Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486
illum | Il-Ħadd 29 ta' April 2018 Sports 30 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Meta bdejt il-futbol tista' tgħid li kont diġà kbir fl-età minħabba li kelli tnax-il sena. Niftakar illi kont dħalt fl-akkademja ta' Pietà Hotspurs. Kienet xi ħaġa li qishom imbuttawni għaliha minħabba li diversi persuni raw li kelli t-talent u li dan kollu stajt insibu 'l quddiem kif fil-fatt ġara. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li ħeġġuni naqbad il-karriera tal-futbol. Kellek iċ-ċans tilgħab mat-tim tal-kbar tal-Pietà? Il-Pietà huwa klabb illi joħroġ plejers b'talenti kbar min-nursery tiegħu. Jien nista' ngħid illi tgħallimt ħafna minn hemmhekk. Mhux ta' b'xejn illi dan il-klabb ipproduċa plejers illi aktar tard għamlu isem fil-futbol Malti. Jien kont ma' grupp ta' plejers bħal Gareth Sciberras, Saviour Darmanin u Malcolm Licari fost l-oħrajn. Dawn kollha kellhom esperjenza kbira u titgħallem ħafna mingħandhom. Mela m'hemmx dubju li ħadt gost li l-eks tim tiegħek irritorna fil-Premier League Malti... Huwa dejjem gost u pjaċir illi tara lil dan it-tim fl-ogħla kampjonat Malti speċjalment meta tiftakar minn fejn kont bdejt. Nemmen illi Pietà għandu l-materjal kollu biex jibqa' f 'din id- diviżjoni għax iż-żgħażagħ illi għandhom huma ferm promettenti bil-kowċ li wkoll huwa dedikat. Kemm ser taraha diffiċli tilgħab kontra l-eks tim tiegħek? Illum il-ġurnata nħoss illi għadda ftit taż-żmien. Nibqa' ngħożż il-mumenti li lbist il-flokk ikħal tal-Pietà dik żgur! Inzertajna li m'ilux lgħabna kontrihom fir-raba' rawnd tal-FA Trophy u kont proprju jien li skorjajt il-gowl rebbieħ. B'xi mod ikollok emozzjonijiet imħallta minħabba li tieħu pjaċir mal-klabb li tkun miegħu li tajt kontribut sabiex rebbaħthom u fl-istess ħin jiddispjaċik għat-tim l-antik tiegħek. Wara Pietà Hotspurs int ġejt akkwistat minn Hibernians. X'kienet l-esperjenza tiegħek hemmhekk? Kienet esperjenza oħra sabiħa u pożittiva mal-klabb Pawlist. Kellna tim tajjeb dak iż-żmien bi plejers ta' esperjenza kbira bħal Mario Muscat, Andrew Cohen u Clayton Failla. B'xorti ħażina konna tlifna decider kontra Birkirkara u b'hekk inqasna milli nirbħu l-kampjonat. Mal-Hibs irnexxieli nirbaħ żewġ trophies li ironikament waslu f 'żewġ finali konsekuttivi kontra Qormi. Kif rajtu dan l-istaġun b'14-il tim? Illum il-ġurnata bl-introduzzjoni tal-plejers barranin kif ukoll kif qed jintlagħab il-kampjonat nemmen illi fil-jiem illi ġejjin ser inkomplu naraw dawn il-kambjamenti. Il-klabbs illum qed jinvestu fi plejers barranin ta' ċertu kalibru u fejn ma waslux bil-plejers Maltin qegħdin jaslu bihom. B'hekk il-punti li qegħdin jintrebħu u oħrajn illi qed jintilfu qed ikunu differenti minn tas-snin ta' qabel. Jekk nieħdu mill-esperjenza ta' dan l-istaġun, aħna bħala champions ta' Malta ġejna dro kontra t-tim relegat ta' Naxxar Lions. Kif qed naraw iż-żminijiet inbidlu u ma neħodha bi kbira xejn li nkomplu naraw anke aktar kambjamenti fl-ewwel erba' postijiet tal-klassifika fis-snin illi ġejjin. Nieħdu minn Balzan u