Illum previous editions

ILLUM 12 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

Ix-Xewkija: lokalità oħra leali lejn il- Partit Laburista Bħas-Sannat, ix- Xewkija huwa wkoll raħal Għawdxi fejn l-appoġġ lejn il- Partit Laburista qatt ma naqas. L-aħħar tliet elezzjonijiet lokali fix-Xewkija saru fl-2005, fl-2008 u fl-2013 u l-Partit Laburista dejjem kiseb 'il fuq minn 60% tal-voti. Fl-elezzjoni lokali tal-2005, elezzjoni li saret waħedha, il-Partit Laburista kiseb 66% tal-voti. Dakinhar huwa rebaħ 1,181 vot u l-Partit Nazzjonalista ġab 582 vot. L-elezzjoni lokali li kien imiss saret fl-2008, mal-elezzjoni ġenerali li rebaħ il-Partit Nazzjonalista. Dik is-sena, iż-żewġ partiti żiedu fil-voti, biex il-Partit Laburista kiseb 1,423 vot (65%) u l-Partit Nazzjonalista ġab 782 vot jew 35%. L-aħħar elezzjoni lokali saret mal-elezzjoni tal-2013 li rebaħ il- Partit Laburista. Fix-Xewkija reġa' rebaħ il-kunsill bi kbir, b'distakk ta' 878 vot. Il- Partit Laburista kiseb 1,600 vot (67%) u l-Partit Nazzjonalista 722 vot. Din is-sena x'aktarx li inqas nies se joħorġu jivvutaw minn kemm ivvutaw fl-elezzjonijiet lokali tal- 2013 u l-2008. Madanakollu, anke jekk iż-żewġ partiti x'aktarx li se jnaqqsu fil- voti, jekk it-tendenza tirrepeti ruħha, il-Partit Laburista jista' jserraħ rasu wkoll minn dan ir- raħal. Għax-Xewkija, il-Partit Nazzjonalista ħareġ żewġ kandidati, jiġifieri kandidat aktar minn kemm għandu kunsilliera attwali. Madanakollu dan xorta waħda jfisser li ma ħariġx biżżejjed kandidati biex jirbaħ maġġoranza f 'dan il-kunsill. F'isem il-Partit Laburista qed jikkontestaw ħames kandidati. Iż-Żebbuġ: il-voti tas-Sindku jistgħu jfissru daqqa ta' ħarta għall-PN Iż-Żebbuġ, lokalità li tiġbor fiha wkoll il-lokalità turistika ta' Marsalforn, liema lokalitajiet dejjem taw il-maġġoranza lill-Partit Nazzjonalista, iżda din is-sena, l-istorja taf tkun xorta oħra u dan wara li s-Sindku Nazzjonalista se jikkontesta bħala kandidat indipendenti. Fl-elezzjoni lokali tal-2007, sena qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2008, il-Partit Nazzjonalista kiseb 62% tal- voti fiż-Żebbuġ. B'kollox, il-Partit Nazzjonalista kiseb 769 vot u l-Partit Laburista kiseb 455 vot. L-elezzjoni lokali li kien imiss saret fl-2012, ukoll sena qabel elezzjoni ġenerali li rebaħ il-Partit Laburista. Iż-żewġ partiti naqsu fil-voti tagħhom, iżda l-Partit Nazzjonalista żied il-maġġoranza tiegħu meta kiseb 64% tal-voti. Dik is-sena, il- Partit Nazzjonalista ġab 699 vot u l-Partit Laburista kiseb 385 vot. L-aħħar elezzjoni lokali fiż-Żebbuġ saret mar-referendum dwar il-kaċċa tal-2015. Għal xi raġuni, il-Partit Nazzjonalista naqqas drastikament il-maġġoranza tiegħu, mhux għax ma żiedx voti, iżda għax il-Partit Laburista żied drastikament il-voti tiegħu. Tant hu hekk li jekk fl-2012, il- Partit Laburista kiseb 35% tal-voti, fl-elezzjoni tal-2015, kiseb 47%, biex il-Partit Nazzjonalista kiseb 52% tal-voti. B'kollox, il-Partit Nazzjonalista kiseb 822 vot u l-Partit Laburista kiseb 732 vot, biex id-distakk kien ta' 90 vot. F'dawn l-elezzjonijiet qatt ma tista' taqta' linja. L-uniku ħaġa ċerta f 'din il-lokalità hija li għalkemm iż-Żebbuġ kienet fortizza Nazzjonalista, id-distakk fl-2015 ma kienx daqshekk kbir u din is-sena, il-voti tas-Sindku Nicky Saliba jistgħu jilagħbu logħba importanti, dan hekk kif mhux se jikkontesta mal- Partit Nazzjonalista (kif għamel fl-aħħar snin), iżda ħiereġ bħala kandidat indipendenti. Saliba, fl-aħħar elezzjoni lokali, ġab 376 vot. Apparti s-Sindku, fiż-Żebbuġ se jikkontesta kandidat ieħor indipendenti u wieħed għad irid jara mingħand min se jnaqqar il-voti. Il-Partit Laburista għandu erba' kandidati għal dan il-Kunsill u l-Partit Nazzjonalista qed joħroġ ħames kandidati. illum | Il-Ħadd 12 ta' Mejju2019 9 VotEWROPA 2019

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 May 2019