Illum previous editions

illum 15 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 15 ta' Lulju 2018 | illum Sports 25 SPORTSillum Il-Belġju t-tielet post b'rebħa meritata fuq l-Ingilterra minn Cristian Antony Muscat Belġju ........................... 2 Ingilterra ....................... 0 ILBELĠJU kisbu rebħa tajbata' 2-0 fuq l-Ingilterra biex temmew fit-tielet post tat-Tazza tad-Dinja, b'din tkun l-ewwel midalja li rebħu f 'edizzjoni ta' Tazza tad- Dinja. Huma fetħu l-iskor wara biss erba' minuti meta Nacer Chadli xeħet cross sabiħ lejn Thomas Meunier, li mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Fil-35 minuta, il-Belġjani resqu viċin li jirduppjaw l-iskor meta Kevin De Bruyne xeħet korner mil-lemin lejn Youri Tielemans li iżda laqat il-ballun ħażin, li ntemm għand Toby Alderweild li kellu t-tentattiv tiegħu minn rovexxata jintemm barra. L-Ingliżi ħarġu aħjar fit- tieni taqsima ufil-51 minuta, Kieran Trippier, xeħet freekick għal ġol-kaxxa, bid-difensur Belġjan Jan Verthongen ikun pront u jikklerja l-ballun f 'korner. Fil-71 minuta, Eric Dier, kważi ġab l-iskor indaqs għall-Ingliżi iżda sab lil Toby Alderweild li ċaħħdu milli jagħmel dan hekk kif tajjar il- ballun minn fuq il-linja fatali. Il-Belġjani wieġbu tmien minuti wara fejn f 'azzjoni maħduma b'mod brillanti, Kevin De Bruyne għadda tajjeb lejn Dries Mertens li min-naħa tiegħu serva lil Thomas Meunier li kellu x-xutt bid-dawra tiegħu jiġi salvat b'mod spettakolari mill-goalkeeper Ingliż, Jordan Pickford. Huma komplew juru l-aħjar logħob u fit-82 minuta ssiġillaw ir-rebħa permezzz tat-tieni gowl meta Kevin De Bruyne għadda tajjeb lejn Eden Hazard li avvanza tajjeb u tefa' l-ballun fix-xibka. Belġju Courtois, Alderweild, Chadli (Vermaelen 39'), Kompany, Verthongen, Witsel, De Bruyne, Hazard, Lukaku (Mertens 60'), Meunier, Tielemans (Dembele 78') Ingilterra Pickford, Dier, Stones, Maguire, Rose (Lingard 46'), Kane, Trippier, Jones, Delph, Sterling (Rashford 46'), Loftus-Cheek (Alli 84') Referi Alireza Faghani (IRN) EDEN HAZARD Skorja t-tieni gowl tal- Belġju. Huwa l-captain tat-team nazzjonali Belġjan. Jilgħab ma' Chelsea fl-Ingilterra. Eden Hazard Plejers Belġjani jirħu ma' Eden Hazard wara li ssiġilla r-rebħa Belġjana permezz tat-tieni gowl

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 July 2018