Illum previous editions

illum 15 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Il-Ħadd 15 ta' Lulju 2018 | illum Sports 29 Minn Cristian Antony Muscat Din is-sena kienet sena impenjattiva ħafna għall- atleta ewlenija Maltija Monalisa Camilleri hekk kif riedet tikkwalifika għall-Kampjonati tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa ġewwa Liechtenstein kif ukoll għal- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li ser isiru s-sena d-dieħla f 'Montenegro. Camilleri nnifisha tatna iktar dettalji: "Is-sena l-oħra kelli nieqaf mit-taħriġ ħesrem wara li weġġajt l-Achilles Tendon waqt il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li nżammu f 'Mejju ġewwa San Marino iżda komplejt xorta nieħu sehem f 'kompetizzjonijiet internazzjonali li nżammu f 'Ġunju u li fihom ġejt it- tielet f 'ħin rekord nazzjonali fit-3000m steeplechase. L-injury iggravat għax bqajt niġri xorta u allura r-rijabilitazzjoni kienet fit-tul. F'Ottubru tas-sena l-oħra, erġajt bdejt it-taħriġ tiegħi u fil-bidu ta' din is-sena rreġistrajt l-aqwa ħinijiet tiegħi fit-tlielaq tat-toroq fejn għamilt 18-il minuta fil-5km u 37 minuta u 29 sekonda fl-10km. Fi Frar bdew it-tlielaq tat-trakka fejn hemmhekk komplejt navvanza fil- ħinijiet tiegħi u rbaħt deheb fis-600 metru waqt il-Kampjonati tax-Xitwa f 'ħin ta' minuta u 38 sekonda. Wara dawn il- kompetizzjonijiet mort 'high altitude training camp' għal xahar ġewwa Font Romeu fil-muntanji tal-Pyreenees fi Franza biex nipprepara ħalli eventwalment nikkwalifika għall-Kampjonati ġewwa Liechtenstein. Din is-sena l-għan tiegħi kien li niffoka fuq il-ġirja tat-800m għax kien hemm possibilita' tajba li nikkwalifika għal dawn il-kampjonati. Hija ġirja li kont ilni ma niffoka fuqha għal dawn l-aħħar għaxar snin. Sfortunatament, iżda ma kkwalifikajtx għal 0.26 sekonda pero' xorta rreġistrajt l-aħjar ħin tiegħi ta' żewġ minuti u 15.26-il sekonda. Fil-frattemp, ipparteċipajt f 'girja għat-telgħa minn Binġemma għall-Kunċizzjoni biex nikkwalifika għall- Kampjonati tal-Muntanji kemm Ewropej kif ukoll Mondjali. Fil-ġirja ġejt it- tieni u awtomatikament ġejt magħżula biex nirrapreżenta lil Malta f 'dawn il- kampjonati. Madankollu, kelli nċedi posti milli nipparteċipa fil-Kampjonati Ewropej biex niffoka iktar fuq it-trakka, ħalli nassigura posti fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar għas-sena d-dieħla f 'Montenegro. Ma kinitx faċli biex nirrifjuta li nipparteċipa, pero' issa ma jiddispjaċinix għax fil-Kampjonati Nazzjonali ta' Malta kkwalifikajt għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar kemm fit-3000m Steeplechase kif ukoll fl- 1500m. Kienet sorpriża li f 'dawn il-Kampjonati, irnexxieli nirbaħ tliet midalji tad-deheb fit-3000m Steeplechase b'ħin rekord nazzjonali, fl-1500m u fil- 5000m. Kont ilni sena ma niprrattika l-isteeplechase kif ukoll nipparteċipa fiha u ħin rekord ta' 11-il minuta u 9 sekondi kien ta'sodisfazzjon kbir għalija għax ksirt ir-rekord b'għaxar minuti. Tliet ijiem wara, ipparteċipajt fl-1500m fejn irreġistrajt