Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618
Il-Ħadd 15 ta' Lulju 2018 | illum Sports 27 'Ħassejt sodisfazzjon kbir meta semmew ismi mal-aqwa sitta' - Marika Cassar Minn Cristian Antony Muscat MARIKA Cassar - fitness model ewlenija f 'pajjiżna li fil-ġimgħat li għaddew ikklassifikat mal-ewwel sitta f 'kompetizzjoni prestiġjuża tal-fitness fil- Latvja. F'din l-intervista, se nkunu qed insiru nafuha aħjar. Kif għażilt il-bodybuilding u l-fitness bħala sport? X benefiċċju tieħu inti bħala mara, f 'dixxiplina li hija dominata mis-sess maskili? Beda kollox tmien snin ilu meta kont nieħu sehem fi klassijiet ta' aerobics fejn minkejja kollox ma kontx nara xi kambjament kbir. Jien bniedma li niekol ikel tajjeb għas-saħħa iżda xorta xtaqt il-parir ta' esperta fin-nutrizzjoni biex tgħinni niekol aħjar. Din bdiet issegwini filwaqt li ttini l-pariri neċessarji,u ssuġġerietli li nibda nitħarreġ fil-piżijiet. Jien ma ħsibthiex darbtejn u aċċettajt u issa ili ħames snin nieħu sehem f 'dan l-isport. Minn hemm bdejt ninduna li ġismek jieħu dehra ferm isbaħ fid- definizzjoni tal-muskolu. Nitkellmu ftit dwar it-taħriġ li tagħmel. Kemm huwa differenti minn dawk li jagħmlu ġeneri oħra tal- bodybuilding? Tista' tħaddem kull tip ta' muskolu. Id-differenza hija l-intensità u l-piżijiet li tuża. Iżda jekk titħarreġ imma ma tiekolx tajjeb, mhux ser tieħu r-riżultati li tixtieq. Irid ikollok kontroll fejn għandha x'taqsam nutrizzjoni. Kemm tgħinek Susan Borg li toħodlok ħsieb in- nutrizzjoni tiegħek? Susan hija bniedma dedikata ħafna. Madankollu, minkejja kull parir jekk int ma ssegwix dak li tgħidlek kollox jista' jsirlek suf. Barra l-pariri tagħha jien naqra u nagħmel ħafna riċerki rigward nutrizzjoni. Fil-fatt bħala esperta fin- nutrizzjoni, Susan tagħtik struzzjonijiet iżda fl-aħħar mill-aħħar trid tkun int li ssegwi l-punti tagħha. Int tieħu sehem fil- kategorija tal-fitmodelling. X'differenza hemm bejn din il-kategorija u oħrajn tal- bodybuilding bħal bikini? Fil-bikini fitness hemm iktar muskoli involuti li joħorġu fid-deher,filwaqt li aħna li nieħdu sehem fil-fitmodel isimha magħha ikollok fiżiku ta' mudella iżda bid-differenza li tkun iktar mimlija . Hawnhekk int tkun qed turi s-saħħa, is- sbuħija u l-lifestyle tiegħek. Iżda fuq kollox kemm huma s-sagrifiċċji li tagħmel sabiex iżżomm din il- figura? Fil-verità, jien ma niċċaħħad minn xejn! Jien ma ngħidilhomx sagrifiċċji imma kontrol taI-ikel u moderazzjoni. Niekol kull tliet sigħat, sitt ikliet kull ġurnata bil- porzjon addattat għalija. Int ġejt l-ewwel fil- kampjonat tal-IFBB. X'tiftakar minn din l-esperjenza? Għalija kienet avventura li xtaqtha wara t-taħriġ kollu li għamilt. F'dawn il-ħames snin stinkajt kemm flaħt sakemm wasalt fejn ridt. Ħafna nies involuti f 'din dixxiplina ħeġġewni sabiex nipprova nikkompeti f 'din il-kategorija u