Illum previous editions

illum 15 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 31

illum | Il-Ħadd 15 ta' Lulju 2018 W aqt li kont mistieden fuq programm tar-Radju fuq Net FM, bl-isem ta' Follow Up ippreżentat minn Dulcima Aquilina, ċempel semmiegħ li hu pensjonant, jokrob u jgħid li qed jgħix il-faqar, aktar u aktar meta ġie mċaħħad minn dak li hu tiegħu. Meta għamilt ir-riċerka tiegħi, sibt kemm dan il-pensjonant għandu raġun biex ibigħ. Eluf ta' pensjonanti ġew imċaħħda minn dak li hu tagħhom bi dritt u għadhom sal-lum il-ġurnata jbatu l-konsegwenza ta' deċiżjoni li ttieħdet permezz ta' Ligi taħt l-amministrazzjoni tal-eks Prim Ministru Duminku Mintoff fl-1979. Din il-liġi ċċaħħad lil dawn il-pensjonanti li taw servizz lis-soċjetà Maltija taħt l-iskuża tad-deċiżjoni inġusta ta' Mintoff li kienet tgħid li ħadd m'għandu jieħu aktar minn pensjoni waħda, anki jekk bi dritt huma intitolati (għax ħallsu għaliha) għal pensjoni kontributorja u l-pensjoni tas-servizz . Il-pensjonanti li qed nitkellem dwarhom, magħrufa bħala tas-servizz, tinkludi lil dawk li ħallew l-impjieg tagħhom mal-Gvern biex marru jaħdmu ma' kumpaniji privati, lil dawk li kienu mħallsin mill-Gvern Ingliż, simili għall-ħaddiema taċ-ċivil iżda minflok kienu mħallsin mil-Gvern Ingliż. In-numru ta' dawn il-ħaddiema kienu bl-eluf, għalhekk inqalgħet problema kbira meta l-Ingliżi telqu minn Malta. Ma' dawn kien hemm ukoll it-tobba u l-professjonisti oħra li ħallew pajjiżhom u ħadmu għall- Gvern Malti. Sadanittant l-ebda Gvern ma sab tarf ta' kif se jsolvi is-serqa lill-pensjonanti, permezz ta' din il-liġi xejn popolari, minħabba li ħolqot diversi inġustizzji. Nieħu l-opportunità nsellem l-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Pensjonanti tas-Servizz, magħrufa bħala l-NASP (National Association of Service Pensioners), liema assoċjazzjoni ġiet iffurmata minn grupp ta' pensjonanti milquta. Din l-assoċjazzjoni ġiet imwaqqfa madwar tmien snin ilu. Ta' min isemmi li assoċjazzjoni oħra, il-British Civil Service Association, li tħaddan fiha eluf ta' membri, kienu influwenzaw lill-Mexxej Laburista ta' dak iż-żmien Dr Alfred Sant, biex isib rimedju dwar din il-liġi u tkun parti mill-manifest elettorali tal-Partit Laburista tal-elezzjoni tal-1996. Filwaqt li Dr Sant kien fehem din il-preokkupazzjoni ta' dawn il-pensjonanti, però ma tantx kellu ċ-ċans jaħdem dwarha. Kellu jkun il-Prim Ministru Lawrence Gonzi li fehem u wettaq fil-prattika, azzjoni favur dawn il-pensjonanti misruqa sa mill-1979. Il-pensjonanti ta' din il- kategorija setgħu jaraw għall-ewwel darba raġġ dawl, għax tal-inqas feġġ l-ewwel Prim Ministru li rrikonoxxa l-karba ta' dawn il-pensjonanti. Il-Prim Ministru beda jirrikonoxxi bil-mod il-mod lil dawn, billi tahom aġġustament ta' Lm200. Bla dubju, uħud mill-pensjonanti laħqu mietu u baqgħu b'xejn. Anki dawk li bdew jibbenefikaw minn dan l-aġġustament, ma setgħu qatt jiġu kkompensati mill- Gvern, b'paragun ma' dak li ġa nsterqilhom. Aktar u aktar meta Malta addottat il-munita ewro fl-2005, u l-200 baqgħet 200. Flok 200 lira, ingħataw 200 ewro minħabba riċessjoni fil-pajjiż. Dan ifisser li dan l-aġġustament naqas bin- nofs. Filfatt b'dikjarazzjoni riċenti mill-Ministru tal- Finanzi Edward Scicluna, wara li saritlu pressjoni, qal ċar u tond li jrid mal-erbgħin miljun biex jindirizza din l-isfida u ssir ġustizzja ma' tant pensjonanti. Madwar tliet snin ilu, il-membri fi ħdan l-NASP għamlu pressjoni oħra, din id- darba fil-Parlament Ewropew ta' Brussell, fejn talbu għall-arretrati u appellaw lill-Avukat Ġenerali u aktar tard lil Qorti Ġudizzjarju Ewropew, li lkoll kemm huma esprimew l-opinjoni tagħhom favur il-pensjonanti, liema opinjoni mibnija fuq l-istess linja tal-liġi Ewropea. Dawn il-pensjonanti għadhom sal-lum jissieltu għal dak li hu tagħhom bi dritt u b'mod ġust. Il-ġustizzja magħhom issir biss jekk jieħdu dak li hu tagħhom bl- arretrati. Hawnhekk il-Gvern ikun qed juri bil-fatti li huwa tassew Gvern li jisma', u li tassew għandu għal qalbu lill-pensjonanti li wħud minnhom qed iġarrbu faqar kbir. Tkellimt ma' wieħed minn dawn il-Pensjonanti, fejn qalli li sal-lum dan ġie misruq madwar €46,000. B'dawn il-keded u b' dawn l-inġustizzji ħallasniehom lill- pnsjonanti li kienu ta' servizz għal pajjiżna? Bis-surplus li hawn, possibbli ma nistgħux insibu mod kif nibdew naqtgħu d-dejn ma' dawn il-pensjonanti? Jekk sibna tant eluf ta' ewro f 'direct-orders lil ftit bnedmin magħrufa għal gwadann ta' aktar minn porzjon wieħed tat-torta, possibbli ma ħsibniex f 'min bata inġustizzja minn pajjiżu stess? Din hi l-agħar forma ta' diskrimnazzjoni li qed tiġi injorata minn min suppost huwa ta' eżempju. Dan minkejja li għandna Gvern li jipproġetta lilu nnifsu bħala Gvern paladin tal- pensjonanti! 20 Opinjoni IVAN BARTOLO Serq mill-pensjonanti Dawn il-pensjonanti għadhom sal- lum jissieltu għal dak li hu tagħhom bi dritt u b'mod ġust. Il-ġustizzja magħhom issir biss jekk jieħdu dak li hu tagħhom bl-arretrati

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 July 2018