Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618
11 Il-Ħadd 15 ta' Lulju 2018 | illum Aħbarijiet Fuq xulxin... Jekk hemm xi ħaġa li hija simili ċertament li hija fid-densità u allura kemm jgħixu nies f 'kull kilometru kwadru. Monako huwa wieħed mill-aktar pajjiżi mibnijin fid-dinja b'madwar 19,000 persuna kull kilometru kwadru. F'Malta, id-densità hija ta' kważi 1,500 persuna kull kilometru kwadru. Monako għandu 38,000 resident f '2,000 kilometru kwadru ta' art. U x'għamlu biex isolvu din il-problema? Monako għamlu reklamazzjoni tal-art fil-baħar Mediterran, xi ħaġa li sa din il- ġimgħa stess issemmiet bi prominenza f 'ġurnal lokali li jxaqleb ħafna lejn il-Partit Laburista. Din il-ġimgħa stess tħabbar li se terġa' ssir riklamazzjoni tal-art fid- daqs ta' 0.02 kilomteri kwadri. Il-proġett se jkun lest sal-2025, se jiswa $2.3 biljun, se joħloq 650,000 metru kwadru ta' residenzi u spazju kummerċjali, se jakkomoda 1,000 resident u se jinkludi park u 30 post fejn jottijiet jistgħu jirmonkaw. Kważi 595,000 metru kubu ta' ramel imħaffer minn żona fit-Tramuntana ta' Sqallija qed jintuża biex tinbena din l-art fil-baħar. lest sal-2025, se jiswa $2.3 biljun, se joħloq 650,000 metru kwadru ta' residenzi u spazju kummerċjali, se L-ekonomija... differenzi u similaritajiet Fl-2015 Monako rreġistrat Prodott Gross Domestiku (GDP), jiġifieri kemm inħoloq ġid fil- pajjiż, ta' €6 biljun. Fl-ewwel kwart ta' din is-sena il-GDP ta' Malta kien ta' €2.75 biljun, jew madwar €3.25 biljun inqas minn dak ta' Monako. Minkejja li l-ekonomija ta' Monako hija aktar mid-doppju ta' Malta, it-tkabbir previst għal din is-sena f 'pajjiżna jiżboq il-5%, filwaqt li dak ta' Monako huwa ta' madwar 3%. L-akbar tliet setturi f 'Monako, skont ċifri tal-2016, huma l-qasam finanzjarju u l-assigurazzjoni b'16.1%, il-qasam xjentifiku u tekniku b'14.8% u l-kostruzzjoni b'14.3%. F'pajjiżna huwa t-turiżmu li jibqa' wieħed mill-akbar setturi, b'rapport tal-Kunsill tal-Ivjaġġar u Turiżmu madwar id-Dinja ppubblikat din is-sena jgħid illi dan is- settur qed jiġġenera 14.2% tal-ġid kollu li nħoloq f 'Malta fl-2017. Bħal Monako iżda, Malta wkoll għandha settur finanzjarju li qed jikber u settur tal-kostruzzjoni li bħalissa għaddej b'attività qawwija. €10.15 l-anqas li tista' taqla' f 'Monako... Waħda mill-akbar differenzi bejn pajjiżna u l-Monako hija fil-paga medja li jaqla' ħaddiem u l-għoli tal-ħajja. Minn ċifri u numri li analizzat din il-gazzetta hija ċara li b'paga medja Maltija, definittivament ma tistax tgħix f 'Monako. Siti differenti taw medja differenti tal-paga medja f 'Monako, għalkemm jidher li l-paga medja f 'Monako dejjem taqbeż it-€3,500 fix-xahar. Fit-tieni kwart tal-2017 il-paga medja bażika annwali f 'Malta kienet ta' €18,064, bil-medja tvarja minn €29,232 fost maniġers u €11,807 fost dawk li jaħdmu f 'impjiegi aktar elementari (ċifri tal-NSO). Monako m'għandhiex paga minima stabbilita bil-liġi, kuntrarjament għal Malta, għalkemm l-inqas li jista' jaqla' ħaddiem huwa €10.15 kull siegħa." Biex forsi tlaħħaq mal-ħajja f 'Monako, trid taħdem 24 siegħa kuljum... Ladarba rajna l-paga issa se naraw il-prezzijiet. Il-kirja f 'Monako tifnik! Ħarsa lejn sit ta' aġenti tal-proprjetà juri illi l-prezz ta' kirja, kull xahar għal studio flat (kamra waħda u kamra tal-banju) titla' għal madwar €2,800 fix- xahar, għalkemm hemm oħrajn li huma inqas u oħrajn iktar. L-irħas apartament għall-kiri kien jiswa €750 fix-xahar, biex tgħix f '10 metri kwadri (f 'toqba jiġifieri). Il-prezzijiet imbagħad jisparaw għal bejn €5,000 fix-xahar għal appartamenti xi ftit ikbar, b'żewġ kmamar tas-sodda. U jibqgħu telgħin u telgħin. F'Malta, għalkemm il-prezzijiet tal-kirjiet żdiedu, kirja meqjusa għolja f 'żona bħal Tas-Sliema jew San Ġiljan titla' għal madwar €1,300-€1,400. Dan ifisser illi minkejja pagi ħafna ogħla minn ta' Malta, il-kirjiet huma ħafna ogħla wkoll f 'Monako biċ-ċans li ħafna mill-paga tittiekel għall-akkomodazzjoni. Il-prezzijiet tal-ikel ivarjaw għalkemm sit illi fih isir paragun bejn l-għoli tal-ħajja bejn pajjiż u ieħor (numbeo.com) juri illi l-prezzijiet tal-ikel huma ta' bejn wieħed u ieħor 71% ogħla f 'Monako milli f 'Malta, li skont statistika tal-Eurostat diġà għandha prezzijiet ogħla f 'dan is-settur. Intant l-istess sit jagħti diversi prezzijiet differenti ta' prodotti u juri kif il-medja f 'Malta hija ħafna inqas minn dik f 'Monako. Jekk ħalib hawn jiswa 86ċ, f 'Monako jiswa €1.47, jekk pakkett sigaretti hawn jiswa €5.65, f 'Monako jitla' għal madwar €7.25, jekk ikla f 'restorant irħis f 'Malta tiswik €12 kull persuna, f 'Monako tiswa €27, jekk iċ-child care huwa b'xejn f 'Malta, f 'Monako jitla' għal madwar €1,200. Skont Globalpetrolprices.com il-prezz għal kull litru diesel huwa ta' €1.53 f 'Monako, filwaqt li f 'Malta il-prezz bħalissa huwa ta' €1.18. Edukazzjoni b'xejn... saħħa b'assigurazzjoni Minkejja li Monako huwa magħruf bħala post għas-sinjuruni u l-biljunarji, b'30% tal-popolazzjoni tkun sinjuruna, xorta teżisti sistema soċjali għal dawk fil-bżonn. Fil- fatt l-iskejjel huma b'xejn anke jekk biss għan-nattivi. Dan huwa simili għal Malta li għandha sistema sħiħa ta' edukazzjoni li hija mingħajr ħlas, minn qabel il-primarja sal- edukazzjoni terzjarja u dik tat-tielet età. Is-saħħa hija koperta b'assigurazzjoni li hija mħallsa kemm mill- ħaddiema, kif ukoll mill-impjegatur. Bħal f 'Malta din is-sistema tkopri ħafna proċessi imma mhux kollox. Pereżempju ma tkoprix operazzjonijiet fil-ħanek jew fis-snien, eżatt bħal Malta. fil-Mediterran'... 'viżjoni' analizzata