Illum previous editions

ILLUM 12 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

I s-saħħa hi kollox u mingħajrha ma aħna xejn. Matul is- snin bnejna servizzi nazzjonali tas-saħħa tajbin iżda l-iżviluppi li jsiru fil-qasam tas-saħħa jfissru li rridu nkomplu ninvestu f 'dan il-qasam b'mod kontinwu. Apparti d-dijabate fil- ħidma tiegħi, fi ħdan il-Parlament Ewropew poġġejt il-ġlieda kontra l-kanċer bħala waħda mill- prijoritajiet tiegħi u servejt bħala membru tal-grupp ta' Membri Parlamentari Ewropej kontra l-kanċer. Ta' kull sena f 'pajjiżna jkun hemm 2000 każ ġdid ta' kanċer u 900 mewta. Rari nidħol ġo xi dar u l-qasam tas-saħħa ma jkunx diskuss inkluż il-kanċer. Kien għalhekk li fl-aħħar xhur fassalt 30 proposta konkreta biex insaħħu l-ġlieda kontra l-kanċer. Fost il-proposti hemm li l-Gvern jikkunsidra population based screening tal-kanċer tal-prostata u li jkun hemm reġistri tal- kanċer estensivi u skambju ta' informazzjoni bejn membri stati tal-Unjoni Ewropea biex jittieħdu azzjonijiet ibbażati fuq informazzjoni vasta minn min joħloq il-politika, ir- riċerkaturi u l-professjonisti tas-saħħa. Issa se nressaq dawn il- proposti fuq livell Ewropew biex permezz ta' masterplan Ewropew naħdmu sabiex inġibu flimkien ir-riżorsi kollha fl-Ewropa inkluż l-għerf u s-sejbiet tar- riċerkaturi biex insaħħu l-ġlieda kontra l-kanċer. Nemmen li flimkien nistgħu nsaħħu l-ġlieda kontra l-kanċer. Dan il-pjan jinkludi strateġija Ewropea biex intejbu b'mod qawwi l-prevenzjoni, strateġija biex intejbu dijanjosi tal-kanċer fi stadju bikri, investiment kbir fir-riċerka tal-kanċer inkluż dak li jolqot lit-tfal, niffaċilitaw skambju ta' informazzjoni bejn ċentri għar-riċerka u tas-saħħa madwar l-Ewropa billi nagħmlu użu mill-għodda diġitali filwaqt li nassiguraw privatezza tal-pazjenti, naċċertaw l-ogħla livell fiċ- ċentri tal-kura tal-kanċer, u ngħinu aktar lill-pazjenti kemm waqt it-terapija kif ukoll wara li jegħlbu l-kanċer. Permezz tal-Unjoni Ewropea, irnexxielna noffru lill-poplu Malti u Għawdxi ċentru tal-onkoloġija tal- ogħla kwalità. Din il-ġimgħa żort iċ- Ċentru tal-Onkoloġija fejn iltajt mal-pazjenti u mal- professjonisti tant iddedikati. Fi kliemhom stess qaluli li dan mhux xogħol li jgħodd għal kulħadd, trid tkun iddedikat. Matul din iż-żjara stajt nara b'għajnejja kif l-Unjoni Ewropea għamlet differenza fis-settur tas-saħħa f 'Malta. Issa rridu nkomplu nibnu fuq dan ir-riżultat biex naħsdu aktar frott tal- isħubija fl-Unjoni Ewropea. Is-saħħa dejjem kienet prijorità ghall-Partit Nazzjonalista. Fil-manifest elettorali tiegħu, il-PN qed jipproponi skambju ta' informazzjoni, titjib fil-prevenzjoni tal-kanċer permezz ta' programmi ta' screening, investiment akbar fir-riċerka tal-kanċer, aċċessibbilità akbar tal-ehealth, li tkun assigurata kwalità tajba tal-ikel li jkun disponibbli fis-suq u li jkun hemm implimentazzjoni fil-ħin tal-iskema tal-frott u ħaxix li jitqassam b'xejn fl-iskejjel, miżuri li huma kollha importanti fil-ġlieda kontra l-kanċer. Anke l-manifest tal- Partit Popolari, li tiegħu hu membru l-PN jitkellem dwar is-saħħa u jagħmel impenn favur investiment fl-innovazzjoni - xi ħaġa li hi wkoll neċċessarja biex niġġieldu l-kanċer. Anke Manfed Weber, l-ispitzenkandidaten, jew il-kandidat ewlieni tal-Partit Popolari Ewropew għall- President tal-Kummissjoni Ewropea poġġa l-ġlieda kontra l-kanċer bħala waħda mill-prijoritajiet tiegħu. Weber, li kien fostna l-Ħadd li għadda waqt il-Kunsill Ġenerali Straordinarju tal- PN spjega kif hu jemmen li flimkien nistgħu negħlbu l-kanċer. Jien irrid naħdem spalla ma' spalla ma' Weber fuq l-ambizzjoni tiegħu li jqiegħed is-saħħa bħala prijorità tal-Unjoni Ewropea. Il-messaġġ ta' Weber hu 'The Power of We' (is- saħħa tal-għaqda) li jmur kontra n-nazzjonaliżmu u l-popoliżmu. Dan hu anke l-messaġġ li qed jagħti l-PN meta jgħid Flimkien għal Pajjiżna. Iva, flimkien biex intejbu l-ħajja tan-nies, iva flimkien bħala Ewropew, f 'dak li dejjem emminna. Nagħmlu żball jekk naħsbu li d-deciżjonijiet tas-saħħa huma xogħol il-membri stati biss. Kif qal il-Kummissarju tas-Saħħa preżenti f 'laqgħa li kelli miegħu, l-Unjoni Ewropea għandha rwol importanti u rridu naraw li kif għamlet f 'oqsma oħra, l-Unjoni Ewropea tkompli tintuża bħala għodda biex ittejjeb il-ħajja tan-nies. L-impenn tiegħi hu li jekk ningħata mandat ieħor inkompli naħdem biex nindirizza l-isfidi li hemm fil-qasam tas-saħħa bl-għan li ntejjeb il-ħajja taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Francis Zammit Dimech hu kandidat Nazzjonalista għall-Parlament Ewropew RIFORMA GVERN LOKALI Nifs Ġdid lill-Gvern Lokali SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U KOMUNITAJIET www.localgovernment.gov.mt C M Y CM MY CY CMY K Riforma 2019 adverts EN + MT PRINT .pdf 1 10/05/2019 10:39 illum | Il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 14 VotEWROPA 2019 FRANCIS ZAMMIT DIMECH Master plan Ewropew biex negħlbu l-kanċer L-impenn tiegħi hu li jekk ningħata mandat ieħor inkompli naħdem biex nindirizza l-is di li hemm l-qasam tas- saħħa bl-għan li ntejjeb il-ħajja taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 May 2019