Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755
12 Ġ imagħtejn qabel il-poplu Malti joħroġ jivvota, il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Alex Agius Saliba, l-eks President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti u wieħed minn dawk il- kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li tista' ssejjaħlu 'tifel tal- partit.' Miegħu tħaddidna dwar l-aspettattivi politiċi tiegħu, kwistjonijiet jaħarqu bħall- imigrazzjoni, il-kaċċa u l-abort kif ukoll ir-ruħ tal- partit tal-ħaddiem. Nibdew din l-intervista billi nistaqsih għalfejn ħass il-ħtieġa li joħroġ għal din l-elezzjoni. Agius Saliba pront jibda biex jispjega kif id-deċiżjoni tiegħu kienet imqanqla mis-sejħa tal- Prim Ministru. "Wara snin nagħti l-impenn tiegħi fil-partit f 'karigi għal qalbi, kont bdejt naħseb biex niffoka fuq il-karriera u l-familja tiegħi, hekk kif kont għadni kemm iżżewwiġt." Huwa jkompli jirrakkonta, "f 'Ġunju sejjaħli l-PM u inkoraġġini biex nikkontesta u qalli li dan ma kienx il-ħin opportun biex nieħu pawża. Fl-aħħar nett," jgħid Agius Saliba, "ma tistax tirrifjuta talba bħal dik. Tkun qed idawwar wiċċek għall-pajjiż." Dlonk staqsejtu jekk ippreferiex jistenna l-elezzjoni ġenerali minflok jikkontesta din tal-Parlament Ewropew. Huwa jgħid li grazzi għall- kompetenza u l-attiviżmu politiku tiegħu, il-Parlament Ewropew kien il-pass naturali għalih. "Speċjalizzajt fuq il-liġi Ewropea u ħdimt ukoll f 'diversi istituzzjonijiet relatati mal-ħidma tal-UE. Din il-kompetenza flimkien mal-attiviżmu politiku tiegħi, li dejjem kien mifrux u mhux ristrett għal lokalità waħda, huma żewġ raġunijiet fost ħafna għaliex għażilt li nikkontesta din l-elezzjoni," spjega l-Kandidat Laburista. U jekk fil-25 ta' Mejju l-poplu Malti jafda fih, x'jista' joffri ġdid Agius Saliba lid-delegazzjoni Maltija fl-UE? Huwa jgħid li jrid jaħdem sabiex ibiddel it-tendenza li l-UE tapplika direttivi u regolamenti ma' kull pajjiż irrispettivament mill-bżonnijiet tagħhom u li skontu qed jaffettwaw ċertu setturi bħal dak tal- agrikoltura. "Wieħed mill-akbar sfidi li għandna bħala pajjiż huwa dan u għalhekk għandna nużaw il-PE biex niddiskutu dawn il-kwistjonijiet u mhux nattakkaw biss. Ma jistax ikun li regolamenti li jkunu applikati għas- superpotenzi tal-UE jkunu applikati fil-konfront tagħna. Qed jaffettwaw b'mod negattiv il-ħaddiema tagħna," saħaq Agius Saliba. Żied jgħid li ma jistax jibqa' jkollna tliet Ewroparlamentari jattakkaw u tlieta oħra jiddefendu. "Aħna wisq żgħar, l-iżgħar delegazzjoni fl-Unjoni Ewropea, ir-riżorsa tagħna rridu nużawha aħjar." 'L-UE għamlet 'show' b'Malta fuq il-kwistjoni tal-kaċċa' Għalkemm għal ċertu Maltin il-vot huwa l-11-il kmandament, it-turnout f 'dawn l-elezzjonijiet dejjem tkun anqas minn dawk ġenerali. Għalhekk staqsejt lil Agius Saliba: għalfejn għandhom joħorġu jivvutaw in-nies? Hu jisħaq li, għalkemm jiltaqa' ma' nies diżillużi, hu jemmen li turnout se tkun anqas madwar l-UE kollha, hu dejjem iħeġġeġ lin-nies joħorġu jivvutaw għaliex inkella jitilfu d-dritt tal- għażla u d-dritt għall-vuċi fl-Ewropa. Pront nagħmillu mistoqsija oħra fuq dan ir-rigward. Imma għalfejn għandhom joħorġu jivvutaw jekk għal ħafna l-PE huwa 'bla snien', minħabba n-nuqqasijiet leġiżlattivi. Huwa jirrispondi u jiċħad kompletament dan l-argument, "minn trattat għall-ieħor il-PE ngħata aktar saħħa. Mhuwiex minnu li l-PE huwa ħafna paroli u azzjonijiet xejn, dan kien instrumentali sabiex daħħal ammont kbir ta' leġiżlazzjonijiet fosthom dawk ta' drittijiet soċjali. Kieku ma kienx il-PE, dawn qatt ma raw id-dawl tax- xemx," jirrimarka Agius. Fost dawk li m'għandhom l-ebda interess li joħorġu jivvutaw hemm għadd ta' kaċċaturi u nassaba, li fis- snin li għaddew ħassewhom ingannati bil-politika Ewropej fuq is-suġġett. Tant hu hekk li minkejja li rebħu r-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa, il-kumitat ORNIS iddeċieda li jwaqqaf il-kaċċa għall-gammiem din ir-rebbiegħa filwaqt li l-insib jinsab wieqaf fuq ordni tal-istess UE. Fuq din il-kwistjoni donnha bla tmiem, x'jaħseb Agius Saliba? Din battalja mitlufa? Pront jiċħad u jgħid li, "żgur li le, qatt mhi battalja mitlufa. Huwa importanti li joħorġu jivvutaw għaliex l-UE għamlet spettaklu bina għax pajjiż żgħir u fl-istess waqt għandek pajjiżi oħra li qed jagħmlu atroċitajiet gravi u li mhux jimxu mal- elementi tas-sostenibbilità, fosthom il-Portugall," qal il-kandidat. Żied jgħid li bħala politiku mhu se jaċċetta qatt li jittieħdu deċiżjonijiet ta' 'two wieghts, two measures.' Jekk is-sostenibbilità hi għal qalbna, irridu nsibu l-għerq tal-problema, li hija fost l-oħrajn, dik il- prattika f 'pajjiżi barra l-UE li permezz tagħha ssir kaċċa bl-addoċċ." U l-politiċi Maltin kemm tal-Gvern u dawk tal-Ewropa setgħu qabżu aktar għad-drittijiet tal- kaċċaturi? Huwa jgħid li skontu l-Gvern għamel l-impossibbli għaliex fetaħ l-istaġun minkejja l-pressjoni li jiffaċċja. Fil-fatt il-Gvern fetaħ l-istaġun tal-kaċċa għas- summien. "Ħaddieħor farfar, qabad u għalaq għalkollox. Aħna għidna li dan huwa dritt u investejna sabiex niġġieldu dan il-każ quddiem il- Qorti Ewropea," sostna l-kandidat. Madanakollu, huwa jammetti li l-Ewroparlamentari Intervista illum | Il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter 'L-MEP's Maltin kollha setgħu jkunu Inutli noqogħdu niddiskutu l-kaċċa lejlet elezzjoni mbagħad ħadd ma jnissel kelma f 'ħames snin. " " Tifel tal-partit b'ċans tajjeb għat-tielet siġġu, Alex Agius Saliba intervistat mill-gazzetta ILLUM… X'jaħseb dwar il-kaċċa? Il-Partit Laburista għadu tal- ħaddiem? Għalfejn kontra l-abort? U fuq l-imigrazzjoni x'jaħseb?