Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755
Sports 25 Il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 | illum minn Cristian Antony Muscat LEE Galea - captain ta' Santa Lucia FC u li kien xprun ewlieni biex Santa Lucia jiksbu promozzjoni storika għall-ewwel darba mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni għall-Kampjont Premier. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Niftakarni żgħir insegwi xi logħba man-nannu fuq it-televixin. Il-ġenituri id-dar ma kinux isegwu daqhsekk il-futbol però n-nannu kien jeħodni anke l-grawnd miegħu naraw lill- Floriana. Bdejt mal-Luxol ta' ħames snin, u ovvjament tiltaqa' ma' tfal oħra f 'atmosfera organizzata mmens utkun iebsa biex titbiegħed minnhom. Ta' sitt snin però bdejt fin-nursery ta' Floriana fej għamilt 13-il sena hemm. X'tikkummenta fuq l-esperjenza preżenti tiegħek ma' Santa Lucia? Ninsab kuntent ħafna ma' dan il-klabb li huwa wieħed trankwill li jaħdem bil-għaqal u jemmen fit-talent taż-żgħażagħ. Forsi għandi rwol ta' naqra aktar responsabbiltà li meta tieħu rispons pożittiv kemm mill- plejers kif ukoll mill-kumitat tagħmel l-esperjenza nnifisha aktar interessanti u pjaċevoli. X'tikkummenta fuq il-promozzjoni storika li rnexxielkom tiksbu għall- Kampjonat BOV Premier? Bla dubju dan huwa mument storiku għal Santa Luċia, mhux biss għal dawk li jsegwu l-futbol imma wkoll għar- raħal kollu. Saret ħidma bil-għaqal min-naħa tal-kumitat b'akkwist importanti tal-kowċ Oliver Spiteri li wassal għal dan il-promozzjoni li għal ħafna plejers hija esperjenza ġdida. X'tikkummenta fuq il-fatt li għadek kemm ilħaqt it-tragward tal-100 partita fil-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni? Onestament, ma nafx kif għaddew! Ħassejtni l-istess meta kont għaqqadt il-mitt logħba fil- Premier. L-isbaħ ħaga wara kollox hija l-logħba li jkun imissek fil-weekend - dik hi l- motivazzjoni li żammitni s'issa biex nibqa' għaddej. Bla dubju turi d-determinazzjoni li kull logħba, f 'kull mument u ġieli anke meta ma tkunx 100% f 'sikktek fiżikament, tkun hemm biex tgħin lill- klabb tiegħek. X'taħseb dwar dak kollu li urejtu bhala tim matul l-aħħar staġun? Fl-ewwel rawnd irnexxielna naddattaw sistema għal tip ta' plejers li kellna - ħafna pussess tal-ballun u niddominaw fil-fażi offensiva. Konna ta' sorpriża u nemmen li kieku ma kinux żbalji li ddeterminaw xi riżultati, konna niksbu l-promozzjoni aktar qabel. Sforz ta' tluq ta' plejers u injuries li kellna minn Jannar 'l hawn, battejna ftit fir-ritmu però nħoss li rkuprajna mis-sitwazzjoni u erġajna konna dominanti fil-logħob tagħna. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- Premier? Ma naqbilx. Ġew miżjuda t-timijiet biex forsi jiġu nnutati plejers Maltin jilagħbu wara l-introduzzjoni ta' seba' plejers barranin. Però, m'għandux ikun dan l-iskop. It-tragward irid ikun li ngħollu l-livell tal-Premier u b'żieda ta' timijiet li m'għandomx plejers ta' livell, m'huwiex il-pass 'il quddiem għall- futbol Malti. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt fl-Ewwel Divizjoni? Differenza dejjem ikun hemm għax min ikun qed jisfida għall- unuri, jinvesti f 'aktar plejers forsi ta' esperjenza u flok tliet barranin, jinvesti f 'ħamsa. Però, diskrepanza kbira m'hemmx. Jintilfu ħafna punti minn ta' fuq ma' dawk it-timijiet ta' isfel matul il-kampjonat. