Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618
illum Il-Ħadd 15 ta' Lulju 2018 Sports 26 minn Cristian Antony Muscat FRANZA u l-Kroazja ser jikkontendu bejniethom it-trofew tant prestiġjuż tat-Tazza tad-Dinja f 'partita ferm mistennija li ser tintlagħab fil- Luzhniki Stadium. Iż-żewġ timijiet kienu ferm konsistenti matul din l-edizzjoni u minbarra li ma sofrew l-ebda telfa, kellhom plejers individwali li għamlu d-differenza kollha. Fuq naħa nsibu lil Kylian Mbappe ta' Franza filwaqt li fuq in-naħa l-oħra hemm Luka Modric tal-Kroazja li kollha kemm huma taw kontribut sabiex tasal din il-ġurnata tant speċjali għalihom. Franza jibdew bħala favoriti li jiksbu s-suċċess finali minħabba l-esperjenza li għandhom f 'kompetizzjonijiet ta' dan il-livell. Għall-Kroati din ser tkun esperjenza unika li ser jippruvaw jieħdu li jistgħu minnha u saħansitra jirbħu din it-tazza ferm rinomata għall-ewwel darba. Dawn tal-aħħar magħrufa għall- ispirtu kumbattiv li juru waqt il-partita u dan seta' jiġi nnutat waqt l-aħħar tliet partiti tagħhom ta' eliminazzjoni diretta meta kienu minn taħt kontra d-Danimarka, ir-Russja u l-Ingilterra iżda rnexxielhom ixaqilbu l-miżien favurihom. Għal Franza din ser tkun it-tielet finali tat-Tazza tad- Dinja wara li għamlu dan b'suċċess fl-1998 filwaqt li tilfu dik tal-2006 mal- Italja. Proprju 20 sena ilu fi Stade Saint Denis f 'Pariġi, il-kowċ preżenti Didier Deschamps għolla t-tazza bħala captain Franċiż u x-xewqa tiegħu hu li jerġa' jagħmilha f 'din il-kariga differenti li qed jokkupa. Les Bleus kellhom wirjiet tajbin f 'din il- kompetizzjoni fejn wara li spiċċaw l-ewwel fi grupp Ċ li kien jinkludi l-Awstralja, id-Danimarka u l-Perù għaddew mill- fażi eliminatorja minn fuq l-Arġentina, l-Urugwaj u l-Belġju. Kif għedna spikka fost kulħadd iż-żagħżugħ ta' 19-il sena Kylian Mbappe li flimkien ma' Antoine Griezmann skorjaw tliet gowls kull wieħed f 'din l-edizzjoni u xprunaw mhux ftit it-tim Franċiż. Il-veloċità ta' Mbappe hija waħda fenomenali u huwa kkunsidrat bħala theddida għal kull difiża avversarja. Huma ser jiffaċċjaw lill-Kroazja li għalihom hija l-ewwel esperjenza f 'finali ta' din ix-xorta. Proprjament kienu diġà ferm viċin li jagħmlu dan għoxrin sena ilu iżda dakinhar fl-edizzjoni li saret fi Franza setgħu jispiċċaw fit-tielet post wara rebħa fuq l-Olanda. Din id-darba jinsabu ferm viċin li jiktbu l-istorja għal pajjiżhom meta jinsabu fil- finali wara kompetizzjoni pożittiva ferm fejn wara li ddominaw grupp D li kien jinkludi lill-Arġentina ta' Messi, in-Niġerja u l-Iżlanda, kellhom immorru għal ħin barrani fi tliet okkażjonijiet biex eliminaw lid-Danimarka, ir-Russja u l-Ingilterra. Kif għidna Luka Modric u anke Ivan Rakitic kienu il-protagonisti prinċipali tat-tim immexxi minn Zlatko Dalic li bil-maġija tagħhom f 'nofs il-grawnd kienu l-muturi sabiex it- tim itellgħu okkażjonijiet perikolużi lejn il-lasti avversarji. Ta' dan qed japprofitta l-attakkant Mario Mandzukic li saħansitra skorja l-gowl rebbieħ kontra l-Ingliżi. Ta' min isemmi wkoll li l-plejer ta' Inter Ivan Perisic qed ikun ta' xewka fuq quddiem fejn anke hu sab ix-xibka f 'dik is- semifinali.Iż-żewġ timijiet m'għandhomx xi problemi kbar ta' injuries hekk kif Mario Mandzukic u Ivan Strinic qed jirkupraw minn uġigħ ħafif filwaqt li l-Franċiż Blaise Matuidi jista' jilgħab ukoll għat-tim tiegħu. Iż-żewġ timijiet jinsabu biss 90 minuta 'l bogħod jew ftit iktar milli jieħdu dan l-unur ferm prestiġġjuż fil-karriera ta' kull plejer. Ir-referi ta' din il-partita ser ikun l-Arġentin Nestor Pitana li inċidentalment ikkontrolla wkoll il-logħba tal-ftuħ. 20mm All round Bleed DRAGONFLIES AND DAMSELFLIES OF THE MALTESE ISLANDS DRAGONFLIES AND DAMSELFLIES OF THE MALTESE ISLANDS Charles Gauci coloured, actively along gardens these having as are and types number is these species species the stages of raise a public teaching State Nature until been years. early ornithological Guide of also was 'il- interest by now Charles Gauci P R E-P U B LI CAT I O N O FFER MediaToday is pleased to oer a pre-publication oer of €15.00 (original price is €20) including packaging and postage of the full-colour hardback edition of Dragonies and Damselies of the Maltese Islands by Charles Gauci published by Birdlife Malta. The pre-publication oer is valid until 27 July 2018 and is only available to residents of Malta and Gozo. Please send a cheque addressed to MediaToday, Vjal ir-Rihan, San Gwann together with your name, address and contact number Kollox lest għall- nali tat-Tazza tad-Dinja Franza Kroazja