Illum previous editions

illum 15 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 15 ta' Lulju 2018 Aħbarijiet agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Sandro Chetcuti tal-MDA jara f 'Monako, id-destin ta' Malta. Imma Monako u Malta huma simili? Il-gazzetta ILLUM tqabbel l-ekonomija, id-demokrazija, il-prezzijiet, il-pagi, ir-reliġjon u l-immigrazzjoni fi ż-żewġ pajjiżi... ĠIMAGĦTEJN ilu mal- gazzetta oħt Maltatoday, il-President tal-Malta Developers' Association (MDA) Sandro Chetcuti sostna illi t-triq kważi inevitabbli għal Malta hija li ssir 'Monako fil- Mediterran'. Din mhux l-ewwel darba li xi ħadd stqarr ambizzjoni li pajjiżna jkun bħal pajjiż ieħor. Fis-60ijiet kienu jgħidu li Malta tista' ssir bħal Singapor fil-Mediterran, fid-90ijiet il-Partit Laburista mmexxi minn Alfred Sant kien ħareġ bl-għajta ta' 'Malta bħala Żvizzera fil- Mediterran', il-PM Joseph Muscat xebbah lil Malta ma' 'oażi' simili għal Dubaj u issa Chetcuti qed jgħid li Malta għandha ssir 'Monako fil- Mediterran'. Lil hinn mill-opinjoni din il-gazzetta tat ħarsa lejn il-karatteristiċi demokratiċi, demografiċi, kulturali u storiċi ta' Monako kif ukoll lejn il-livell tal-għixien tal- pajjiż permezz tal-prezzijiet u pagi. Dawn imbagħad qed inqabbluhom mal-fatti dwar Malta biex naraw jekk fil-fatt iż-żewġ pajjiżi humiex simili, fiex huma simili u fiex huma kompletament differenti. 65% tal-poplu f 'Monako huwa 'barrani' ... Minkejja li ħafna drabi f 'Malta tisma' l-kliem 'imtlejna' jew 'invadewna' f 'diskors dwar il-barranin, il-popolazzjoni ta' Monako filfatt hija magħmula, fil- maġġoranza tagħha, mill-'immigranti'. Huma kważi 22% biss dawk li jgħixu f 'Monako u huma nativi, jiġifieri twieldu hemm. Dan ifisser li l-poplu ta' Monako huwa minornaza f 'pajjiżu stess. Ftit aktar minn 28% ta' dawk li jgħixu Monako huma Franċiżi, 18.7% huma Taljani, 7.5% huma Brittaniċi, 2.8% Belġjani, 2.5% Ġermaniżi u Żvizzeri u 1.2% mill- Istati Uniti u dan skont iċ-ċensiment tal-2008, 10 snin ilu. Sal-2013 kien hemm 24,300 barrani jgħix f 'Monako skont ċifri tal-UNICEF minn popolazzjoni ta' 37,000. Dan ifisser li sa ħames snin ilu 65.6% tal-popolazzjoni f 'Monako kienet magħmula minn barranin. F'Malta, skont ċifri żvelati fil-Parlament, hawn 30,000 persuna b'permess ta' residenza filwaqt li hawn 30,564 ħaddiem mill-Unjoni Ewropea. Dan waħdu jfisser, illi hawn aktar minn 60,000 persuna barranija f 'Malta u dan meta mhux qed ngħoddu nies mill-UE li jgħixu pajjiżna u m'għandhomx impjieg. B'popolazzjoni ta' 475,700, skont l-aħħar ċifri tal-NSO, dan ifisser illi qed inħarsu lejn kważi 13% tal-popolazzjoni li hija barranija. Minkejja li d-differenza fil-persentaġġi hija waħda kbira, l-kunċett ekonomiku tal-mod kif titmexxa l-ekonomija ta' Monako, tista' tkun simili għal dak li qed iħaddem il-Gvern ta' Muscat. Jiġifieri l-attirazzjoni lejn il-pajjiż ta' massa ta' nies barranin, speċjalment dawk tal-flus u li permezz tagħhom l-ekonomija ta' Malta tkun tista' tibqa' ddur filwaqt li servizzi soċjali, bħall-pensjoni jkunu assigurati. Biex tagħmel dan Monako tat diversi inċentivi fit-taxxa, bħalm'għamlet Malta biex attirat is-settur tal-gaming. U f 'Monako jbigħu ċ-ċittadinanza (passaport)? Monako għandha skema, bħal dik ta' Malta, li permezz tagħha wieħed jista' jinvesti u allura jidħol fi proċess li permezz tiegħu jikseb iċ-ċittadinanza. Il-prezz