Illum previous editions

illum 15 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 15 ta' Lulju 2018 Aħbarijiet Minn Yendrick Cioffi IMMIGRANTI telgħin u immigranti neżlin. Minn meta fl-Italja ħa l-ġurament il-Gvern ta' Giuseppe Conte, jew aħjar ta' Salvini u Di Maio, l-immigrazzjoni reġgħet telgħet fuq nett tal-aġenda tal-pajjiż. Normalment meta nisimgħu l-kelma 'immigrazzjoni' moħħna mill-ewwel imur għal dgħajsa mimlija immigranti Libjani jew Sirjani ġejjin lejn xtutna. Iżda fil- verità, anke jekk neskludu l-ħaddiema li ġejjin mill- pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, l-immigranti qatt ma waqfu ġejjin, lanqas fi żmien il-Gvern Taljan ta' Matteo Renzi u lanqas ma huma biss Libjani jew Sirjani. Fil-fatt, skont stħarriġ ippubblikat mill-Eurostat, sas-sena li għaddiet, f 'Malta nstabu 140 Serb li daħlu f 'Malta b'mod illegali. Minkejja l-perċezzjoni, dan jikkuntrasta sew mal-25 Libjan u mal-ħames Sirjani li tul is-sena li għaddiet instabu li kienu f 'Malta illegalment. Apparti minn hekk, għal min jaħseb li l-immigranti waqfu jaslu Malta fis-snin li għaddew, l-istess statistika turi li apparti dawk li kienu f 'Malta illegalment, 460 persuna oħra twaqqfu qabel irnexxielhom jidħlu Malta. Minn dawn, 455 persuna twaqqfu fl-Ajruport. Dan ifisser, li tul l-2017, kull xahar twaqqfu medja ta' 37 persuna. Anke f 'dan il-każ, 165 persuna ppruvaw jiġu Malta mis-Serbja, 10 mil- Libja u 10 oħra mis-Sirja. 5,000 f 'Malta b'mod illegali; Inqas minn nofshom jintbagħtu Mill-istatistiċi ppubblikat fl- aħħar ħames snin, jirriżulta li bejn l-2013 u l-2017, f 'Malta nstabu 4,980 persuna li kienu fil-pajjiż b'mod illegali, bin- numru jinżel minn 2,435 fl-2013 għal 530 s-sena li għaddiet. Madanakollu, meta wieħed iqabbel l-istatistiċi, jirriżulta li fl-aħħar ħames snin inqas minn nofshom, jiġifieri 2,315 irritornaw minn fejn ġew u dan minkejja li l-istess statistika turi li kienu 4,885 dawk il-persuni minn pajjiżi terzi (jiġifieri minn pajjiż barra l-UE) li ġew ordnati jitilqu. Fis-sena 2013 waħedha, mill- 2,435 persuna li nstabu li kienu f 'Malta b'mod illegali, irritornaw biss 460 persuna. Dan jikkontrasta sew mas- sena li għaddiet, hekk kif mill-530 persuna li kienu f 'Malta illegalment, telqu lura 475 persuna. Minn dawn, kollha kemm huma, ħlief ħamsa, telqu lura lejn pajjiż li huwa barra mill- Unjoni Ewropea. 325 Sirjan ordnati jitilqu… telqu biss 10 Jekk is-sena li għaddiet instabu aktar Serbi li kienu f 'Malta b'mod illegali milli Libjani jew inkella Sirjani, fuq perjodu ta' ħames snin l-istampa tinbidel xi ftit. Bejn l-2013 u l-2017, f 'Malta nstabu 545 Libjan, 425 Serb u 330 Sirjan li kienu f 'pajjiżna b'mod illegali. Minn dawn, fl-istess perjodu 535 Libjan, 430 Serb u 325 Sirjan ġew ordnati jħallu Malta, għalkemm effettivament dejjew telqu inqas minn kemm ġew ordnati. Jibqa' l-fatt li ċ-ċifra li l-aktar tispikka hija dik tas-Sirjani. Jekk fl-aħħar ħames snin, 325 Sirjan intalbu jitilqu, kienu 10 biss dawk li effettivament, skont l-istatistika, ħallew il-pajjiż. Mit-total ta' dawk li ġew ordnati jħallu Malta għax kienu hawn b'mod illegali, madwar 60% telqu b'mod volontarju filwaqt li ftit inqas minn 40% ħallew il-pajjiż wara li kontrihom ittieħdu passi ulterjuri. Mas-Serbi ma hemmx kantunieri… Filwaqt li l-komunità Serba f 'Malta qed tiżdied, tant li 2,329 ħaddiem fil-pajjiż huwa Serb, mas-Serbi li jiġu f 'Malta b'mod illegali ma hemmx kantunieri. Qabel semmejna li l-akbar ammont ta' persuni li nstabu f 'Malta b'mod illegali kienu ġejjin mis-Serbja. Iżda jekk is-sena li