Illum previous editions

illum 15 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Il-Ħadd 15 ta' Lulju 2018 | illum Aħbarijiet tistrieħ fuq l-FIAU pożittiv kienet sabet "riskju kbir ta' ħasil ta' flus u finanzjament tat-terroriżmu li l-bank kien espost għalih...u anke n-nuqqas ta' miżuri kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu stabbiliti mill-bord tad-diretturi tal-bank għal dawk il-klijenti kklassifikati bħala (PEPs). L-EBA wriet ukoll l-iskantament tagħha kif minkejja li l-FIAU kienet uriet tħassib serju għall-fatt li fit-tieni żjara ngħatat dokumenti li ma kinux disponibbli fl-ewwel żjara, wara Settembru tal-2016, l-FIAU "ma żviluppat l-ebda pjan ta' superviżjoni mal-bank" u ħasset il-ħtieġa li twettaq superviżjoni oħra f 'April tal-2017, meta l-allegazzjonijiet ħarġu fil-beraħ. Imma l-Bank Pilatus għadu qed jiffunzjona? Minkejja li l-liċenzja tal-Bank Pilatus għadha mhix revokata, għax kif qal David Schäfer, il- Bank Ċentrali Ewropew għadu qed jipproċessa t-talba, l-MFSA poġġiet diversi restrizzjonijiet fuq l-istess bank. Fil-fatt, ħatret lil Lawrence Connell, eks regolatur finanzjarju fl-Istati Uniti, biex jamministra l-assi u t-tmexxija tal-bank, filwaqt li Pilatus ma jistax jiddisponi, jillikwida, jagħmel tranżazzjonijiet jew jitratta mal-assi jew il-flejjes tal- klijenti. Apparti minn hekk, bi tweġiba għall-mistoqsijiet mibgħuta mill- gazzetta ILLUM, l-MFSA ma ċaħditx li tista' tieħu azzjonijiet jew miżuri oħra dwar il-każ Pilatus u qalet biss li se tagħmel pubblika kwalunkwe azzjoni. Immedjatament wara li fl- Istati Uniti kien ġie arrestat Ali Sadri Hasheminejad, is- Sid Benefiċċjarju tal-Bank, l-MFSA kienet ordnat li l-istess Hasheminejad jinteħħa minn kull pożizzjoni li għandu fil-Bank u ma jagħmilx tranżazzjonijiet bankarji, la hu u lanqas xi ħadd li indirettament jew direttament għandu konnessjoni miegħu. F'Marzu li għadda, Ali Sadr Hasheminejad, kien arrestat fl-Istati Uniti fuq sitt akkużi serji u jekk jinstab ħati, jista' jispiċċa jqatta' l-bqija ta' ħajtu l-ħabs. Hashmenejad qed jiġi akkużat, fost oħrajn, li pprova jevadi sanzjonijiet li l-Istati Uniti imponiet fuq l-Iran. Għalkemm l-akkużi ma għandhom xejn x'jaqsmu mal- Bank Pilatus, Hasheminejad beda l-proċess biex japplika għal-liċenzja tal-Bank f 'Malta, fl-istess żmien li kien qed jevadi s-sanzjonijiet tal-Istati Uniti u kien qed ikun investigat mill- Awtoritajiet Amerikani. Imma l-MFSA ma kienet sabet xejn fuq Hasheminejad Mingħajr l-ebda dubju, meta wieħed jisma' bil-Bank Pilatus, l-ewwel ħaġa li tiġih f 'moħħu hija l-kumpanija fil-Panama; Egrant, li Maria Efimova, l-eks impjegata tal-Bank Pilatus, li kienet allegat li meta kienet taħdem fil-bank kienet rat dokumenti li juru kif din il- kumpanija hija ta' mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat. Kien hemm ukoll akkużi u allegazzjonijiet separati kontra ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-eks Direttur Maniġerjali tal-Allied Newspapers Adrian Hillman. Iżda jibqa' l-fatt li l-MFSA talbet ir-revoka