Gżira. Dawn sa ftit tas-snin ilu kienu jilagħbu fil- kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni u ftit kienu jissemmew. Illum il-ġurnata hija realtà sabiħa fil-futbol Malti fejn ramaw mhux ħażin u ġabu plejers ferm tajbin. Kif tħossok meta int tilgħab bil-flokk ta' Valletta kontra l-eks tim tiegħek Hibernians? Kif għidtlek diġà meta rrispondejtek il- mistoqsija l-oħra, jien dejjem niffoka fuq it-tim li nkun qed nilgħab miegħu u nara li nagħti kontribut siewi filwaqt illi ma ninsiex dak li għadda minni meta kont nilgħab ma' Hibernians. Aktar qabel int semmejt il-plejers barranin. Matul dan l-istaġun tim lokali seta' jinkludi seba' barranin. Mill- istaġun illi ġej hemm ċans illi dawn isiru 11. Taqbel ma' din ir-regola? Skont mil-liema naħa narawha. Jekk nitkellmu fuq kif ser jeffettwa lit-tim nazzjonali Malti huwa mod filwaqt illi forsi jiżdied aktar il-livell fil-futbol Malti huwa mod ieħor. Wieħed jista' jinnota illi biż-żieda tal-plejers barranin, il-punti bejn it-timijiet naqsu u qed naraw klabbs qaqoċċa waħda fil-klassifika. Dan l-istaġun kellek erba' timijiet jissieltu għall-Ewropa, tnejn għar-rebħ tal- kampjonat filwaqt li tlieta oħra sabiex ma jiġux relegati. B'hekk naħseb illi l-idea tal-11-il barrani tista' tkun ideali sabiex jisbieħ iktar il-kampjonat. Fl-istess ħin dawk il-klabbs illi jkunu telgħin qed jissaħħu mhux ftit bi plejers barranin u dan jagħmel il-livell iktar bilanċjat. Li qed jiġri wkoll hu li ċerti klabbs mhux qed isibu plejers Maltin biex ikopru ċerti pożizzjonijiet u għalhekk qed iduru lejn dawk barranin. Ma taħsibx illi ċerti barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell? Naqbel miegħek illi ċerti timijiet mhux qed iġibu barranin ta' livell għoli. Madankollu llum il-ġurnata, il-klabbs indunaw illi l-barranin li jġibu jevalwawhom sew u jkunu lagħbu f 'kampjonati aħjar minna wkoll. Hemm ċerti timijiet intelliġenti li mal-ewwel jindunaw x'tip ta' plejer ikun mill- attitudni li jkollu kif ukoll mil-logħob li juri. Jekk nitkellmu fuq it-tim tagħna, għandna iktar plejers Maltin milli barranin. Din bdiet meta konna taħt l-era ta' Paul Zammit fejn bil-Maltin xorta rnexxielna nirbħu l-kampjonat Fl-aħħar mill-aħħar kull plejer, ikunx Malti jew barrani, xorta jrid jiġġieled għal postu. Matul dan l-istaġun intom ma kontux meqjusa favoriti li tieħdu l-kampjonat hekk kif ħafna ħasbu li kienet ser tkun is-sena ta' Balzan. Madankollu kontu intom li rbaħtu l-kampjonat... Il-mira ewlenija tagħna kienet li nerġgħu nipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet Ewropej filwaqt li mbagħad nippruvaw nissieltu għall-kampjonat. Meta tkun tilgħab ma' Valletta tħoss ċerta pressjoni li trid dejjem tkun kompetittiv. Konna nafu li ma kinitx ser tkun faċli għax it-timijiet kollha ramaw inkluż l-istess Balzan li kellhom plejers ferm tajbin u Hibs li kienu c-champions tas-sena l-oħra. Għandek timijiet oħra li ma tistax taqtagħhom barra minħabba l-esperjenza li jġorru bħal Birkirkara, Sliema u Floriana. Iktar kemm għadda ż-żmien iktar rajna li t-titlu kien ser ikun ristrett għal żewġ timijiet sabiex