għaddiet instabu f 'pajjiżna 140 Serb, l-istess ammont intalbu jirritornaw u effettivament telqu lura lejn is-Serbja fl-istess sena. L-istess jgħodd għall-20 Filippin u l-15-il Indjan li tul l-2017 instabu li kienu f 'Malta illegalment. Qed nirreferu għal dawn in- nazzjonalitajiet, għax kif irrappurtat il-gazzetta ILLUM nhar il-Ħadd li għadda, dawn huma l-akbar komunitajiet ta' ħaddiema li nsibu f 'Malta, dejjem skont statistika ppreżentata fil- Parlament. Fejn jidħlu l-Libjani u s-Sirjani li nstabu li kienu f 'Malta b'mod illegali, is-sitwazzjoni hija xi ftit differenti, anke minħabba li wieħed irid jikkunsidra fejn se jkunu qed jiġu rritornati dawn il-persuni, ġaladarba ħafna minnhom qed jaħarbu l-gwerer u l-persekuzzjonijiet u għaldaqstant għandhom id-dritt li jingħataw il- protezzjoni. Fil-fatt, jekk is-sena li għaddiet instabu 25 Libjan u ħames Sirjani li kienu f 'Malta illegalment, mhux kollha ntbagħtu lura minn fejn ġew. Skont il-Eurostat, is-sena li għaddiet, Malta rritornat 15-il Libjan filwaqt li l-ebda Sirjan ma kien ordnat iħalli Malta. Mhux bid-dgħajsa imma bl-ajruplan… Aktar minn hekk, l-ammont ta' Serbi li s-sena li għaddiet ippruvaw jidħlu f 'Malta żdied sostanzjalment, forsi għax semgħu b'Serbi oħra li sejrin tajjeb f 'Malta jew inkella bil-pjan approvat mill-kabinett biex jinġiebu f 'Malta madwar 40,000 ħaddiem barrani. Jekk fl-2013 kienu 10 biss dawk is-Serbi li twaqqfu mill-uffiċjali tal-ajruport, is- sena li għaddiet biss twaqqfu 165 Serb, jew inkella medja ta' 14-il Serb kull xahar. Fl-istess sena, kienu 10 Libjani u Sirjani li ppruvaw jidħlu f 'Malta. Għall-kuntrarju tas- Serbi, l-ammont ta' Libjani li ppruvaw jidħlu Malta bl-ajruplan naqas drastikament, hekk kif fl- 2013 kienu ppruvaw jidħlu 135 persuna. Skont l-istatistika, mill- 460 persuna li twaqqfu fl-ajruport, 15 ma kellhomx visa valida jew permess tar- residenza u 5 ma kellhomx id-dokumenti validi. Ir- raġunijiet l-oħra mhumiex magħrufa. Malta kif tikkumpara ma' pajjiżi oħra? Malta tinsab fost il-ħames l-inqas pajjiżi li fihom instabu persuni illegali matul is-sena li għaddiet. L-aktar li nstabu kienu fil-Ġermanja (156,710), fi Franza (115,085), il-Greċja (68,110) u r-Renju Unit (54,910). B'kollox, fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, instabu 618,780 persuna li kienu f 'xi wieħed mill-istati membri b'mod illegali. Dan ifisser tnaqqis ta' 37% fuq is-sena ta' qabel meta kienu nstabu ftit inqas minn miljun persuna. Jekk f 'Malta l-aktar li daħlu kienu Serbi, fl-Unjoni Ewropea, l-akbar ammont ta' persuni li nstabu li daħlu illegalment kienu l-Albaniżi. Filwaqt li skont l-istatistika Malta ma rrifjutat lill- ebda persuna li waslet fuq il-baħar, forsi anke għax l-ebda bastiment ma resaq lejn xtutna, tul l-2017 kienu l-Italja, Spanja u r-Renju Unit l-aktar li waqfu persuni li ppruvaw jidħlu għandhom minn fuq il-baħar. Minkejja dan l-ebda pajjiż membru ma rrifjuta aktar minn 1,000 persuna li waslu abbord bastimenti. Franza u r-Renju Unit kienu wkoll l-aktar li waqqfu persuni fl-ajruport wara li nstabu li ppruvaw jidħlu mingħajr il-permessi u d-dokumenti neċċessarji. • Fl-2017 530 persuna nstabu li kienu f 'Malta illegalment • 140 minnhom kienu Serbi, 25 Libjani u ħames Sirjani • 160 Serb jitwaqqfu fl -ajruport qabel biss jidħlu • Fl-2017 530 persuna nstabu li kienu f 'Malta illegalment 14-il Serb fix-xahar jipprova jidħol Malta illegalment fl-2017 F'Malta hawn 2,329 ħaddiem serb F'sena waħda 140 Serb daħal f 'Malta illegalment

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 July 2018