Illum previous editions

ILLUM 12 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

illum | Il-Ħadd 12 ta' Mejju2019 5 VotEWROPA 2019 li vvutaw PN huma 70.5% li se jerġgħu jagħmlu l-istess. Dan hekk kif aktar Nazzjonalisti beħsiebhom jivvutaw AD u 14.8% minn dawk li vvutaw PN fl-2017 ma jafux kif se jivvutaw. Meta tħares lejn in-numri tirrealizza li biex din is- sorpriża sseħħ irid ikun hemm wieħed minn dawn il-fatturi: l-ewwel, dawk in-Nazzjonalisti li qed jgħidu illi mhux se jivvotaw, fil-fatt jivvotaw u jivvotaw lill-PN, jew inkella jiżdiedu dawk il-Laburisti (bħalissa 7.6% mill-vot Laburista fl-2017) li qed jgħidu illi mhux se jivvotaw jew inkella aktar Laburisti jiddeċiedu li jivvotaw lil Lowell jew inkella hemm fattur enormi ta' nies li qed jgħidu li se jivvutaw mod, imbagħad jagħmlu ieħor. Hu x'inhu, ix-xenarju li l-PN inqas id-distakk u jnaqqsu b'10,000 hija diffiċli u xenarju li ftit persuni fid-dinja politika u medjatika ta' Malta qed jikkontemplaw. Jekk isseħħ din il-possibbilità u d-distakk jonqos għal 20,000-25,000 tkun rebħa kbira ħafna għall-PN u Delia jkun assigura postu sal-2022, filwaqt li tkun tbeżbiża tajba għall-Gvern ta' Muscat u probabbilment dan it-tip ta' distakk jassigura wkoll li Muscat jibqa' biex jipprova jerġa' jikseb dak li tilef sal- 2022. S'issa s-sondaġġi, xjentifiċi u le, qed juru illi din il- possibbilità hija remota ħafna. Il-Gvern iżid id-distakk u jaqbeż il-50,000 Jekk dawk li ma jafux kif se jivvutaw jinqasmu, il-PN ma jirkuprax il-voti tiegħu li ma jridux jivvutaw, il- Labour jikkonvinċi lil dawk li ma jridux jivvutaw u l-PN le, nidħlu fiċ-ċans illi naraw id-distakk jerġa' jiżdied mill-aħħar elezzjoni u jilħaq ammonti rekord. Dan fil-fatt mhux xi xenarju impossibbli u huwa iktar reali mix-xenarju 'sorpriża' illi fih il-PN inaqqas id-distakk. Naturalment din tkun sorpriża kerha ħafna għall- Partit Nazzjonalista. Dan ix-xenarju fil-fatt jerġa' jitfa' lill-PN f 'turbulenzi u żmien ta' inkwiet politiku serju, filwaqt li taf theżżeż lit-tmexxija ta' Delia. Cassola, PD jew AD itellgħu MEP Fil-bidu ta' dan l-artiklu għidna illi hemm vot ta' protesta u dan jista' jmur għand Lowell. Naturalment hemm ħafna votanti oħrajn li ma jridux jivvutaw lill-PN jew il-PL, imma li qatt mhux se jaslu jivvutaw lill-Imperium Europa. L-Alternattiva Demokratika, għandha bażi ta' appoġġ, jiġifieri nies li dejjem ivvutaw lilha. Imma kif nafu dan mhux biżżejjed biex l-AD tagħmel ħoss u allura se jkollha bżonn tattira dawk il-votanti li xebgħu sal-ponta ta' mneħirhom bil-qerda tal-ambjent u l-kostruzzjoni kullimkien. Mina Tolu, minkejja wirja ħażina ħafna fl-ewwel dibattitu tal- Awtorità tax-Xandir, għandha karatteristiċi li jinżlu tajjeb mal-votant liberali, moderat u b'kuxjenza ambjentali. Flimkien ma' Carmel Cacopardo tista' tattira xi ftit ta' voti mill-partiti ikbar. Il-Partit Demokratiku se jiddependi ħafna fuq il-vot ta' protesta Nazzjonalist. Fejn qabel seta' deher illi l-PD għandu ċans li jmur tajjeb b'votanti diżillużi bit-tmexxija ta' Delia, fl-aħħar ġimgħat u xhur deher dejjem iktar ċar li din is-sezzjoni ta' Nazzjonalisti iktar qed tħares lejn vot lil David Casa u Roberta Metsola milli lil partit ieħor. Dan allura jikkomplika l-affarijiet għall- PD li kuntrarjament għall-AD m'għandux xi bażi ta' votant tradizzjonali. Jista' jkun li jagħmel ftit ħoss Godfrey Farrugia, eks Ministru u eks Deputat Laburista, għalkemm fl-ewwel ġimagħtejn tal-kampanja (din l-analiżi nkitbet nhar it-Tlieta li għadda) ma tantx deher jikkampanja wisq. Fl-ewwel ftit tal-kampanja, kważi l-ewwel nofs, il-PD ma tantx deher wisq entużjast. Finalment, hemm kandidati indipendenti. Għalkemm wieħed ma jista' jeskludi xejn jidher illi l-aktar kandidat indipendenti li għandu ċans jikseb ammont rispettabbli ta' voti huwa Arnold Cassola. Cassola mhux ġdid għal din l-elezzjoni u huwa l-kandidat illi kiseb l-akbar numru ta' voti f 'isem l-AD f 'kull elezzjoni li qatt ipparteċipa fiha dan il-partit. Fl-2004 Cassola kien kiseb ammont kbir ta' 22,938 vot u allura, sena wara d-dħul ta' Malta fl-UE, l-AD kienet għamlet l-akbar suċċess tagħha. Fl-2009 iżda reġa' niżel biex kiseb 5,235 u fl-2014 baqa' prattikament l-istess u kiseb 5,891 vot. F'kull każ hu kien l-akbar porzjon ta' voti lill-AD. Imma allura dawk kienu voti 'tiegħu' li se jivvotaw lilu dejjem, jew kienu voti tal-AD li allura issa se jabbandunawh għax m'għadux mal-AD? Dak narawh f 'Mejju li ġej.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 May 2019