Illum previous editions

illum 15 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

illum Il-Ħadd 15 ta' Lulju 2018 Sports 28 'Ninsab determinata li nikseb suċċess -atletika bħalma ksibt l-ġinnastika' - Sana Grillo Minn Cristian Antony Muscat LATLETA Sana Grillo għandha 17-il sena u għadha kif spiċċat l-eżamijiet tal A-levels u qiegħda tipprepara biex tidħol l-Università. Bdiet il-karriera sportiva tagħha fil-ġinnastika meta kellha biss tmien snin. Hija kienet tmur tagħmel dan l-isport bħala pas- satemp imma peressli ndunaw mill-ewwel li kellha potenzjal staqsewha jekk tridx tibda tittrenja iktar bis-serjetà. Minn hem- mhekk bdiet tittrenja tliet siegħat kuljum sitt darbiet fil-ġimgħa fil-Gymstars ma' Antonina Uzunova u Plumen Peynov. Ftit xhur wara marret għall-ewwel kompetizzjoni tagħha internazzjonali fil-Belġju u minn hemmhekk kellha iktar motivazjoni biex tieħu dan l-isport iktar bis-serjetà. Hija kkompetiet fil-COJI, Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, EYOF, World Cup, Com- monwealth Games, u di- versi kompetizzjonijiet oħra madwar l-Europa. L-ikbar kompetizzjoni fosthom kienet Commonwealth l- Awstralija fil-Gold Coast. Hija rebħet diversi me- daliji fil-Logħob tal-COJI, Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar u diversi oħra fil-kompetiz- zjonijiet Internazzjonali li kienet tieħu sehem fihom. L-ILLUM tkellmet ma' Sana Grillo nnifisha fejn tatna iktar dettalji: "Il-ġinnastika tirrikjedi determinazzjoni u serjetà kbira għax it-taħriġ jirrikje- di sagrifiċċju kbir, kemm fiżiku kif ukoll spejjeż kbar biex tmur kompetizzjoni barra minn Malta ħalli ssaħħaħ u żżid il-fiduċja fik innifsek. Ħaġa kbira oħra ta' sagrificcju hija li ssib bilanċ bejn l-iskola u t-taħriġ. Mhux faċli jkollok karriera sportiva kif ukoll skola imma b'sagrifiċċju jirrexxielek tikkombinahom flimkien. Wara t-taħriġ ukoll ikollok iktar enerġija biex tkompli tistudja peressli tkun qtajt ftit mir- rutina. L-isbaħ esperjenza fil-karri- era sportiva tiegħi kienet il- Commonwealth Games fl- Awstralja f'April li għadda. Kienet kompetizzjoni iebsa fejn irnexxieli nagħmel l-almu tiegħi u kkwalifikajt għal-Logħob tal Mediterran f'Tarragona. Sfortunata- ment, iżda għal xi raġuni ma ġejtx magħżula biex immur u peressli m'hemmx kompetizzjonijiet ta' ċertu livell ġejjin fil-futur qrib, iddeċidejt li nagħlaq il- kapitlu tal-ġinnastika u nibda kapitlu ieħor bi sfida differenti fl-atletika peressli jien m'inix persuna li nħobb naħli l-ħin. Peressli l-atletika huwa sport pjuttost ġdid għalija u kompletament differenti mill-ġinnastika, inħossni eċitata ħafna imma de- terminata li nagħti l-almu tiegħi u nikseb suċċessi bħalma ksibt fil-ġinnastika. Bħalissa bdejt nittrenja mal- kowċ tal-atletika Rachid Chouhal ma' Rush Athletic Club. Rachid huwa per- suna li jien nammira ħafna peressli kien atleta ta' livell kbir u anke issa bħala kowċ, għandu atleti tajbin ħafna. Għalkemm bdejt l-atletika, xorta qed nieħu kors biex inkun nista' nikkowċja l-ġinnastika u ngħin atleti żgħar jilħqu livell tajjeb f'dan l-isport u jkunu ta' suċċess bħalma kont jien." Sana Grillo -azzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 July 2018