Illum previous editions

illum 15 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 15 ta' Lulju 2018 | illum għall-Kardinal; imma possibbli? il-gazzetta li ġeneralment, il-Papa Franġisku, qed ibiddel il-pożizzjonijiet kull meta Kardinal jagħlaq ħames snin imexxi dekasteru. F'Ottubru li ġej, il-Kardinal Parolin jagħlaq ħames snin Segretarju tal- Istat. Imma Malta jista' jkollha Kardinal ieħor? Għalkemm inkunu qed naraw kbir jew nippretendu li jkollna Kardinal ieħor, ma hemm xejn xi jżomm lill-Papa Franġisku milli jaħtar Kardinal ieħor Malti. Ma hemm l-ebda kwota fuq kemm djoċesi jista' jkollha Kardinali u għalkemm jingħata pariri, il-ħatra tal-Kardinali tibqa' prerogattiva tal-Papa Franġisku. Għalhekk, minkejja li Malta diġà għandha Kardinal, l-Agostinjan Prospero Grech, xejn ma jżomm lill-Papa jekk jiddeċiedi li jaħtar Kardinal ieħor Malti. Ħarsa ħafifa lejn il- Kardinali li ħatar il-Papa Franġisku tikkonferma li l-ħatriet huma f 'idejn il-Papa li abbanduna xi ftit jew wisq it-tradizzjoni. Fil-fatt, Arċisqfijiet li kważi kważi b'mod awtomatiku kienu jinħatru Kardinali fl-ewwel konċestorju wara li jieħdu l-pussess ta' djoċesijiet bħal dawk ta' Milan, Venezja u Turin, baqgħu ma ġewx maħtura mill- Papa Franġisku Minflok, ħatar Kardinali lil dawk l-Isqfijiet li jmexxu djoċesijiet li qatt qabel ma kellhom Kardinal u li jinsabu fil-periferiji, forsi wkoll rifless tal-Papat ta' Franġisku. Fost dawn ħatar lil Giuseppe Petrocchi, Arċisqof tal- Aquila, belt li għadha qed tinbena wara t-terremot qawwi tal-2009, lill-Arċisqof Francesco Montenegro ta' Agrigento li għandu f 'idu wkoll Lampedusa (pajjiż iżgħar minn Malta li laqa' għandu eluf ta' immigrant) u anke Kardinali oħra f 'Cape Verde, Tonga, il-Myanmar u l-Panama. Il-Papa jikser it-tradizzjoni mill-ġdid… Wara l-aħħar Konċistorju, jiġifieri dak tat-28 ta' Ġunju li għadda, l-għadd tal-Kardinali tela' għal 227. 125 minnhom għandhom inqas minn 80 sena u allura jistgħu jivvutaw fil-Konklavi biex ikun elett il-Papa. Hawn ukoll il-Papa Franġisku kiser it- tradizzjoni. Il-Papa Beatu Pawlu VI kien poġġa limitu fuq kemm jista' jkun hemm Kardinali li jistgħu jidħlu għall-Konklavi. Mal-limitu ta' 120 Kardinal kienu mxew ukoll il-Papa San Ġwanni Pawlu II u anke Benedittu XVI, iżda l-Papa Franġisku ddeċieda li jaqbżu. Dan tal-aħħar kien il-ħames Konċistorju tal- Papa Franġisku wara dawk tal-2014, 2015, 2016 u tas-sena li għaddiet, jiġifieri, bejn wieħed u ieħor, il-Papa Franġisku qed jaħtar il-Kardinali darba f 'sena. Meta l-Papa jagħżel il-Kardinali ma jkunx qiegħed jagħżel biss il-persuna li għada pitgħada x'aktarx li se teħodlu postu imma anke l-konsulenti l-aktar viċini tiegħu. Bażikament ma hemm xejn differenti bejn Kardinal u Isqof, ħlief li dawk tal-ewwel jivvutaw biex ikun elett Papa ġdid. Huma jintgħarfu għax il-karlotta, it-terħa, it-tberfila u l-buttuni tas-suttana, jew inkella l-muzzetta u l-berettin ikunu ħomor. L-aħmar jissimbolizza d-dispożizzjoni tal- Kardinal li jekk hemm bżonn ikun lest iċarċar demmu għall-fidi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 July 2018