fl-aħħar mill-aħħar konna aħna li ħadna t-tazza. Kellkom difiża ferm tajba mmexxija minn plejers bħalek, bħal Steve Borg u l-goalkeeper Henry Bonello. Minkejja kollox rajt illi batejtu xi ftit fl-attakk matul dan l-istaġun. Fil-verità kellu jkun attakkant bħal Piciollo illi biddel ix-xorti ta' xi logħbiet li xi drabi ntrebħu bi skor ta' 1-0. Taqbel miegħi? Nasal biex naqbel miegħek għax nota negattiva li rajna f 'dan it-tim kien l-attakk. Fil-bidu meta kien daħal Zoran Popovic fit-tmexxija kien ġab attakkant illi però xejn ma impressjona u ntbagħat lura f 'pajjiżu filwaqt illi kellna l-akkwist l-ieħor Malti Kieran Nwoko illi kellu wirja tajba. Hu għamel l-almu tiegħu u sa ċertu punt irnexxielu. Madankollu kif għedt int, Matteo Piciollo kien tajjeb fil-mumenti deċiżivi ta' ċertu partiti u kien hu li tana ċerti punti importanti li kienu determinanti sabiex irbaħna l-kampjonat. Wieħed però ma jistax ma jfaħħarx il- plejers kollha b'mod kollettiv illi konna magħqudin bħala grupp biex wasal dan is-suċċess. Kellna taħlita ta' plejers żgħażagħ ma' oħrajn ta' esperjenza li għenuna niksbu dak li ridna. Int kont captain ta' Valletta matul dan l-istaġun. X'responsabbiltà taħseb illi ġġorr meta tkun b'din il-faxxa? Il-faxxa ta' captain ma' Valletta ġġorr responsabbiltà iktar minn faxex oħra. Ifisser illi min tak dan l-inkarigu jkun verament qed juri fiduċja fik. Jien bħala captain ridt dejjem inżomm l-għaqda u ridt nagħti messaġġ pożittiv u ta' inkoraġġiment sabiex naffaċċjaw il-logħba aħjar. Kont dejjem il-punt ta' riferiment fit-tim u naħseb li rnexxieli nxerred il-pożittività madwar il-grupp. Kif għedt int aktar qabel intom bdejtu l-istaġun ma' Zoran Popovic li eventwalment ma baqax u minfloku laħaq Danilo Doncic. Ħassejtu xi transizzjoni partikolari bejn kowċ u ieħor? It-transizzjoni kienet veru żgħira tant illi Doncic seta' jkompli fuq ix-xogħol tajjeb li għamel Popovic. Inħoss illi Doncic għamel it-tim iktar ħaj u xerred il-messaġġ tiegħu b'mod effettiv sabiex inkunu iktar aggressivi u nemmnu aktar fil-kapaċitajiet tagħna. Fl-aħħar mill- aħħar dan l-istess messaġġ għenna sabiex nilħqu t-tragward li ħejjejna. Ma rridx innaqqas mill-mertu ta' Popovic illi wkoll kellu sehem f 'dan is-suċċess finali. Kellimni ftit dwar il-kumitat ta' Valletta u l-għajnuna li ta sabiex wasaltu għat- 'L-aħħar partita li wasslet għar-rebħ tal-kampjonat Cristian Antony Muscat Ryan Camilleri - Captain taċ-Champions il-ġodda tal-futbol Malti, Valletta FC, fejn kien xprun ewlieni biex il-Beltin jirbħu l-24 titlu -istorja glorjuża tagħhom. "Jien naħseb li l-ingredjent prinċipali f 'din ir-riċetta ta' suċċess huwa l-kollettività u l-għaqda fil-grupp. Peress illi l-kampjonat intrebaħ fl-aħħar ġurnata, fil-logħbiet li wasslu għaliha kien hemm ħafna emozzjonijiet imħallta u għalhekk kien importanti li nkunu flimkien magħqudin bħala plejers u kumitat għax kieku ma konniex naslu biex nirbħu dan l-unur. Tliet logħbiet minn tmiem il-kampjonat konna għadna t-tieni post wara Balzan. Kien għalhekk illi bqajna konċentrati sabiex wasalna biex akkwistajna l-punti massimi."