Illum previous editions

illum 15 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1004618

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 15 ta' Lulju 2018 ISSETTUR tal-avjazzjoni sar wieħed b'kompetizzjoni ħarxa. Il-miġja tal-'low cost' kienet tfisser illi kumpaniji, bħal-linja nazzjonali tal-ajru l-Airmalta, bdew jiffaċċjaw kompetizzjoni minn linji tal-ajru oħrajn li kienu qed joffru prezzijiet in-nofs (jekk mhux inqas ukoll) ta' dawk li kienu qed joffru huma. Il-miġja ta' dawn il-linji tal-ajru, imma speċjalment Ryanair u Easyjet, fetħet il-bibien għal ħafna Maltin li forsi ma tantx kienu jsiefru minħabba prezzijiet irħas, imma wkoll tefgħet lil-linji tal-ajru bħall-Airmalta f 'sitwazzjoni xejn tajba. Ħafna bdew jabbandunaw il- linja nazzjonali, għal dak li ħassew illi jaqbel iktar għal buthom. Huwa f 'dan il-kuntest li saru diversi riformi biex l-Airmalta tiġi fuq saqajha, anke wara li għal snin kienet trattata bħal kull entità tal-Gvern u fiha ddaħħlu ħafna ħaddiema, uħud skont il-bżonn u oħrajn skont il- konvenjenza politika. Din il-ġimgħa bħala parti mill-programm ta' ristrutturar inqata' għalkollox l-ikel mingħajr ħlas minn fuq it-titjiriet tal-Airmalta, aħbar mogħtija mill-Ministru Konrad Mizzi u li ntlaqgħet b'diżappunt minn xi wħud li tawha għall-midja soċjali biex jikkritikaw il-fatt li dan l-imbierek bezzun mhux se jibqa' jkun servut fuq titjiriet tal-Airmalta. Fid-dawl ta' dan, il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn x'qed jiġri f 'dan is-settur u x'jagħmlu kumpaniji oħrajn bħal dik tal-Airmalta fuq titjiriet li jkunu short haul, jiġifieri li jdumu sa mhux wisq aktar minn tliet sigħat u li allura jkopru distanzi qosra. Għall-fini ta' dan l-eżerċizzju qed ninkludu biss passaġġi "normali", jiġifieri economy class. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Tagħna biss bla bezzun? L-ikel Il-bezzun fuq l-arjuplan dejjem iqajjem xi ftit ta' għagħa... imma l-Airmal- ta vvintat ir-rota meta waqfet tagħti l-ikel b'xejn? X'għamlu kumpaniji tal-ajru l-oħrajn fuq titjiriet qosra? L-ILLUM tagħti ħarsa... Sejħa għall-proposti rigward proġetti ta' l-akkwakultura ikkofinanzjati mill- Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 Il-Programm Operattiv Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-perjodu ta' programmazzjoni kurrenti, jagħti opportunitajiet ta' finanzjament lill-industrija tas-sajd u l- komunitajiet kostali sabiex jgħinhom jaddattaw għal kundizzjonijiet settorjali li dejjem qegħdin jinbidlu, filwaqt li jindokkra r-reżistenza ekonomika u s-sostenibbilità ekoloġika tagħhom. Il- Fond ser ikun qed jipprovdi assistenza bl-għan li jintlaħqu l-miri tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata, hekk kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru. 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Id-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi qegħda tinforma lill-benefiċjarji potenzjali li sejħa għall- proposti rigward proġetti ta' l-akkwakultura ġiet varata fit-13 ta' Lulju 2018. Artikolu 48(i) a-d, f-h Miżura II.2 Investimenti produttivi fl-akkwakultura Artikolu 48(i) e, i, j Miżura II.3 Investimenti produttivi fl-akkwakultura Effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, tnaqqis fl-użu ta' l-ilma u sustanzi kimiċi, sistemi ta' riċirkolazzjoni li jiminimizzaw l-użu ta' l-ilma Data finali għas-sottomissjoni tal-Applikazzjonijiet: 31 ta' Awwissu 2018 Din is-sejħa għandha allokazzjoni totali ta' madwar €2mn f'fondi pubbliċi eliġibbli (sehem l- Unjoni Ewropea u Malta). L-Awtorità ta' Ġestjoni qegħda tirriserva d-dritt li żżid jew tnaqqas din l-allokazzjoni. Sessjoni ta' informazzjoni ser tiġi organizzata fis-26 ta' Lulju 2018 fl- 10.00am fil-binja tad-Diviżjoni fi Triq il-Kukkanja, Sta. Venera. L-Applikazzjoni u l-annessi rispettivi jistgħu jitniżżlu mill-web link elenkata hawn taħt: http://eufunds.gov.mt/en/EU%20Funds%20Programmes/Agricultural%20Fisheries%20Fund/ Pages/News-and-Events.aspx Aktar informazzjoni u/jew reġistrazzjoni għas-sessjoni ta' informazzjoni (sal-20 ta' Lulju) tista tintalab fuq 22001108 jew via e-mail lil fpd.meae@gov.mt jew fuq www.eufundsmalta.gov.mt. Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 Parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) Rata ta' ko-finanzjament: 37.5% fondi Ewropej; 12.5% fondi nazzjonali; 50% fondi privati Investiment f'sajd u akkwakultura sostenibbli Għandek il-ġuħ? Ħallas..... Fuq ajruplan Ryanair, l-ebda ikel jew xorb mhu b'xejn fuq it-titjiriet kollha (Ryanair tagħmel titjiriet short-haul biss). Imma jekk vera jaqbdek il-ġuħ u tkun trid dak il- bezzun, tista' fil-fatt tixtri "ikla" sħiħa għal €10. Bezzun, xarba mhux alkoħolika bħal luminata f 'bott żgħir ħafna u xi pakkett żgħir tal-ħelu. Jew inkella tista' tixtri panina għal €5.50. Ryanair qatt ma offrew ikel bla ħlas. Trid tiekol? Ixtri... Fuq titjitra ta' Easyjet, l-ebda ikel jew xorb mhu b'xejn. Jekk qabdek il-ġuħ u vera għandek aptit bezzun, se jiswik €7 bħala parti minn "ikla" li tikkonsisti minn dan il-bezzun u xarba luminata u xi pakkett tal-ħelu. Easyjet qatt ma offrew ikel bla ħlas.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 July 2018