Illum previous editions

illum 15 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

illum | Il-Ħadd 15 ta' Lulju 2018 Sports 30 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport? Jien kont nilgħab il-futbol fin- nursery ta' Marsaxlokk. Lgħabt sal- livell ta' minors magħhom iżda ma rnexxilix nitla' mal-kbar. Imbagħad kelli tim tal-futsal li kien jismu Paola Downtown fejn fl-ewwel sena tiegħi rnexxielna nitilgħu mit- tieni għall-ewwel diviżjoni. B'mod kompetittiv tlajt f 'diversi finali kemm tal-kampjonat kif ukoll tal- kompetizzjoni Knock-Out. Imbagħad ingħaqadt ma' Hibernians Futsal Club u fis-sena 2013 irbaħna l-kampjonat u konna tlajna nilagħbu fil-UEFA Futsal Cup. Minn hemmhekk bqajt navvanza ma' Hibs minħabba illi kont involut fit-tim tal-futbol bħala Viċi-President fejn irnexxieli nirbaħ żewġ kampjonati, dak tas-sena l-oħra u l-ieħor ta' sentejn ilu. Din is-sena ddeċidejt illi nibda sfida ġdida bħala direttur tekniku ta' Gudja FC u beħsiebni nibda proġett li bil- mod il-mod għandi l-ħsieb li narah jiffjorixxi dejjem aktar. Iżda minkejja kollox, x'fettillek li avukat ta' suċċess bħalek tidħol fl- isport? Kif jirnexxielek tlaħħaq ma' dan kollu? Personalment dan huwa l-karattru tiegħi. Jien bniedem illi rrid ix- xogħol u iktar ma jkolli iktar narah bħala sfida. Fil-veru sens tal-kelma m'għandix kwiet. Hawn avukati illi jkunu involuti fil-politika u oħrajn ma' xi każin tal-banda. Jien inħoss li qalbi marbuta mal-isport. Inħossni kuntent meta nkun involut xi mkien illi fih issib ħbiberija u kollaborazzjoni u mhux tribujiet u qasmiet interni li sfortunatament qed inbatu ħafna bih bħala poplu Malti. Fl-istess ħin jien bniedem illi moħħi jrid jaħseb fuq xi ħaġa oħra wara x-xogħol proprju tiegħi. Moħħi dejjem għaddej naħseb x'ser ikun il-pass li jmiss. Nitkellmu dwar Gudja FC. Dan huwa proġett li s'issa rnexxielek twettqu mija fil-mija minħabba li ħadtu l-promozzjoni saħansitra bħala champions. Iżda fil-verità kont qed tistenna li tiksbu dan kollu? Fil-verità kont naħseb li l-affarijiet ser jiġri bil-maqlub. Fis-sens illi jien kont qed naħseb li l-ewwel ser nibni tim imbagħad forsi nibda nemmen li niġi promoss. Fil-bidu meta bdejna ngħaqqdu t-tim u nsibu l-elementi kollha biex tkun skwadra kompetittiva kont naħseb illi biż-żmien nibdew nissieltu għall-promozzjoni. Meta mbagħad eventwalment beda l-kampjonat, ma kontx għadni nemmen daqshekk minħabba li għalkemm għamilna pre-season tajjeb ħafna u rbaħna anke xi partiti ta' ħbiberija, kellna l-isfortuna li bdejna nbatu minn ħafna injuries li ħafna minnhom kienu jinvolvu plejers li kienu ser idumu barra għal tul ta' żmien. Kellna plejers li weġġgħu l-cruciate u cartridge fost l-oħrajn u hawnhekk fejn bdejt naqta' ftit qalbi minħabba li l-iskwadra ma kinitx daqshekk twila li tiflaħ dawn it-tip ta' injuries kollha li diffiċli tispjegaha. Meta mbagħad spiċċa l-ewwel rawnd u rajt illi rkuprajna mhux ħażin, bdejt nemmen illi nistgħu nkunu promossi għall-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Li mbagħad tirbaħ il- promozzjoni bħala champions hi xi ħaġa eċċezzjonali. Matul dan l-istaġun kellkom sfida denja minn Santa Luċija iżda fl-aħħar kontu intom li ħriġtu rebbieħa. Fil-verità kellna ħames timijiet oħra illi kienu qed jissieltu sabiex jitilgħu għall-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. F'kull kampjonat normalment fit- tieni rawnd l-isfida tkun ristretta għal żewġ jew tliet timijiet. Minkejja kollox ftit ġranet qabel ma spiċċa l-kampjonat kellna sitt timijiet illi kollha kemm huma kellhom iċ-ċans illi jiġu promossi u