Illum previous editions

illum 15 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

www.illum.com.mt €1.25 NEWSPAPER POST Nr 613 • 15 ta' Lulju 2018 Daqshekk bezzun fuq l-Airmalta. Imma linji tal-ajru oħrajn x'jagħmlu? Ara paġna 6-7 Nr 613 • 15 ta' Lulju 2018 Imġegħlin iġorru d-droga lejn il-Libja Imsawtin, mheddin, fi l-periklu li jinqatlu u wħud minnhom jispiċċaw parti mis-suq tad-droga, fi l-Libja... pajjiż f 'anarkija illi sar ċentru ta' traffi kar ta' kokaina, eroina u metamfetamina... Ara paġni 4 u 5 Minn Yendrick Cioffi BIEX il-Bank Ċentrali Ewropew jirrevoka l-liċenzja tal-Bank Pilatus irid jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq l-investigazzjoni li saret f 'Malta mill- awtoritajiet li jaħdmu kontra l-ħasil ta' flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Jiġifieri l-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU), li kienet tat ċertifikat pożittiv lill-Bank Pilatus tant li kkonkludiet li ma kien hemm xejn inkriminanti fl-operat tiegħu. Dan żvelah mal-gazzetta ILLUM, kelliem għall-Bank Ċentrali Ewropew, David Schäfer. Dan jista' jfisser illi minkejja li l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) talbet għar- revokazzjoni tal-liċenzja ta' dan il-bank, ibbażat fuq ir-rapport tal-FIAU, il-Bank Ċentrali Ewropew jista' jiddeċiedi li fil- fatt ma jirrevokax. Schäfer, qal li minkejja t-talba li saret mill-MFSA, ma jfissirx li l-Bank Ċentrali Ewropew qabad u rrevoka l-liċenzja tal-Bank Pilatus, iżda bħalissa "qed jipproċessa din it-talba." Spjega li l-Bank Ċentrali Ewropew ma għandu l-ebda setgħa li jinvestiga istituzzjonijiet partikolari li allegatament ikunu qed jintużaw għall-ħasil tal-flus jew inkella għall-finanzjament tat- terroriżmu. L-uniku ħaġa li jista' jagħmel il-Bank Ċentrali Ewropew huwa li jasal għall-konklużjonijiet mill-fatti ppreżentati mill- FIAU, "partikolarment jekk dawn jiġġustifikawx ir-revoka tal-liċenzja." Daqshekk bezzun fuq l-Airmalta. L-ECB se toqgħod fuq l-FIAU dwar il-Pilatus Tkompli fuq paġni 14 u 15

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 July 2018