Illum previous editions

illum 15 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Il-Ħadd 15 ta' Lulju 2018 | illum Valletta sena ta' preżenża Karmelitana f 'Malta Karmelitani li kienu jgħixu fil-kunvent tal-Lunzjata. Fosthom insibu ismijiet Maltin, bħal, pereżempju: "fra Guillelmus Cassar Prior Conuentus Sancte marice nuntiate" li tfisser patri Gugliermu Cassar pirjol tal- kunvent tal-Lunzjata. Billi kienu ħafna l-Maltin li bdew jingħaqdu mal-Karmelitani, il-kunvent sar żgħir wisq għalihom, u fis-sena 1546 kellhom ikabbruh. Is-Sinjura Margerita D'Aragona ħadet ħsieb ukoll biex tħalli affarijiet li jkunu jistgħu jintużaw fil-knisja għal-liturġija fosthom kalċi tal-fidda li kellha f 'darha stess, par impulluzzi tal- fidda u affarjiet oħra sagri. Ma' dawn ħalliet ukoll l-artijiet kollha li kellha fl-inħawi magħrufa bħala ta' San Anard fir-Rabat, l-artijiet li kellha f 'Għawdex kif ukoll dar li kellha fl-Mdina, biex mid-dħul tagħhom tkun mantenuta l-knisja u jinxtraw il- paramenti u l-ornamenti meħtieġa. Illum dan il-kunvent u l-knisja jintużaw bħala 'Dar ta' talb' li nfetħet uffiċjalment fl-1990 u ġiet imbierka mill-Pirjol Ġenerali ta' dak iż-żmien Patri John Malley. Jekk induru ftit dawra mal-gżejjer tagħna u nidħlu f 'diversi knejjes insibu li ħafna minnhom għandhom inkwadru jew pittura tal- Madonna tal-Karmnu. Dan ġej mill-fatt li tul dawn is-600 sena ta' preżenża tal- patrijiet Karmelitani f 'Malta xterdet sew id-devozzjoni lejn il-labtu tal-Madonna. Meta raw li din id- devozzjoni qed tinfirex ma' pajjiżna, l-ewlenin patrijiet fittxew li jibnu kunvent fil-qalba tan-nies biex jkunu jistgħu jkomplu jxerrdu din id-devozzjoni. Għalhekk ftit wara li bdiet tinbena l-Belt Valletta, wara r-rebħa tal-Assedju il-Kbir, il-Karmelitan Patri Ġwann Vella għamel talba lill-Ordni tal-Kavallieri biex jagħtuh biċċa art fejn seta' jibni kunvent u knisja ddedikati lill-Verġni Mbierka tal- Karmelu. Il-mexxej ta' dak iż-żmien, il-Granmastru Pietro del Monte laqa' bil- ferħ din it-talba u fis-27 ta' Lulju 1570 sar il-kuntratt tal-għoti tal-art. Patri Ġwann Vella f 'dik is-sena stess beda jaħseb għall-bini tal-kunvent u knisja taħt it-tmexxija tal-inġinier tal-Ordni tal- Kavallieri, Ġilormu Cassar. Sakemm tlesta x-xogħol, in-nies li kienu diġà jgħixu l-Belt kienu jinqdew b'kappella żgħira proviżorja. Nistgħu ngħidu li l-knisja ħadet tmienja u tletin sena biex tlestiet fl-1608. Ta' min jinnota li l-Ordni ta' San Ġwann għenet ħafna fil-bini ta' din il-knisja billi ħafna Kavallieri ħalsu personalment għall-bini tal- kappelli laterali. Mill-viżta pastorali tal- Isqof Dusina fi-Frar tal-1575 insibu rakkont dettaljat ta' x'kien fiha l-knisja proviżorja sakemm tlestiet dik ta' Ġilormu Cassar. Din il-knisja kienet iddedikata lit-tħabbira tal-Mulej (il- Lunzjata) u serviet bħala l-ewwel parroċċa fil-Belt Valletta. Il-knisja mibnija mill- Inġinier Ġilormu Cassar kellha għamla sempliċi b'nava waħda mdaqqsa u b'għaxar kappelli laterali. Din il-knisja kienet twila madwar 150 pied u 50 pied wiesgħa, u kellha wkoll koppla baxxa u kampnar. L-amministratur Appostoliku, Mons. Antonio Buhagiar ikkonsagra l-knisja fis-6 ta' April 1886. Sfortunatament fit-Tieni Gwerra Dinjija waqt wieħed mill-attakki kbar mill-ajru li saru fuq il-Belt Valletta fl-4 ta Marzu 1942 din il-knisja ġarrbet ħsarat kbar. Meta l-patrijiet raw il-ħsarat li ġarbet iddeċidew li jibnu knisja ġdida. Din bdiet tinbena fit-30 ta' April 1958. Il-Pirjol Ġenerali li f 'dik is-sena kien Malta għall- kapitlu Provinċjali bierek l-ewwel ġebla ta' din il- knisja li nbniet fuq pjanta ta' Ġużè Damato. Ix-xogħol baqa' għaddej sakemm tlesta 23 għoxrin sena wara fil-15 ta' Ġunju 1981 meta l-Pirjol Provinċjali Patri Manwel Gatt bierek il-knisja l-ġdida. Il-knisja Karmelitana fil-Belt Valletta għandha d-dinjità ta' Santwarju u Bażilika Minuri u fiha nsibu statwa mill-isbaħ tal-Madonna tal-Karmnu fl-injam li kien maħsub li setgħet ġiet skolpita f 'Napli fis-sena 1781. Din l-istatwa għandha pedestall rikk tal-fidda, xogħol artistiku fuq disinn ta' Abram Gatt minn Bormla. Il-bradella u l-bankun huma kollha xogħol artistiku ta' interzjar fl-injam. Bħalissa fil-ġranet tal-festa l-istatwa titqiegħed taħt pavaljun ta' bellus aħmar. Nistgħu ninnotaw ukoll li l-vara tal-Madonna hija mżejna b'diversi ornamenti prezzjużi li jixdhu x'devozzjoni qawwija li għandhom in-nies lejha. Din il-knisja hija wkoll Santwarju Marjan għaliex fiha hemm l-inkwadru titulari antik tal-Madonna tal-Karmnu li ġiet inkurunata b'digriet tal- Vatikan fl-1881. Wara li saret it-talba mill- Karmelitani biex il-knisja tiġi mgħollija għad-dinjità ta' Bażilka Minuri, il-Papa Ljun XIII laqa' din it-talba b'digriet tat-13 ta' Mejju 1895. Sal-lum huma ħafna n-nies minn kull rokna ta' Malta u Għawdex li jfittxu dan is-Santwarju f 'diversi sitwazzjonijiet u diffikultajiet tal-ħajja, biex il-Madonna tal- Karmnu tgħinhom u tidħol għalihom. Nieħu din l-okkazzjoni biex nawgura l-festa t-tajba lill-Karmelitani Beltin u lid-devoti tal-Madonna tal- Karmnu. Il-vara tal-Madonna tal-Karmnu li tinħareġ f 'purċissjoni fis-16 ta' Lulju

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 July 2018