Illum previous editions

illum 15 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 illum | Il-Ħadd 15 ta' Lulju 2018 Aħbarijiet Tkompli minn paġna 1 DAN ifisser li bħalissa l-Bank Ċentrali Ewropew qed jiġbor kemm jista' jkun informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti Maltin, l-MFSA u fuq kollox l-FIAU qabel ma jkun jista' jasal għall- konklużjoni, jiġifieri jekk jirrevokax jew le, il-liċenzja tal-Bank Pilatus. Din l-aħbar tiġi fid-dawl tal-fatt li nhar l-Erbgħa li għadda, l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) akkużat lill- FIAU "b'nuqqasijiet ġenerali u sistematiċi" fil-mod kif applikat id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea kontra l-ħasil tal-flus fl-investigazzjoni tagħha tal-Bank Pilatus, iżda mhux biss. Il-Bank Pilatus u l-ispezzjonijiet tal-FIAU F'Ottubru tal-2015, l-MFSA, wara spezzjoni li għamlet fil-Bank Pilatus dwar il-miżuri użati mill- Bank kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat- terroriżmu, kienet talbet lill-FIAU biex twettaq investigazzjoni indipendenti b'mod partikolari dwar il- klijenti ta' Pilatus li huma PEPs (politically exposed persons). F'Marzu tal-2016, l-FIAU kienet wettqet l-ewwel spezzjoni tagħha fil-bank u aktar tard, fis-17 ta' Frar, kienet bagħtet ittra lill-bank li fiha tagħmel referenza għal ksur serju fejn jidħlu r-regoli kontra l-ħasil tal- flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu. F'Awwissu tal-istess sena saret spezzjoni oħra li fiha ntalbet dokumentazzjoni dwar 'due diligence' li saret fuq il-klijenti u li fl- ewwel spezzjoni ma kinitx disponibbli, tant li kienet instabet dokumentazzjoni jew fajls tal-klijenti li fl- ewwel żjara tal-FIAU ma kinux inatawlha. L-ILLUM tippubblika r-rapport tal-FIAU Kienet il-gazzetta ILLUM li f 'Novembru tas-sena li għaddiet ippubblikat ir-rapport, datat is-26 ta' Settembru 2016, dwar dawn iż-żewġ żjarat li għamlet l-FIAU. F'dan ir-rapport, l-Aġenzija kienet kitbet hekk: "Filwaqt li l-FIAU tirrikonoxxi li l-bank issa għandu d-dokumenti meħtieġa, l-FIAU tibqa' mħassba fuq il-fatt li din id-dokumentazzjoni, li ġiet mitluba oriġinarjament waqt l-eżami ta' Marzu tal-2016, ma ġietx ipprovduta lill- uffiċjali tal-istess FIAU u tal-MFSA fil-ħin." Kien ikompli jgħid li "f 'termini ta' 'due diligence' minħabba l-klijent u ż-żamma tar-rekords, din id-dokumentazzjoni kellha tkun faċilment disponibbli jew inkella b'mod li tkun tista' tinkiseb faċilment mill-Money Laundering Reporting Officer," madankollu, din id-dokumentazzjoni kienet disponibbli biss wara l-ittra tas-17 ta' Mejju tal-2016. "Ir-raġuni għaliex id-dokumentazzjoni inkwistjoni ma ġietx ipprovduta lill-uffiċjali matul l-ewwel eżami tibqa' mhix ċara," ikompli r-rapport. Iżda, minkejja dan kollu, l-FIAU tisħaq li "l-kwistjonijiet imqajma fl-ittra tas-17 ta' Mejju tal-2016 (ara aktar 'il fuq) issa huma magħluqa." Jikkonkludi li dwar il- Bank Pilatus ma nstab xejn inkriminanti (għall-kuntarju ta' dak li qed jgħidu il- prosekuturi Amerikani fil-każ ta' Ali Sadr Hasheminejad... aqra aktar 'il quddiem f 'dan l-artiklu). Il-kundanna tal-EBA Madanakollu hawn tidħol il-kundanna tal- EBA li tisħaq kif l-FIAU ma żammitx biżżejjed informazzjoni ta' dawk il- fajls jew dokumenti speċifiċi li kienu eżaminati fl-ewwel żjara, biex ikun stabbilit liema fajls tal-klijenti ġew eżaminati u liema 'due diligence' kienet disponibbli jew le. Ir-rapport tal-Awtorità Bankarja Ewropea jikkonkludi wkoll li lanqas ma teżisti informazzjoni dwar jekk saritx talba mill-FIAU biex il-Bank Pilatus jipprovdi dawk id- dokumenti li ma kellhiex aċċess għalihom mill-ewwel. Agħar minn hekk, jikkonkludi r-rapport, waqt it-tieni żjara, l-FIAU ma żammet l-ebda lista dettaljata ta' dawk id- dokumenti li eżaminat b'referenza għall-ewwel żjara. Tisħaq ukoll li waqt it-tieni żjara, l-FIAU ma investigatx "il- konklużjonijiet aktar serji" mniżżla fil-lista tas-17 ta' Mejju 2017 (ara aktar 'il fuq.) "Minkejja n-natura serja ta' dak li sabet wara l-ewwel żjara, l-FIAU ma ddokumentatx jew inkella ma tatx raġunijiet jew argumenti validi dwar għalfejn ma ħassitx il-bżonn li timponi sanzjonijiet jew inkella miżuri oħra ta' superviżjoni," tkompli tisħaq l-EBA. Hawn tfakkar li l-FIAU Ir-revoka tal-Pilatus se tistrieħ li tatu ċertifikat pożittiv ...minkejja li din il-ġimgħa l-EBA akkużatha b'nuqqasijiet dwar kif applikat id-Direttiva Ewropea kontra l-ħasil tal-fl us fl -investigazzjoni tagħha tal-Bank Pilatus

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 July 2018