Illum previous editions

illum 15 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 illum | Il-Ħadd 15 ta' Lulju 2018 Valletta WARA li bdew l-attakki tal-Misilmin fil-Palestina, fl-1238, il-Karmelitani talbu l-permess li jitilqu lejn postijiet aktar siguri fl-Ewropa. Ħafna minnhom spiċċaw marru Ċipru u Sqallija. Ħafna studjużi kitbu li l-Karmelitani ġew Malta min Sqallija fis-sena 1418, għalkemm hemm xi wħud li jaħsbu li dawn il- patrijiet setgħu kienu diġà qegħdin Malta qabel din is-sena. X'aktarx li huma ġew fi gżiritna fuq talba tal- werrieta, tan-nobbli sinjura Margherita d'Aragona di Pellegrino, li kienu jgħixu fis-Sqallija, u li talbu li jintbagħatu xi Karmelitani fil-gżira tagħna. In-nobbli Margherita d'Aragona ħalliet fil-wirt tagħha l-knisja tal- Lunzjata f 'post barra mill- bini tar-Rabat tal-Imdina fl-inħawi ta' San Anard. Jekk wieħed jaqra t-testment ta' d'Aragona ma jsib ebda referenza għal xi komunità reliġjuża partikolari, iżda x-xewqa tagħha li din il-knisja u kunvent jintużaw minn ordni reliġjuża bl-obbligu li jgħidu kuljum il-liturġija tas-sigħat. Billi l-werrieta kellhom devozzjoni kbira lejn il-Madonna tal-Karmnu u kellhom għal qalbhom il-patrijiet Karmelitani, xtaqu li dan l-obligu jingħata lilhom. Għalhekk offrewlhom il-knisja tal- Lunzjata u nfetaħ l-ewwel kunvent tal-Karmelitani f 'Malta. Il-parti l-kbira tal-ewwel patrijiet kienu Sqallin. Dawn kellhom il-ħsieb li jibnu kunvent żgħir, imiss mal- knisja tal-Lunzjata, u b'hekk ikunu jistgħu jgħixu fih u jaqdu d-dmirijiet tagħhom bħala reliġjużi. F'dokument li nstab fil-Bibjoteka Nazzjonali ta' Malta bid-data ta' 26 ta' Marzu 1446 hemm referenza għal dokument ta' ħames snin qabel li jsemmi l-ismijiet tal-patrijiet Il-Belt Valletta tiċċelebra s-600 sena CLIFFORD GALEA Is-Santwarju Bażilika tal-Karmnu fi-Belt Valletta L-ewwel kunvent li kellhom il-Karmelitani fil-Wied tal-Lunzjata fir-Rabat Il-knisja Karmelitana fil-Belt Valletta għandha d-dinjità ta' Santwarju u Bażilika Minuri u fiha nsibu statwa mill-isbaħ tal-Madonna tal- Karmnu Rtratti: Mark Micallef Perconte

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 July 2018