l-aħjar ħin tiegħi u għal sekonda ma ksirtx ir-rekord tal-Kampjonati li ilu 19-il sena li kien miksub minn Giselle Camilleri - dak ta'erba' minuti u 38.6 sekondi. L-għada erġajt ksibt id-deheb fil-5000m fl-aħjar ħin tiegħi ta' 17-il minuta u 50 sekonda, għaxar minuti biss biex nikkwalifika għal Montengro f 'dan it-tul ta' girja. Pero' l-kompetizzjonijiet ma waqfux hemm għax jumejn wara l-Kampjonati Nazzjonali rrapreżentajt lil Malta f 'isem Mater Dei u l-professjoni tiegħi bħala Medical Physicist fil-Logħob Mondjali tal- Medicina u s-Saħħa li saru f 'Malta. F'dawn il-logħob, ipparteċipajt fl-1500m u rbaħt id-deheb u erġajt tejjibt il-ħin tiegħi bi ftit fuq dak li kont għadni kemm għamilt ftit jiem qabel biex irreġistrajt l-aqwa ħin personali tiegħi - dak ta' erba' minuti u 39.06 sekondi. Dan il-ħin hu meqjus bħala r-raba' l-aqwa ħin fl-istorja tal-atletika wara l-ħinijiet ta' Giselle Camilleri, Carol Walsh u Tanya Blake. Jumejn wara pparteċipajt fit-3000m b'rebħa tad-deheb u bl-aqwa ħin personali ta' 10 minuti u 6 sekondi. L-istaġun ma jieqafx hawn għalija! Għad fadalli potenzjal u possibilita' li ntejjeb il-ħin personali tiegħi fl-1500m u nimmira biex nikkwalifika wkoll fil-5000m għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Il-pass li jmiss hu li, niffoka iktar fuq taħriġ għat-tlajja u dan għaliex wara li jintemm l-istaġun tat-tlielaq tat-trakka ser nirrapreżenta lil Malta fil-Kampjonati Mondjali tal-ġiri tal-muntanji ġewwa Andorra f 'Settembru li ġej. L-għan għas-sena d-dieħla hu li nkompli niffoka iktar fuq l-1500m, kif ukoll fl- isteeplechase biex intejjeb iċ-ċans ta' midalja fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Però, dan mhux faċli jekk mhux bl-għajnuna u l-appoġġ tal- kowċ tiegħi, Xandru Grech, MAAA, MOC, il-familja tiegħi kif ukoll l-isponsor tiegħi, Move Smart." Tirkupra minn injury u tikseb id-deheb u l- aqwa ħin personali 'Ninsab kuntent ħafna li erġajt irritornajt f'dari nilbes il-flokk li tant inħobb' - Yenz Cini Minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew tħabbar li l-goalkeeper Yenz Cini rritorna ma' Valletta wara li ffirma kuntratt ta' tliet snin mat-team immexxi minn Danilo Doncic. Cini li għandu 24 sena, kien għamel id-debutt fil-Kampjonat Premier proprju ma' Valletta fl- istaġun 2011/12. Hu kellu esperjenzi wkoll ma' Gudja United fl-Ewwel Diviżjoni kif ukoll Mosta u St Andrews fil-Kampjonat Premier. Intant, f 'kummenti li għadda l-istess Yenz Cini lil dan il-ġurnal immedajamatt wara li tħabbar dan it- trasferiment huwa saħaq li: "Ninsab kuntent ħafna li erġajt irritornajt f 'dari nilbes il-flokk li tant inħobb. Ma jiddispjaċini xejn li kelli erperjenzi ma' clubs oħra għax tgħallimt ħafna wkoll imma jkolli nammetti li mmissjajt ta' kuljum li nħares fuq sidri u ma narax dak l-iljun! Qed inħares 'il quddiem ħafna għal dawn is-snin li ġejjin fejn lest li naħdem aktar minn qatt qabel biex nerġa' niġi fl-aqwa forma possibli." Yenz Cini jogħla għall-ballun bil-okk tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 July 2018