huwa ta' €500,000 fi proprjetà u €500,000 oħrajn f 'bank f 'Monako. Prinċep minflok PM u barra l-UE... Monako hija mmexxija b'mod differenti minn Malta għaliex hija ggvernata b'Kostituzzjoni Monarkika fejn il-Prinċep Albert II għandu s-saħħa kollha flimkien mal-familja Grimaldi. Dan ifisser, li Monako mhix demokrazija. Kif tafu Malta hija Repubblika Demokratika fejn kull ħames snin isiru elezzjonijiet li jikkonfermaw jew ibiddlu Gvern. Imma apparti din id-differenza, hemm differenza fundamentali oħra bejn Malta u Monako, jiġifieri li dan tal-aħħar mhux membru tal-Unjoni Ewropea. Monako, bħal Malta iżda, tuża l-Ewro bħala munita. 'Monako fil-Mediterran'... It-tnejn 'Kattoliċi', imma.... Kemm f 'Monako kif ukoll f 'Malta r-reliġjon uffiċjali u allura l-aktar reliġjon prattikata hija dik Kattolika. Minkejja dan, Malta hija ħafna u ħafna aktar avvanzata fejn jidħlu d-drittijiet għal persuni LGBTIQ. Fil-fatt Monako huwa wieħed mill-pajjiżi f 'qiegħ il-lista tal- International Lesbian and Gay Association (ILGA) Europe f 'dak li jirrigwarda drittijiet u leġislazzjoni li tippromovi ugwaljanza. F'Monako mhux permessi la l-unjoni ċivili u lanqas iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Fil-fatt fil-lista ta' ILGA Europe, Monako jikklassifika fis-46 post minn 49 pajjiż, Malta tikklasifika fl-ewwel post! F'Monako mara tista' tagħmel abort, imma biss f 'każijiet meta l-ħajja tal-omm tkun f 'periklu kif ukoll f 'każ ta' stupru. F'Malta l-abort huwa illegali f 'kull każ. Bħal Malta, Monako hija Arċidjoċesi u allura għandha l-Arċisqof tagħha. jgħidu li Malta tista' ssir bħal 'oażi' simili għal Dubaj u issa storiċi ta' Monako kif ukoll 65% Minkejja li ħafna drabi f 'Malta tisma' l-kliem 'imtlejna' jew 'invadewna' f 'diskors dwar il-barranin, il-popolazzjoni ta' Monako filfatt hija magħmula, fil- maġġoranza tagħha, mill-'immigranti'. Huma nativi, jiġifieri twieldu hemm. Dan ifisser li l-poplu ta' Monako huwa minornaza f 'pajjiżu stess. Ftit aktar minn 28% ta' dawk li jgħixu Monako huma Franċiżi, 18.7% huma Taljani, 7.5% huma Brittaniċi, 2.8% Belġjani, 2.5% Ġermaniżi u Żvizzeri u 1.2% mill- Istati Uniti u dan skont iċ-ċensiment tal-2008, 10 snin ilu. Sal-2013 kien hemm 24,300 barrani jgħix f 'Monako skont ċifri tal-UNICEF minn popolazzjoni ta' 37,000. f 'Monako kif ukoll f 'Malta r-reliġjon uffiċjali u f 'Monako kif ukoll f 'Malta r-reliġjon uffiċjali u allura l-aktar reliġjon prattikata hija dik Kattolika. allura l-aktar reliġjon prattikata hija dik Kattolika. nkejja dan, Malta hija ħafna u ħafna aktar avvanzata fejn jidħlu d-drittijiet għal persuni LGBTIQ. avvanzata fejn jidħlu d-drittijiet għal persuni LGBTIQ. Fil-fatt Monako huwa wieħed mill-pajjiżi f 'qiegħ il-lista tal- Fil-fatt Monako huwa wieħed mill-pajjiżi f 'qiegħ il-lista tal- International Lesbian and Gay Association (ILGA) Europe International Lesbian and Gay Association (ILGA) Europe f 'dak li jirrigwarda drittijiet u leġislazzjoni li tippromovi f 'dak li jirrigwarda drittijiet u leġislazzjoni li tippromovi ugwaljanza. F'Monako ugwaljanza. F'Monako mhux permessi la l-unjoni mhux permessi la l-unjoni ċivili u lanqas iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Fil-fatt fil-lista ta' ILGA Europe, Monako jikklassifika fis-46 post minn 49 pajjiż, Malta tikklasifika

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 July 2018