il-Papa. Intant, iżda, kważi b'ċajta, il-post fejn kienu jiltaqgħu l-ewwel soċji ngħata l-laqam ta' "mużew" u biż-żmien il-laqam tal-post sar l-isem tal-għaqda, u baqa'. Dun Ġorġ fassal tifsira mill- kelma "MUSEUM" bil-Latin: "Magister utinam sequatur Evangelium universus mundus!" (Mgħallem, li kien id-dinja kollha timxi fuq l-Evanġelju!). Il-fergħa tan- nisa bdiet ir-Raħal Ġdid fl- 1910 bl-għajnuna ta' Giannina Cutajar li wara saret l-ewwel Superjura Ġenerali. Kien għall-ħabta tal-1910 li Dun Ġorġ kellu esperjenza mistika qawwija li hu kien isejjaħ "il-famuża dehra ta' Ġesù Tfajjel". Kien għaddej ħdejn is-Salib tal-Marsa meta jilmaħ tfajjel ta' madwar 12-il sena jimbotta karetta b'qoffa demel. It-tifel ikkmandah: "Agħtini l-għajnuna!" Kif Dun Ġorġ medd idejh biex jagħtih l-għajnuna, ħass ħlewwa li ma bħalha u ma setax isib tarf 'il fejn hu u t-tifel marru bil-karretta. Wara li rrifletta, Dun Ġorg intebaħ li t-tifel kien Ġesù, u d-demel, kif ġieli indikat fl-Iskrittura, ifisser it-tagħlim. B'din il-viżjoni, il-Qaddis fehem li Ġesù riedu jagħti ħajtu għat-tagħlim tal- poplu. Biż-żmien il-M.U.S.E.U.M. ħa l-bixra li nafuh biha llum: ħaddiema lajċi rġiel u nisa totalment iddedikati għall-appostolat tal-katekeżi kemm taż-żgħar u kemm tal-kbar; modesti fl-ilbies u fil-kliem, ħajjithom minsuġa b'sensiela ta' talbiet qosra u ta' riflessjonijiet li jingħadu bl-amment għal kull kwarta tal-ġurnata ("L-Arloġġ Museumin"), impenjati għal siegħa jew iżjed ta' katekeżi kuljum lit-tfal u ż-żgħażagħ fl-oqsma tas- Soċjetà u wara siegħa oħra ta' formazzjoni permanenti għalihom infushom li tissejjaħ Assenjatur. L-għaqda mwaqqfa minn Dun Ġorġ kellha l-mumenti iebsin tagħha. Fl-1909 Dun Ġorġ irċieva l-ordni biex jagħlaq l-oqsma kollha. San Ġorġ Preca obda bi qsim il-qalb izda mingħajr tlaqliq. Kienu l-kappillani stess li nsistew li tiġi revokata l-ordni tal-Vigarju Ġenerali Mons. Salvatore Grech. Bejn l-1914 u l-1915 bdew jidhru fil-ġurnali lokali xi artikli kontra l-M.U.S.E.U.M. li kienu mimlijin disprezz u inġurji. Dun Ġorġ impona fuq il-membri tiegħu l-vot jew wegħda tal-ġentilezza li biha ntrabtu li jaħfru mill-qalb lil min ikasbarhom u kien jinsisti magħhom biex "iħobbu d-disprezzi" u ma jħallux li dawn itelfulhom il-paċi ta' qalbhom. Fl-1916 l-Isqof Mauro Caruana ordna li ssir inkjesta dwar is-Soċjetà. Wara ħafna taħbit u umiljazzjonijiet għall-fundatur, il-Kurja kienet sodisfatta bl-istħarriġ. Valletta L-Uffi ċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għall-grad ta' Avukat Trainee (Abbozzar ta' Liġijiet). Il-persuna magħżula se tiġi impjegata fuq bażi full-time u tkun mistennija taħdem mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. Kull min japplika għandu jkollu grad ta' Duttur tal-Liġi. Applikazzjonijiet u il-Curriculum Vitae għandhom jintbagħtu lil: Riżorsi Umani (JobsPlus 591/2017) Uffi ċċju ta' l-Avukat Ġenerali Il-Palazz, Misraħ San Ġorġ Il-Belt, Valletta jew ibgħat Email fuq : ag@gov.mt, mhux aktar tard mil-Ġimgħa 11 ta' Mejju sa nofsinhar. POST TA' AVUKAT TRAINEE (ABBOZZAR TA' LIGIJIET) FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI Il-qaddis Belti CLIFFORD GALEA

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 April 2018