Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618
Il-Ħadd 15 ta' Lulju 2018 | illum Sports 31 U jekk insemmilek il-proposta li mis-sena d-dieħla jkun hemm ħdax-il barrani fil-Premier xi tgħidli fuqha? Personalment ma tantx togħġobni għalkemm tim li jitla' fl-ogħla kampjonat Malti u li jkun ġej mill- Ewwel Diviżjoni, jekk jiċċomba ħdax- il barrani tajjeb kapaċi jikkompeti ma' timijiet ewlenin fil-Premier. Iżda mbagħad il-mistoqsija tiġi waħedha; x'ser jiġri mill-plejer Malti? Jispiċċaw jinżlu fl-ewwel jew it-tieni diviżjoni kif qed jiġri? Jien nemmen illi l-plejers Maltin għandhom ikollhom sehem attiv f 'dan il-kampjonat u mhux timlieh aktar bi plejers barranin. Issa li rnexxielkom tiġu promossi żgur illi tridu tagħmlu xi rtokki minħabba l-qabża li hemm bejn diviżjoni u oħra. X'beħsiebkom tagħmlu? Fil-verità aktar milli rtokki jien inħobb nimxi bil-mod u nara li jkun hemm għaqda fit-tim. Meta dħalt mal-klabb tal-Gudja ridt nidra sew l-ambjent filwaqt illi nissoċjalizza mal-elementi fil-kumitat li kienu diġà hemm u li kellhom ċerta stabbiltà. Jien qatt ma ppretendejt illi nidħol fi klabb ġdid u nagħmel dak li rrid jien imma ridt li jkun hemm diskussjoni wiesgħa u nisma' lil kulħadd sabiex tinħoloq idea komuni li ġġib aktar għaqda. Minn issa 'l quddiem għandna proġett f 'moħħna li diġà qed naħdmu fuqu fejn għandu x'jaqsam staff, plejers u membri sabiex fl-aħħar mill-aħħar ikun hemm triq ġdida 'l quddiem. Ħafna nies jgħidu illi l-futbol Malti marid. X'taħseb dwar din l-opinjoni? Xi kultant ngħid illi aħna l-Maltin inħobbu nesaġeraw jew inkella nitfgħu kollox taħt il-lenti għalkemm ma nistgħux ninħbew jew niċħdu li hawn ċertu mard fil-futbol Malti. B'xorti ħażina dawn l-affarijiet jeżistu wkoll internazzjonalment. Waħda mill- mard illi li teżisti bla dubju huwa l-match fixing. Fejn għandu x'jaqsam kampjonat Premier naħseb illi rridu naraw x'se nagħmlu għax bħal qisna ser nagħtu l-lok illi din il-problema ser tkompli tikber. Nixtieqek tgħaddili messaġġ lill- partitarji Gudjani illi minkejja mhux kbar fin-numru però kbar fil-qalb. Kumbinazzjoni riċentement kellna rally għall-partitarji fejn użajt dawn il-preċiżi kelmiet: Il-Gudja huwa raħal żgħir iżda b'qalb kbira b'numru ta' nies illi juruni rispett kbir u reċiproku. Hemm ħafna nies li minn wara l-kwinti jkunu qegħdin jgħinu sabiex ikollna dawn is-suċċessi. Kienet sfida kbira li rnexxielna nagħmlu għalkemm kien hemm ċerti mumenti fejn konna qegħdin naqtgħu qalbna iżda bis-sehem ta' kulħadd għamilnieha! Issa li rnexxielna nilħqu t-tragward, dan huwa l-bidu ta' triq ġdida sabiex inżidu aktar l-interess fil-futbol fost il-Gudjani. Għalhekk inħeġġeġ lill- Gudjani kollha sabiex fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni jiġu jarawna. Konxji mill-fatt illi l-partitarji jagħmlulna kuraġġ kbir biex inkomplu nirnexxu! inżidu aktar l-interess fil-futbol fost il-Gudjani' Huwa President ta' Gudja United FC u xprun ewlieni biex dan il-klabb kiseb il-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni. Kien jilgħab il-futbol n-nursery ta' Marsaxlokk. Kellu tim tal-futsal li kien jismu Paola Downtown li mexxieh għas-suċċess, u minn hemmhekk baqa' javvanza ma' Hibernians FC. DR DUNCAN BORG MYATT