Illum previous editions

illum 15 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

Il-Ħadd 15 ta' Lulju 2018 | illum 21 Grazzi għalikom din il- paġna qed tiċċelebra t-tielet Sena F'dawn it-tliet snin wassaltilkom bosta inforamazzjoni. Biex inkompli nssaħaħ din il-paġna nixtieq nilqa' xi suġġerimenti mingħandkom. Ibagħtu sms fuq 99013600 u jien nikkuntatjakom lura. Namaste L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Iż-żodijaku ta' Aquarius ser ikun il-waqt opportun sabiex int tinduna kemm l-imħabba ta' madwarna mhix xi ħaġa garantita għal dejjem u ma rridu nieħdu xejn garantit għax ikun żball. Għalhekk agħraf sew dak li int għandek sabiex ma titlef xejn. Namaste Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: blu u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 19 u 20 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Scorpio Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodijaku ta' Pisces se jkun mument ta' riflessjoni dwar eżattament fejn trid tasal minn diversi aspetti. Però l-aktar aspett importanti huwa fejn int se tiftaħ l-aktar lilek innifsek u dan minħabba li intvolviment tal-madwar. Agħraf dejjem li dak li trid twettqu, wettqu. Namaste. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: aħdar u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 18, 19 u 21 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Virgo Pisces huma magħrufin bħala persuni ta' moral effettiv ħafna. Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Iż-żodijaku ta' Aries ser ikun iż-żmien opportun sabiex trattab lilek innifsek ovvjament ta' kif iġġib lilek innifsek. Dan jgħodd kemm għall- karriera tiegħek kif ukoll għal ma' dawk viċin tiegħek. Għalhekk għandek tagħraf verament dawk l-aktar li huma ġenwini. Namaste. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar u kannella L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 17, 19 u 21 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Capricorn Aries huma magħrufin għat-twebbis ta' rashom Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodijaku ta' Taurus ser ikun żmien tajjeb ta' pjan biex ittejjeb iċ-ċirku tiegħek. Dan tagħmlu sabiex tkun tista' tqassam u tippjana aħjar ir-relazzjoni ta' madwarek u tkun konvinċenti. Xi kultant fil-ħajja jrid ikun hemm bilanċ u hekk tibni aħjar iċ-ċirku ta' madwarek. Namaste Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: isfar u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 18, 19 u 20 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Leo Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodijaku ta' Gemini ser ikun mument ta' riflessjoni bejn il-passat u l-preżent għalkemm bħalissa qed tħossok xi ftit diffiċli. Gemini huma persuni okkupati f 'diversi aspetti t a l - ħajja. Għalhekk grazzi għal dan int se tegħleb din il- fażi u taqbad ir-ritmu li int famuż għalih. Namaste. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 16, 19 u 21 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Aquarius Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodijaku ta' Cancer ser ikun il-mument ta' kuraġġ f 'dak li int verament tixtieq jew twettaq fir-relazzjoni tiegħek. Għalkemm dan jista' jkun mument ftit kumplikat għalik imma żgur jekk int tagħraf lilek innifsek żgur li tegħleb dan il-mument u dak li int verament tixtieq iseħħ. Namaste. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: isfar u blu L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 17, 19 u 21 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodijaku ta' Leo ser ikun mument ta' opportunità ta' tkabbir u stabbiltà aktar f 'dak li għandek madwarek. Dan ser ikun mument importanti għalik għax ser ipoġġik f 'mument aktar stabbli għal xi ħaġa li int magħruf għaliha u f 'dan il- mument hi vitali għalik. Namaste. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: oranġjo u aħmar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 18, 19 u 20 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Taurus Leo huma magħrufin kemm huma nies ta' fehma soda Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Iż-żodijaku ta' Virgo ser ikun żmien ta' indikazzjoni ta' kif għandek tadatta aktar aħjar, mhux għax hemm xi ħaġa ħażina imma trid tagħraf aktar kemm hi importanti ħajtek u kemm int għandek x'toffri għalhekk emmen aktar f 'dak li għaddej madwarek u wettaq. Namaste Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: isfar u kannella L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 17, 20 u 21 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Pisces Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Iż-żodijaku ta' Libra ser ikun żmien ta' indikazzjoni ta' kif għandek tibni aktar lilek innifsek. Dan huwa mument fejn se tagħraf kemm trid tagħti aktar spazju. Għalhekk organizza lilek innifsek u dak li hemm madwarek u hekk toħloq il-bilanċ. Namaste. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu u aħdar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 19 u 20 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Cancer Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom. Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Iż-żodijaku ta' Scoprio ser ikun dak il-mument fejn fin-nuqqas ta' motivazzjoni madwarek se joffrilek spazju sabiex tkabbar dak li hu meħtieġ. Għalhekk f 'dan in-nuqqas għandek iċ-ċans terġa' tibda mill-ġdid sabiex dak li hemm mitluf jerġa' jidħol fik. Namaste Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: iswed u vjola L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 18, 20 u 21 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Aries Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Iż-żodijaku ta' Sagittarius ser ikun il-waqt fejn taħseb biex tqawwi lilek innifsek għal dak li int illum għandek u ma terġax tirrepeti dak li ġara fil-passat anzi bil-kontra għal dak li kont tagħmel fil-passat żgur se tagħraf twettaq il- kontra u dan ser iqawwilek il-moral. Namaste. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: isfar u roża L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 16, 19 u 21 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Gemini Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Iż-żodijaku ta' Capricorn ser ikun xi ftit ta' taqbida bejn dak li sarraft fl-imħabba fil-passat għal dak li għandek illum bid- differenza li issa int se tkun aktar soda u għalhekk issa ser ikun il-mument oppor tun sabiex tkompli tissaħħaħ. Namaste. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar u vjola L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:16, 17, 19 u 20 L-istilla ta' aspirazzjoni għalik ġejja minn Libra Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru L-Oroskopju mill-Ħadd 15 ta' Lulju sas-Sibt 21 ta' Lulju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur is-sit www.pauljon13.com Niggwidak għal ħajja aħjar. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon www.pauljon13.com Tliet Snin Flimkien Bħala ringrazzjament qed no rilkom l-ewwel ktieb tiegħi bi skont. Ibgħat messaġġ fuq il- paġna ta' Facebook PaulJon13 paġna ta' Facebook paġna ta' Facebook PaulJon13 paġna ta' Facebook

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 July 2018