Illum previous editions

illum 29 April 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Il-Ħadd 29 ta' April 2018| illum Aħbarijiet ĊIFRI tal-Eurostat li ħarġu iktar kmieni din il-ġimgħa juru illi l-Maltin huma fost l-inqas li jixtru kotba, gazzetti jew affarijiet relatati ma' 'stationeries'. Fil-fatt dawn iċ-ċifri juru illi fl-2017 il-baġit għal kotba, gazzetti u 'stationeries' fost il-Maltin hija biss ta' 0.7%. Fl-istess livell ta' Malta hemm Spanja u r-Repubblika Ċeka, filwaqt li n-nefqa tal-Bulgari u l-Griegi hija ftit inqas, b'0.6%. Dan jimmarka tnaqqis gradwali f 'Malta fl-aħħar tliet snin, minn 0.9% fl-2015, imbagħad 0.8% fl-2016. Min-naħa l-oħra, iktar mid- doppju tal-ispiża b'3.9% jmorru f 'nefqa ta' alkoħol, tabakk u narkotiċi. F'dan il-każ ma kienx hemm tnaqqis u n-nefqa tal- familji baqgħet konsistenti. Minkejja li l-ammont fuq kotba, gazzetti u 'stationeries' huwa parti żgħira mill-baġit tal-familji u individwi, il-medja fl-Unjoni Ewropea hija ta' 1.1% biss li jammonta għal €90 miljun. Dan jimmarka tnaqqis f 'din in-nefqa partikolari, minn 1.8% fl-1995. Din in-nefqa tirrapreżenta 0.6% tal-Prodott Domestiku Gross tal-pajjiżi kollha tal- Unjoni Ewropea jew madwar €200 għal kull resident fl-istess blokk. Madwar l-UE, kull sena, id-djar nefqu d-doppju fuq kotba, gazzetti u stationeries milli nefqu fuq vaganzi 'package'. Min-naħa l-oħra n-nefqa fuq dawn l-oġġetti kienet nofs dik fuq attivitajiet rikreazzjonali u kulturali. L-aktar pajjiżi illi fihom il- familji u l-individwi kellhom l-akbar nefqa fuq dawn l-oġġetti kienu l-Islovakkja b'2.1% tan- nefqa totali, il-Ġermanja b'nefqa ta' 1.6% u l-Polonja, b'1.4%. Intant il-Maltin jonfqu 4.9% mill-baġit tagħhom fuq ħwejjeġ u żraben, b'waħda mill-akbar nefqiet tkun fuq l-ikel b'nefqa ta' 10.1%, ħarira inqas mis-snin ta' qabel meta n-nefqa kienet ta' 10.5%. In-nefqa tal-Maltin fuq l-ikel, minkejja li żaqqna nħobbuha xi ftit mhux ħażin, hija 1.1% inqas mill-medja tal- Unjoni Ewropea. Intant, forsi mingħajr wisq sopriżi, wara li fl-2014 u l-2015 traħħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma filwaqt li kien hemm roħs ġenerali fil-prezz tal-gass, il-Maltin għandhom fost l-inqas nefqa fuq dawl, ilma u gass. In-nefqa totali fl-2016 kien ta' 10.4%, meta l-medja fl-UE hija ta' 24.5%, jiġifieri iktar mid-doppju ta' dak li jħallsu l-Maltin. L-Ingliżi u l-Franċiżi huma l-aktar ċittadini li joħorġu flus minn buthom għad-dawl, ilma u gass b'27% u 26% rispettivament. In-nefqa tal-kirjiet, b'1.1% wkoll hija baxxa għalkemm dan mhux neċessarjament huwa riflessjoni tal-prezzijiet infushom imma tal-fatt li maġġornaza kbira ħafna ta' Maltin u Għawdxin, huma sidien ta' darhom u allura ma jikrux. F'pajjiżi bħar-Renju Unit, bi bliet kbar bħal Londra illi fihom eluf kbar ta' nies jikru, l-ispiża titla' għal 6.6%. Iċ-ċifri tal-Eurostat juru li skont ċifri proviżorji, sal-2017 3.9% tan-nefqa tal-Maltin kienet tmur għal servizzi ta' saħħa, 3.1% fix-xiri ta' vetturi u 12% fuq trasport. Mhux wisq sorpriża li l-Maltin, għax huwa poplu li ġeneralment iħobb jiddeverti f 'pajjiż mimli storja, jonfqu aktar minn 10% tad-dħul tagħhom fuq rikreazzjoni jew inkella attivitajiet kulturali. Dan jikkumpara tajjeb mal-bqija tal-UE fejn il-medja ta' nefqa f 'rikreazzjoni hija ta' 8.5% mill- baġit tal-Maltin u huwa viċin ħafna tan-nefqa fl-Olanda. In-nefqa fl-edukazzjoni hija ta' 2%, għalkemm wieħed irid iżomm f 'moħħu wkoll il-fatt li f 'pajjiżna l-iskejjel tal-Gvern f 'kull livell huwa b'xejn kif hija wkoll l-Università. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Aħbarijiet Nonfqu ħafna f 'divertiment, fost l-inqas f 'dawl, ilma u kotba 10% tal-paga niddevertu biha u ħafna inqas minnha tmur għal kontijiet... kotba? X'kotba huma? il-Maltin u l-Għawdxin huma fost l-inqas li jħallsu f 'dawl u l-ilma Gazzetta? Insomma ma tantx iħobbu jixtruha l-maltin

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 April 2018