Illum previous editions

illum 29 April 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/975486

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 29 ta' April 2018 ILMINISTRU għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia flimkien mal-Kummissarju tal- Pulizija Lawrence Cutajar, l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-Pulizija Angelo Gafá u uffiċjali oħra, inawguraw 10 vetturi ġodda tad-distretti quddiem l-għassa tal- Mellieħa. Din l-okkażjoni serviet biex jiġi mniedi wkoll il-branding il-ġdid tal-Korp tal-Pulizija. Waqt id-diskors tal-ftuħ is- Sur Gafá qal li din l-okkażjoni hija waħda simbolika għax permezz ta' dan it-tibdil qed tinħoloq uniformità u standardizzazzjoni fil-Korp. Il-Kummissarju qal li wieħed mill-għanijiet tiegħu hu li jsaħħaħ il-preżenza tal-Pulizija u tal-uniformi fid-distretti. Huwa qal li d-distretti se jibqgħu jingħataw l-importanza għax huma l-eqreb taċ-ċittadin. Fid-diskors tiegħu l-Ministru Michael Farrugia qal li l-Korp tal-Pulizija se jkun għaddej minn bidliet sostanzjali fix-xhur li ġejjin, u dan il-proċess se jwassal biex il-membri tal-Korp ikunu aktar viċin in-nies. Huwa kompla li fl-aħħar xhur ġew introdotti proġetti pilota fejn urew li t-tisħiħ tal-preżenza tal-Pulizija f 'ċerti hotspots, taw rizultati pożittivi biex titnaqqas il-kriminalità. Hekk ukoll fejn jidħol target policing biex jiġu identifikati u arrestati persuni involuti f 'ċertu tipi ta' kriminalità. Fl-istess ħin irid jissaħħaħ il-community policing mhux biss billi jiżdiedu l-foot patrols, imma wkoll biex in-nies infushom jieħdu l-inizjattivà biex tissaħħaħ il- komunità fejn jgħixu. L-għaxar vetturi ġodda tad-distretti jinkorporaw l-branding il-ġdid tal-Korp tal-Pulizija. Il-vetturi se jintużaw sabiex jissaħħu d-distretti u postijiet turistiċi. In-nefqa totali biex inġiebu dawn il-vetturi ġiet tiswa madwar €130,000. Huwa kompla li daqt ser jibda l-proċess sabiex jinxtraw 50 vettura oħra, li ser jagħmlu parti mill-proċess tal-bidla li ser ikun qed iwettaq il- Ministru Farrugia. Huwa qal li l-branding tal- Korp tal-Pulizija huwa l-ħin opportun sabiex jagħtu bidu tal-bidliet li tant meħtieġ ħalli jissaħħaħ il-Korp. Dan filwaqt li l-membri tal-Korp igawdu minn dak li kien imċaħħad lilhom fil-passat, kif ukoll kundizzjonijiet aħjar tax- xogħol fil-futur qarib. Il-Ministru rringrazzja lill-Membri tal-Korp tal- ħidma tagħhom, talli jkunu ta' eżempju, impenjati u lesti għall-bidliet tant meħtieġa biex tkompli tonqos il- kriminalità. F'din l-okkazjoni, il-Kappillan tal-Korp tal- Pulizija Father Raymond Bonnici bierek il-vetturi l-ġodda. Il-Ġnien tal-Argotti fil-Furjana rriġenerat wara proġett ta' €2.4 miljun ILPRIM Ministru Joseph Muscat flimkien mal- Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera inawguraw ix- xogħol ta' riġenerazzjoni tal-Ġnien tal-Argotti li sar b'investiment ta' €2.4 miljun. Proġett li ra l-bidu tiegħu permezz ta' restawr fuq il-ħitan tas-swar fl-2016 u riġenerazzjoni tal-ġnien f 'April 2017. "Ġonna bħal dawn isebbħu l-bliet u l-irħula tagħna u fejn huma żoni għat-tgawdija tal- familji. Għalhekk nemmen li dawn l-inizjattivi għandhom jiġu inkoraġġuti u fejn ikun possibli anke permezz ta' sħubija bejn il-Gvern u l-privat," sostna l-Prim Ministru Joseph Muscat. Huwa ħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali biex jidentifikaw aktar ġonna u żoni oħra li jistgħu jintużaw bħala open spaces għall-familji, li jkunu mitluqin u għandhom bżonn investiment. Dan sabiex Malta fil-futur ikollha aktar żoni li jitgawdew mill-Maltin u l-Għawdxin kollha. Il-Ministru Herrera rringrazzja lil dawk kollha li kienu involuti f 'dan ix-xogħol, fosthom id- Direttorat tal-Parks, il- Wasteserv u d-Direttorrat tar-Restawr, kif ukoll lill- Università ta' Malta tal- impenn li qed tagħti biex tkabbar u tieħu ħsieb il- ġnien botaniku. Il-Ministru għall-Ambjent stqarr kif għalkemm l-isfidi kienu kbar, il-proġett xorta twettaq b'suċċess, u dan kollu huwa xhieda tad-dedikazzjoni li wrew il-ħaddiema kollha. Fil-Ġnien tal-Argotti sar restawr tal-bastjun kif ukoll tal-funtani, sar tqegħid ta' madum madwar il-ġnien kollu, sistemi ġodda ta' ilma, irrigazzjoni, dwal u railings madwar il-ġnien kollu. Inawgurati 10 vetturi tad-distretti u l-branding il-ġdid tal-Korp tal-Pulizija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 April 2018