tal- liċenzja, mhux minħabba dawn l-allegazzjonijiet, iżda minħabba dak li dwaru qed ikun akkużat Ali Sadr Hasheminajad, bl-avukat li qed imexxu l-proskeuzzjoni tal-istat Amerikan kontra Hasheminejad, jorbtu l-Bank Pilatus f 'Malta ma' "dħul kriminali." Madanakollu, il-gazzetta ILLUM kienet żvelat ukoll li l-Awtorità Maltija għas- Servizzi Finanzjarji kienet approvat il-kompetenza u l-integrità ta' Ali Sadr Hasheminejad u dan minkejja li dak iż-żmien kien diġà investigat mill-Amerikani. L-MFSA kienet qalet mal- ILLUM li meta tirċievi applikazzjoni biex istituzzjoni finanzjarja tingħata liċenzja, il- proċess ta' valutazzjoni, jinkludi wkoll verifiki fuq il-kompetenza u l-integrità tal-persuni kkonċernati, inklużi d-diretturi, l-uffiċjali ewlenin u s-sidien diretti u indiretti. Meta din gazzetta talbet lill- MFSA tispjega jekk dan ifissirx li kienet sabet lis-sid tal-Bank Pilatus, Ali Sadr Hasheminejad, "kompetenti u integru," kelliem għall-Awtorità wieġeb biss li "fejn l-MFSA tiskopri evidenza ta' nuqqasijiet, din tieħu l-miżuri neċessarji." Kienet l-ILLUM wkoll li żvletat kif l-applikazzjoni biex il-Bank jiftaħ u jopera f 'Malta bdiet fl- 2012 taħt Gvern Nazzonalista. Dokumenti ppubblikati fuq is-sit illum.com.mt juru kif ir-reġistrazzjoni saret fis-6 ta' Diċembru tal-2013 u l-liċenzja tingħata f 'Awwissu 2015. It- Trading Licence ngħatat lill- Bank Pilatus fl-2014. tistrieħ fuq l-FIAU tistrieħ fuq l-FIAU Direttur Maniġerjali tal-Allied Newspapers Adrian Hillman. jibqa' l-fatt li l-MFSA talbet liċenzja, mhux minħabba dawn l-allegazzjonijiet, iżda minħabba dak li dwaru qed Hasheminajad, l-proskeuzzjoni Hasheminejad, Pilatus f 'Malta Madanakollu, il-gazzetta ILLUM ukoll li l-Awtorità Servizzi Finanzjarji kienet approvat il-kompetenza u l-integrità ta' Ali Sadr Hasheminejad u dan minkejja li dak iż-żmien kien diġà investigat mill-Amerikani. kienet qalet mal- ILLUM li meta tirċievi applikazzjoni biex istituzzjoni finanzjarja tingħata liċenzja, il- proċess ta' valutazzjoni, jinkludi wkoll verifiki fuq il-kompetenza u l-integrità tal-persuni kkonċernati, inklużi d-diretturi, l-uffiċjali ewlenin u s-sidien diretti u indiretti. a din gazzetta talbet lill- MFSA tispjega jekk dan ifissirx li kienet sabet lis-sid tal-Bank Pilatus, Ali Sadr Hasheminejad, "kompetenti u integru," kelliem għall-Awtorità wieġeb biss li "fejn l-MFSA tiskopri evidenza ta' nuqqasijiet, din tieħu l-miżuri enet l-ILLUM wkoll li żvletat kif l-applikazzjoni biex il-Bank jiftaħ u jopera f 'Malta bdiet fl- 2012 taħt Gvern Nazzonalista. Dokumenti ppubblikati fuq is-sit illum.com.mt juru kif ir-reġistrazzjoni saret fis-6 ta' Diċembru tal-2013 u l-liċenzja tingħata f 'Awwissu 2015. It- Trading Licence ngħatat lill- Bank Pilatus fl-2014. Minkejja n-natura serja ta' dak li sabet wara l-ewwel żjara, l-FIAU ma ddokumentatx jew inkella ma tatx raġunijiet jew argumenti validi dwar għalfejn ma ħassitx il-bżonn li timponi sanzjonijiet jew inkella miżuri oħra ta' superviżjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 July 2018