rnexxieli ngħolli trofew. Int kellek ukoll kompetizzjoni oħra fil-Latvja fejn spiċċajt mal-ewwel sitt postijiet. Hemmhekk ukoll nistgħu ngħidu li kellek wirja tajba. Iva hekk hu! Irrapreżentajt lil Malta fil-European Cup u ninsab kuntenta li kklassifikajt f 'pożizzjoni tajba. Fil-fatt dik kienet l-ewwel kompetizzjoni li ħadt sehem fiha barra minn xtutna u tista' taħseb is- sodisfazzjon li ħassejt meta semmew ismi mal-aqwa sitta. F'qalbi għedt li rrid nitla' fuq il-palk u nagħti wirja tajba u sodisfazzjon għal isem Malta. Qabel ma tlajt kelli eċitament kbir iżda kelli kull sapport kbir waraja mil matin. Din ir-rebħa barra li kienet waħda personali, inqisha wkoll li għamilt unur lil pajjiżi u lill-kategorija li nieħu sehem fiha. Kif għedna int ħadt sehem waqt il-kampjonat tal-IFBB li saru hawn Malta. Kif tipprepara ruħek fiżikament iżda anke mentalment qabel xi kompetizzjoni? Ngħidlek il-verita' jien bqajt nsegwil meal plan tiegħi. Ħafna jgħidulek li mhux faċli ssegwiha din plan. Jekk tiekol u titħarreġ tajjeb, awtomatikament ser ikollok aktar kunfidenza mentali u fizikamemt. Nerġa' nsemmilek l-aspett mentali, fejn nistqarr miegħek li qabel il-Kampjonati Nazzjonali kont xi ftit eċitata. Il-fatt li int trid tiġi ġudikata u ser ikun hemm in-nies jarawk forsi ħolqitli xi ftit eċitament u ansjetà. Meta intom titilgħu fuq il-palk sabiex tagħtu l-wirja tagħkom, fuq liema kriterji jiddeċiedu l-ġudikanti? Il-ġudikanti jaraw kollox. Int tkun qed tirrapreżenta ġismek kollu. Għandek ċertu pożi li trid tagħmilhom, il-mod ta' kif int tippreżenta lilek innifsek u l-ħwejjeġ li tilbes. Il-ġudikanti ser ikunu qegħdin josservaw bir-reqqa dawk is-sekondi li int tkun fuq il palk u jagħtuk il-vot tagħhom. L-IFBB Malta immexxija minn Ralph Decelis u Blanche Coppola kemm qed tinkoraġġik? L-għajnuna ta' Ralph, Blanche u t-tim kienet kbira immens ta' dan nirringrazzjahom. U dan is- suċċess niddedikah lilhom. Kif tarah il-futur tiegħek f 'dan l-isport? Naħseb li l-pass li jmiss huwa dejjem trid titjieb. Jien qatt ma nista' ngħid li tajba minkejja li rbaħt. Nemmen li jien irrid inkun aħjar mill- bieraħ u nżomm saqajja mal-art. Nixtieqek tgħaddili l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfajliet li qed jaqraw din l-intervista u li jixtiequ jibdew jipprattikaw dan l-isport. Jien inħeġġeġ ħafna tfajliet jipprattikaw dan l-isport. Inħeġġiġhom sabiex jieklu tajjeb fuq pariri ta' nutrizzjonista kkwalifikata għax ġisimna huwa riflessjoni ta' ħajjitna. Nixtieq nirringrazzja wkoll lil dawn kollha li appoġġjawni u emmnu fija fosthom: Sky spirit gym, Be fitgym bil-prodotti Xcore, IFBB Malta, Ralph Decelis, Blanche Coppola, Antonella Bianco u t-tim tiegħu, u lil Susan Borg għan- nutrizzjoni. Tistgħu ssegwuni fuq Instagram: 'Marikacassar' għal aktar informazjoni. Marika Cassar waqt il-'posing' l-Latvja Ritratt - IFBB