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Dan huwa suġġett vast ħafna. Nemmen li xi darba jew oħra trid tiġi aċċettata li biex ngħollu l-livell tal-kampjonat Malti, irid jinfetaħ is-suq għall-barranin, ovvjamennt, bl-inklużjoni ta' plejers Maltin imrawwmin min-nurseries. Però, inħoss li għadna mhux lesti għaliha. It-timijiet kwazi kollha fil-kampjonat Malti huma amateurs, bla struttura ta' xejn. Ħafna klabbs lanqas biss għandhom grawnd jew faċilitajiet tagħhom fejn jitħarrġu jew lanqas għandhom nursery fejn irawmu lit-tfal. Bla dubju jridu jonqsu l-klabbs ġewwa Malta. Il-klabbs li m'għandhomx faċilitajiet jew finanzi biżżejjed biex irawmu klabb u jtellgħu plejers professjonali jridu jinqatgħu. Irridu nneħħu naqra mill- kburija li għandna u naċċettawha li ma nistgħux nibqgħu nżidu nurseries u klabbs għax il-livell qed ikompli jonqos. L-istruttura u l-mentalità sħiħa trid tinbidel. Irridu naħdmu biex intellgħu lit-tfal f 'livell għoli kemm jista' jkun b'mod professjonali, u mbagħad forsi xi darba niftħu s-suq tal- barranin u jkunu jistgħu jikkompetu maż- żgħażagħ tagħna. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Iva naqbel, però hija ċara li hawn klabbs Maltin li m'għandhomx biżżejjed plejers min-nursery li jistgħu jużaw jew inkella sfortunatament, finanzjarjament ikun jaqbillhom aktar li jġibu barrani jkun min ikun, milli jissellfu jew jixtru plejer lokali. Qed jiġu barranin b'pagi baxxi ħafna, l-aqwa li jkunu telqu minn pajjiżhom b'livell baxx ta' futbol, li qegħdin jieħdu post il-plejers Maltin. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat Premier? Fuq grawnds b'mod ġenerali għandna problema kbira, però naħseb li l-art ġdida tal-Istadium Nazzjonali u s-Centenary Stadium jinsabu fi stat aħjar mis-snin ta' qabel. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul l-aħħar staġun? Hawn nuqqas kbir ta' referis, però l-maġġoranza tar-referis, naħseb li kellhom staġun tajjeb matul l-aħħar staġun. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal- futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Sfortunatament, mhumiex is- sagrifiċċji tagħna biss li jridu jew riedu jsiru biex ikollok karriera fil-futbol. Min-naħa tagħna li trid titħarreġ kuljum, xemx u xita u li toqgħod lura minn xi mawra mal-ħbieb jew ma tistax tippjana meta trid int huma sagrifiċċji li lesti nagħmlu għar-raġuni li nħobbu dak li nagħmlu u nħobbu b'passjoni l-logħba tal-futbol. Però, ta' madwarna bħall-ġenituri u l-mara li min jaf kemm qagħdu lura minn affarijiet biex jgħinu lili u jagħtu s-sapport tagħhom fil-ħażin u fit-tajjeb huma sagrifiċċji li jagħmlu b'rispett tagħna . Waħdek diffiċli tirnexxi, però ovvjament mingħajr passjoni u determinazzjoni ma tagħmilhiex żgur speċjalment fl-ogħla livell. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol? Mhux faċli li tlaħħaq. Din naħseb li kienet l-iktar ħaġa diffiċli li nsib jien personalment u naħseb kienet l-iktar ħaġa li affettwatli l-karriera tiegħi. Għall-isforz u s-sagrifiċċju li nagħtu lill- futbol, nemmen li m'aħniex apprezzati biżżejjed għalih, allura bilfors li xi kultant trid tagħti priorità lix-xogħol. Kif qed tħares lejn il-futur tieghek fil-futbol? Nimmaġinani nibqa' involut fil-futbol. Fil-fatt bdejt il-korsiss tal- kowċing matul is-sena li għaddiet. Kif tintemm il-karriera ta' plejer, nisperaw li jkolli ċans biex inkun parti minn bidla li tgħin il-futbol lokali. 'Dan huwa mument storiku għal Santa Luċija, mhux biss għal dawk li jsegwu l-futbol imma wkoll għar-raħal kollu' - Lee Galea Ritratt: Joe Borg