dan juri kemm kien kampjonat sabiħ u bilanċjat. Fil-fatt barra Sta Lucia, kien hemm ukoll Swieqi, Fgura, Siġġiewi u Marsaxlokk li bdew jagħtu sfida denja. Jekk toqgħod tqis id-differenza bejn l-ewwel tim u s-sitt wieħed kienet biss ta' seba' punti. Barra minn hekk dawn it-timijiet kollha kellhom l-ambizzjoni li jiġu promossi iżda fil-verità kellna nkunu aħna u Santa Lucia flimkien imbagħad ma' Swieqi li rebħu l-play- off li tlajna għall-Ewwel Diviżjoni. Minkejja li aħna kellna diversi injuries matul il-kors tal-istaġun u minkejja illi sibna xi ftit tad-diffikultajiet li kull klabb jiltaqa' magħhom, żammejna sod u ksibna dak li fl-aħħar mill-aħħar ħdimna għalih. M'hemmx xi ngħidu mela allura l-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni kien wieħed missielet ħafna... Jien ngħid illi l-livell ta' din is-sena kien wieħed mill-aqwa. Fil-fatt dan huwa dovut għall-fatt illi hemm diversi plejers illi sa sentejn ilu kienu jilagħbu fil-PremierLeague Malti. Hemm xi wħud minn dawn il-plejers illi niżlu fit-Tieni Diviżjoni minħabba l-età u dan għen sabiex bl-esperjenza tagħhom isebbħu dan il-kampjonat. Kemm aħna kif ukoll Santa Luċija u Marsaxlokk kienu qed jilagħbu bi plejers li kienu jipparteċipaw fl-ogħla kampjonat ta' pajjiżna. Nista' ngħidlek illi kellna staġun ferm eċitanti u kumbattut f 'kull sens. Fl-istess ħin konna kuntenti wkoll bħala klabb tat-Tieni Diviżjoni bil-livell ta' barranin li kien hemm għax kien hemm x'tara ta' vera. Irrid fuq kollox infaħħar lil Santa Luċija għall-plejer Kolombjan tagħhom Perdomo li kien ta' livell għoli. Anke aħna kellna plejer mil-Liberja bl-isem ta' Adolphus Nagbe li jilgħab ukoll mat-tim nazzjonali ta' pajjiżu. Dawn it-tnejn flimkien ma' oħrajn taw spinta sabiex dan il-kampjonat ikun wieħed ferm sabiħ. Din is-sena fil-kampjonat li lgħabtu fih intom stajtutilagħbu barrani wieħed. Issa fl-Ewwel Diviżjoni tistgħu tilagħbu tlieta. Int personalment taqbel li jkunu tlieta jew inkella jkun aħjar jekk ikun hemm iktar barranin? Jien ngħid illi jiddependi mil-liema naħa tal-munita taraha. Jekk nitkellmu fuq il-klabb tiegħi ngħidlek illi aħjar ikun hemm daqsxejn aktar biex wieħed iżomm bilanċ mat-timijiet l-oħra. Issa hemm min jargumenta fuq xi problemi finanzjarji li wieħed jista' jiltaqa' magħhom iżda jien ngħid illi mhux bilfors jiġri dan. Fis-sens illi hemm plejers mill-Premier jew mill- Ewwel Diviżjoni illi huma mdorrijin b'ċerti ħlasijiet illi t-Tieni Diviżjoni żgur li ma jiflaħx għalihom. Għalhekk nemmen illi tista' tinnegozja aħjar ma' barrani għas-salarju ta' darba f 'xahar. Minkejja kollox għall-ġid tal-futbol Malti nippreferi li l-Ewwel Diviżjoni jibqa' bi tliet barranin biss sabiex il- plejers Maltin ikollhom l-opportunità li jilagħbu wkoll. 'Dan huwa l-bidu ta' triq ġdida sabiex inżidu Cristian Antony Muscat Dr Duncan Borg Myatt - President ta' Gudja United FC u xprun ewlieni biex dan il-klabb kiseb il-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni. "Il-Gudja huwa raħal żgħir iżda b'qalb kbira b'numru ta' nies illi juruni rispett kbir u reċiproku. Hemm ħafna nies li minn wara l-kwinti jkunu qegħdin jgħinu sabiex ikollna dawn is-suċċessi. Kienet sfida kbira li rnexxielna nagħmlu għalkemm kien hemm ċerti mumenti fejn konna qegħdin naqtgħu qalbna iżda bis-sehem ta' kulħadd għamilnieha!" "Issa li rnexxielna nilħqu t-tragward, inħeġġeġ lill-Gudjani kollha sabiex fil-kampjonat tal- Ewwel Diviżjoni jiġu jarawna. Konxji mill-fatt illi l-partitarji jagħmlulna kuraġġ kbir biex inkomplu nirnexxu!"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 July 2018