Illum previous editions

illum 15 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 illum | Il-Ħadd 15 ta' Lulju 2018 Aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 39 63 58 49 59 73 29 6 Tlugħ Nru. 732 Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teat- ru l-Antik, Valletta Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Ħamrun Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Qormi St. Bartholomew Pharmacy, 230, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera Deby's Pharmacy, 1, Misraħ il-Bar- rieri, Msida St. Julians Pharmacy, 25, Triq G. Borg Olivier, B Norman's Pharmacy, 133, High Street, Sliema Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Balzan Brown's Chemists, Triq San Pawl, Naxxar Brown's Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier (previously "Karizia Drugstore"), Mellieħa Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż- Żabbar, Paola Milia's Pharmacy, 73, Triq il-Kotto- nera, Birgu Hompesch Pharmacy, 207/211, Triq Hompesch, Fgura Health Junction Pharmacy, Triq Alfredo Cachia Zammit, Żejtun Safi Pharmacy, St. John Street C/W Bieb il-Garra Street, Safi Brown's Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Żebbuġ Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat Abela's Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Victoria Joyce's Pharmacy, Vjal it-8 ta' Settembru, Xagħra Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 34˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir Punent Majjistru forza 4 mal-lejl BAĦAR: Moderat li jsir ħafif L-OGĦLA: 31˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab għall-ewwel, li jsir ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 4 għal 5 li jsir forza 3 għal 4 sa filgħaxija. Mal-lejl: Grigal forza 3 għal 4 li jsir varjabbli forza 2 għal 3 BAĦAR Ħafif għal moderat li jsir moderat Jibda l-proġett biex tiwessa' Vjal l-Avjazzjoni Ġlieda f 'Tas-Sliema tħalli tlett irġiel Żvediżi feruti ILMINISTERU għat- Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali ħabbar proġett ġdid sabiex ikompli jnaqqas id-dewmien matul Vjal l-Avjazzjoni, ir-rotta prinċipali li tgħaqqad il- Gudja, l-Ajruport u l-mini ta' Ħal Kirkop ma' Ħal Luqa, Raħal Ġdid u Ħal Qormi. Nhar it-Tnejn filgħodu, il- kuntratturi bdew ix-xogħlijiet preparatorji għat-twessigħ ta' din it-triq arterjali, sabiex jintroduċu t-tielet korsija 'l fuq mill-Gudja għal Ħal Luqa. Il-proġett huwa skedat li jitlesta dan is-sajf. Il-korsija l-ġdida se tkun magħquda mal-bypass lane tar-roundabout miftuħa fl- 2017, sabiex l-utenti tat-toroq ikunu jistgħu jivvjaġġaw mill- mini ta' Ħal Kirkop lejn Ħal Luqa mingħajr ma jgħaddu mir-roundabout tal-ajruport. Dan it-titjib se jkompli jnaqqas ir-riskju tal-inċidenti f 'din il-ħolqa billi jnaqqas in-numru ta' utenti tat-toroq li jgħaddu mir-roundabout. Fl-istess waqt, il-korsija l-ġdida se tnaqqas ukoll il-ħinijiet tal-ivvjaġġar mill-Ajruport u minn Ħal Safi, Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi u ż-Żurrieq minn ġewwa l-mini ta' Ħal Kirkop lejn il-Gudja, Ħal Luqa, Raħal Ġdid, il-Marsa, Ħal Qormi u l-Belt Valletta. Fit-tarf l-ieħor ta' Vjal l-Avjazzjoni, it-titjib li għaddej bħalissa se jinkludi wkoll approach lane ġdida għall-ħolqa tar-roundabout li tgħaqqadha ma' Triq San Tumas lejn Ħal Qormi, iċ-ċentru