Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618
Aħbarijiet 4 Minn Albert Gauci Cunningham MINKEJJA li bħalissa l-immigrazzjoni tinsab kważi fuq fomm kulħadd, kemm f 'Malta iżda wkoll madwar l-Ewropa la l-mexxejja Ewropej u wisq inqas in-nies mhuma qed jitkellmu dwar is- sitwazzjoni fil-Libja, minn fejn il-maġġoranza kbira ta' immigranti Afrikani qed jitilqu. F'riċerka u anke kuntatt li għamlet din il-gazzetta sabet illi s-sitwazzjoni f 'dan il-pajjiż ġar tagħna hija waħda gravi ħafna, tant li dan il-pajjiż illum apparti d-diżordni u l-qasma politika li hemm fih, sar bejta mimlija droga, ċentru tat-traffikar tal-kokaina u l-eroina, kif ukoll ċentru għat-traffikar tad-droga metafetamina. Rapport mill-Istitut tal- Paċi tal-Istati Uniti 'Ilicit Trafficking and Libya's transition' li intervista 200 persuna Libjana jgħid illi xi Afrikani li ġejjin minn pajjiżi fil-punent li ma jkunux jistgħu jħallsu l-prezz tat-trasportazzjoni, li jeħodhom il-Libja qabel eventwalment jispiċċaw fl-Ewropa, inkluż Malta, qed jintalbu jġorru fuqhom ammonti żgħar ta' kokaina u eroina bil-għan li jintużaw bħala mezz ta' trasportazzjoni fit-traffikar tad-droga lejn il-Libja. Dan ir-rapport li jagħti ħarsa dettaljata ħafna lejn kull forma ta' traffikar, inkluż dak tal-umani, jispjega kif iktar kemm qed jgħaddi ż-żmien iktar it-traffikar tad-droga u dak tal-bnedmin qed isiru relatati ma' xulxin . Dan l-abbuż, taħt imnieħer l-Ewropa, qed isib art fertili hekk kif wieħed mill-eqreb pajjiżi lejn Malta sar bejta ta' drogi, bil-bliet ta' Tripli, Misurata u Benghazi, jgħid dan ir-rapport, jispiċċaw punt kruċjali għat-traffikar tal- kokaina u l-eroina. Studju ieħor jikkonferma dan. Fil-fatt riċerka li saret mill-Università ta' Kyoto, bl-għajnuna tal-awtoritajiet Libjani tikkonferma li d-domanda għall-kokaina u l-eroina qed tiżdied fil- Libja, b'ħafna immigranti jispiċċaw f 'nofs dan iċ- ċirku. 'Tant hi ħażina s-sitwazzjoni li ma nista' neskludi xejn' Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Ahmed Bugri, persuna mill-Ghana imma li llum għandu ċittadinanza Maltija u li għal xi żmien kien qed jieħu ħsieb iċ-Ċentru miftuħ tal-Marsa. Huwa qal li għalkemm hu personalment qatt ma ltaqa' ma' xi ħadd li kien imġiegħel iġorr droga fuqu, ma jeskludi xejn. "Is- sitwazzjoni fil-Libja hija tant ħażina u fluwida li kollox jista' jiġri, ma tista' teskludi assolutament xejn." Huwa ddeskriva illum | Il-Ħadd 15 ta' Lulju 2018 MINISTERU ĠĦALL-ENERGIJA U L-IMMANIGGJAR TAL-ILMA Sejħa Għal Proposti Għall-Kiri ta' Propjeta mill-Ministeru Għall- Enerġija U L-Immaniġġjar Tal-Ilma Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall- Enerġija U L-Immaniġġjar Tal-Ilma jgħarraf li ser jilqa' espressjonijiet ta' interess magħluqin u immarkati: EOI/MEW/01/2018 Sejħa Għal Proposti Għall-Kiri ta' Propjeta mill-Ministeru għall-Enerġija U L-Immaniġġjar Tal-Ilma fil-kaxxa tal-offerti fil-Procurement Unit, fil-Ministeru Għall-Enerġija U L-Immaniġġjar Tal-Ilma, 52, Triq tat-Teatru l-Antik, il-Belt Valletta, Malta sa mhux aktar tard mill- 10.00 ta' filgħodu, 3 ta' Awwissu 2018. Dawk interessati ghandhom jiksbu kopja tad-dokument tal-Espressjoni ta' Interess minn fuq il-website tal-Ministeru energy.gov.mt jew permezz ta' email fuq procurement.mew@gov.mt li tindika b'mod ċar it-titlu tal-Avviz Numru EOI/MEW/01/2018. 'Jekk jilmentaw jaqilgħu xebgħa jew Uħud imġegħlin iġorru d-droga bħala ħlas u biex jissodisfaw id-domanda f 'pajjiż taħt Malta li sar bejta ta' kokaina, eroina u metamfetamina u kuntrabandu saħansitra mill-Ewropa. L-ILLUM tirrapporta... Tripli, Misurata u Benghazi, jgħid dan ir-rappor t, spiċċaw punt kruċjali għat- traffikar tal-kokaina u l-eroina