Illum previous editions

illum 15 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Il-Ħadd 15 ta' Lulju 2018 | illum Aħbarijiet L-ikel b'xejn fuq titjiriet fl-Ewropa Kienu jservu imma m'għadhomx Il-kumpanija British Airways kienet toffri ikel fuq titjiriet qosra imma m'għadhiex. Fil-fatt il-kumpanija ddeċidiet li tagħti s-servizz tal-ikel lil Marks&Spencer u min ikun fuq titjiriet qosra jeħtieġ iħallas għalihom. Imma jekk jaqbdek il-ġuħ dejjem tista' tieħu 'bacon roll' għall-prezz ta' €5.36. L-Editur tas-sezzjoni tal-vjaġġi fuq it-Telegraph kien qal li bit-tneħħija ta' ikel b'xejn m'għadx hemm differenza bejn il-British Airways u titjiriet oħrajn ma' kumpaniji low cost. B'xejn wara tliet sigħat... F'titjira fuq ajruplan tal-kumpanija tal- ajru Russa Aeroflot, ma tingħatax ikel jekk it-titjira tkun 'short haul.' Fil-fatt din il-kumpanija toffri ikel biss lil dawk il- passiġġieri li jkollhom titjiriet li jkunu itwal minn tliet sigħat. Imma jekk trid, din il-kumpanija tal-ajru għandha menù vast. Titjira fl-Ewropa... trid tħallas biex tiekol! Anke l-kumpanija tal-ajru u l-linja nazzjonali Irlandiża Aer Lingus toffri ikel, imma biss f 'titjiriet tranżatlantiċi. F'każi ta' titjiriet fl-Ewropa hemm menù li minnu tista' tixtri ikel differenti. Pereżempju, 'meal deal' b'sandwich jew bezzun u li jinkludi xarba u pakkett jew biċċa ħelu tiswik €7.50. F'titjiriet twal biss... Bħall-oħrajn ta' qabel l-Alitalia ma toffrix ikel b'xejn fuq titjiriet qosra, għalkemm toffri te, kafè u anke ilma b'xejn għal dawk li jkunu jixtiequ. Fuq titjiriet twal l-Alitalia toffri ikla jew tnejn (skont it-tul tat-titjira b'xejn). Ikel għal kulħadd b'xejn Il-linja nazzjonali tal-ajru Portugiża hija waħda mill-ftit kumpaniji tal-ajru Ewropej li għadhom jagħtu ikel b'xejn, anke lil dawk li jkun fuq titjiriet li huma qosra. Is-sit tal-kumpanija juri illi tista' tgawdi minn kull tip ta' ikla, dejjem skont il-ħin tat-titjira, u mingħajr ħlas. Hemm kolazzjon, l-ikla ta' nofisnhar u l-ikla ta' filgħaxija. Ikla ggarantita mal-linja nazzjonali Torka... Turkish Airlines jagħtu attenzjoni partikolari lejn l-ikel li jkun servut. Din il-linja nazzjonali Torka llum espandiet b'mod qawwi u hija fost l-ikbar linji tal-ajru fid-dinja. Fuq titjira tat-Turkish Airlines inti ggarnatit ikla, kemm jekk fit-tul, f 'liema każ jista' jkollok żewġ ikliet u xorb b'xejn tul it-titjira kollha jew inkella f 'titjira qasira.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 July 2018