ta' Ħal Luqa u Triq il- Kunsill tal-Ewropa lejn Raħal Ġdid. Bħalissa għaddejjin ukoll studji tekniċi oħra għad-disinn ta' soluzzjonijiet għal aktar titjib ta' din ir-roundabout permezz ta' proġett separat. Dan l-investiment futur huwa meħtieġ sabiex jonqos l-impatt tal-konġestjoni fuq il-kwalità tal-arja ta' nħawi residenzjali viċini, inkluż Ħal Luqa, Ħal Qormi u l-Gudja, u sabiex jiġu żviluppati konnessjonijiet aktar siguri u aktar effiċjenti għal lokalitajiet oħra fir-reġjun Lbiċ tal-pajjiż. Ix-xogħlijiet li għaddejjin fi Vjal l-Avjazzjoni jinkludu wkoll korsija ġdida għaċ- ċiklisti ta' 650 metru, għall- promozzjoni ta' aktar użu ta' dan il-mezz ta' trasport sostenibbli matul din ir-rotta. It-titjib ta' Vjal l-Avjazzjoni jsegwi titjib ieħor li ġie implimentat fis-sajf 2017 favur aktar sigurtà u effiċjenza fir- roundabouts fiż-żewġ trufijiet ta' din it-triq traffikuża. Is-sena l-oħra, ir-roundabout tal- Ajruport ġiet iddisinjata mill- ġdid biex tinkludi approach lanes ġodda u żewġ bypass lanes ġodda. Ir-roundabout ta' bejn Vjal l-Avjazzjoni u Triq il-Kunsill tal-Ewropa wkoll ġiet mibnija fuq disinn ġdid għal effiċjenza miżjuda f 'din il-ħolqa. Minbarra t-twessigħ ta' Vjal l-Avjazzjoni, dan is-sajf, it- timijiet tal-ippjanar u d-disinn tat-toroq tal-Gvern qegħdin jikkollaboraw ma' kuntratturi oħra sabiex jintroduċu aktar titjib matul partijiet oħra tan- network tat-toroq arterjali. It-titjib tat-T-junction li tgħaqqad Triq tal-Barrani mal-Gudja u Ħal Għaxaq tlesta dan ix-xahar. Bħalissa għaddej ukoll proġett maġġuri ta' €2.5 miljun għad-disinn mill- ġdid ta' diversi toroq arterjali bejn il-Marsa, Ħal Qormi u l-Ħamrun, inkluż partijiet mill-Marsa-Ħamrun Bypass, Triq Diċembru 13 u Triq Aldo Moro. Il-Ministeru qiegħed jiffinalizza wkoll il- preparamenti għat-twaqqif ta' Infrastructure Malta, l-aġenzija l-ġdida fdata bil- pjan nazzjonali għat-titjib tal-effiċjenza, il-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-trasport tat-toroq tal-pajjiż. Infrastructure Malta se tkompli tippjana u timplimenta diversi ottimizzazzjonijiet tan- network tat-toroq, filwaqt li se tkun responsabbli għal diversi investimenti infrastrutturali kbar oħra, inkluż il-Marsa Junction Project, b'seba' strutturi ta' pontijiet, il- mini ġodda f 'Santa Luċija u s-Central Link Project, fost oħrajn. Gradwalment, se tintroduċi wkoll proċessi ġodda għall-bini mill-ġdid, tiswija u manutenzjoni ta' mijiet ta' toroq residenzjali fis- snin li ġejjin. NHAR il-Ġimgħa filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa residenza fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, Tas- Sliema. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li għal xi raġuni kien qam argument bejn ħamest irġiel u li tlieta minnhom sofrew xi ġrieħi. Jidher li t-tlett irġiel feruti, li huma kollha Żvediżi u għandhom 32 sena, allegatament kienu aggrediti minn raġel Libjan ta' 36 sena u persuna oħra li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet wieħed mill-Iżvediżi għall-kura l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li t-tnejn l-oħra weġġgħu ħafif. Ir-raġel Libjan ġie arrestat mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit fis-Swie qi u għadu qiegħed jinżamm għal iktar stħarriġ. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 July 2018